This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0496
2008/496/EC: Commission Decision of 1 July 2008 appointing members of the Committee for Orphan Medicinal Products (Text with EEA relevance)
2008/496/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 1 ta' Lulju 2008 li taħtar il-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/496/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 1 ta' Lulju 2008 li taħtar il-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 172, 2.7.2008, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2011
2.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 172/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-1 ta' Lulju 2008
li taħtar il-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/496/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini tad-19 ta' Diċembru 2007,
Billi:
(1) |
Tliet membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni, minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat” inħatru mill-Kummissjoni permezz tad-deċiżjoni 2006/286/KE tat-12 ta' April 2006 (2) wara rakkomandazzjoni ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għal terminu ta' tlett snin mis-16 ta' April 2006. |
(2) |
Is-sħubija ta' tnejn minn dawn il-membri spiċċat rispettivament f'Diċembru 2006 (Prof. Gianmartino Benzi) u Awwissu 2007 (Dr. Julia Dunne). Hemm bżonn, għalhekk, li jinħatru żewġ membri ġodda fil-Kumitat. |
(3) |
L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini rrakkomandat żewġ persuni għall-ħatra. |
(4) |
Il-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta' tlett snin li jibda mit-2 ta' Lulju 2008, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Wara rakkomandazzjoni ta’ l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, il-persuni segwenti huma b’hekk maħtura membri tal-Kumitat għal terminu ta’ tlett snin mit-2 ta' Lulju 2008:
|
Dr János BORVENDÉG |
|
Mr. Bruno SEPODES |
Magħmula fi Brussell, 1 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(2) ĠU L 104, 13.4.2006, p. 54