This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0449
2008/449/EC: Commission Decision of 10 June 2008 amending Decision 2008/155/EC as regards certain embryo collection and production teams in Australia, Canada and the United States (notified under document number C(2008) 2466) (Text with EEA relevance)
2008/449/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 10 ta' Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2008/155/KE fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ ġbir u produzzjoni ta’ l-embrijuni fl-Awstralja, il-Kanada u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2466) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/449/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 10 ta' Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2008/155/KE fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ ġbir u produzzjoni ta’ l-embrijuni fl-Awstralja, il-Kanada u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2466) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 157, 17.6.2008, p. 108–109
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009
17.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 157/108 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-10 ta' Ġunju 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2008/155/KE fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ ġbir u produzzjoni ta’ l-embrijuni fl-Awstralja, il-Kanada u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2466)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/449/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju f’pajjiżi terzi u l-importazzjoni minnhom ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/155/KE ta’ l-14 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi lista ta’ gruppi għall-ġbir u l-produzzjoni ta’ embrijuni f’pajjiżi terzi approvati għall-importazzjonijiet ta’ embrijuni ta’ bovini lejn il-Komunità (2) tistipula li l-Istati Membri għandhom biss jimpurtaw embrijuni minn pajjiżi terzi jekk dawn ikunu nġabru, ġew ipproċessati u maħżuna minn gruppi għall-ġbir u l-produzzjoni ta’ l-embrijuni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(2) |
L-Awstralja talbet li jitneħħa grupp wieħed mill-gruppi ta’ ġbir ta’ l-embrijuni mil-lista fir-rigward ta’ l-entrati għal dan il-pajjiż. |
(3) |
Il-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika talbu li jsiru emendi għall-entrati ta’ dawk il-pajjiżi f’dik il-lista fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ ġbir ta’ l-embrijuni. |
(4) |
Il-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienu pprovdew garanziji rigward il-konformità mar-regoli xierqa stabbiliti fid-Direttiva 89/556/KEE u l-grupp tal-ġbir ikkonċernati kienu ġew uffiċċjalment approvati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterenarji ta’ dawk il-pajjiżi. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2008/155/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/155/KE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).
(2) ĠU L 50, 23.2.2008, p. 51.
ANNESS
L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/155/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
titħassar ir-ringiela għall-grupp ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Awstralja ETV0006. |
(2) |
ir-ringiela għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni mill-Kanada Nru E 1159 hija mibdula b’dan li ġej:
|
(3) |
jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin għall-Kanada:
|
(4) |
ir-ringiela li ġejja għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni Nru 99TX104 E874 fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika tinbidel b’dan li ġej:
|
(5) |
ir-ringiela li ġejja għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni Nru 96TX088 E928 fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika tinbidel b’dan li ġej:
|
(6) |
jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika:
|