This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0432
2008/432/EC: Commission Decision of 23 May 2008 amending Decision 2006/771/EC on harmonisation of the radio spectrum for use by short-range devices (notified under document number C(2008) 1937) (Text with EEA relevance)
2008/432/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Mejju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (titlu mhux uffiċjali) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1937) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 151, 11.6.2008, p. 49–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 151/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Mejju 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (titlu mhux uffiċjali)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1937)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/432/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE (2) tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi ta’ tagħmir għal meded qosra. |
(2) |
Madankollu, minħabba bidliet mgħaġġla fit-teknoloġija u t-talbiet tas-soċjetà, jistgħu jfeġġu applikazzjonijiet ġodda ta’ tagħmir għal meded qosra li jkollhom bżonn aġġornamenti regolari fil-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni ta’ l-ispettru. |
(3) |
Fil-5 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni ħarġet mandat permanenti (3) lill-Konferenza Ewropea ta’ l-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), skond l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, biex taġġorna l-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE bi tweġiba għall-iżviluppi teknoloġiċi u kummerċjali fil-qasam ta’ tagħmir għal meded qosra. |
(4) |
Fir-rapport tagħha (4) ta’ Lulju 2007 mibgħut bi tweġiba għal dak il-mandat, is-CEPT tat parir lill-Kummissjoni biex temenda għadd ta’ aspetti tekniċi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2006/771/KE għalhekk għandha tkun emendata skond dan. |
(6) |
Tagħmir li jopera skond il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma wkoll mad-Direttiva 1995/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar apparat ta’ radju u ta’ terminali tat-telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (5) sabiex l-ispettru jkun użat b’mod effikaċi li jevita interferenza li tagħmel il-ħsara, murija jew permezz ta’ lħiq ta’ standard armonizzat jew permezz ta’ ħarsien ta’ proċeduri alternattivi ta’ valutazzjoni ta’ konformità. |
(7) |
Il-miżuri li hemm dispożizzjonijiet għalihom f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE jinbidel bl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 312, 11.11.2006, p. 66.
(3) Mandat Permanenti għas-CEPT dwar l-aġġornament annwali ta’ l-anness tekniku għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-armonizzazzjoni teknika ta’ spettru tar-radju għal użu ma’ Tagħmir għal Meded Qosra. (5 ta’ Lulju 2006).
(4) RSCOM(07) 58.
(5) ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS
Meded ta’ frekwenza armonizzati u parametri tekniċi ta’ tagħmir għal meded qosra
Tip ta’ tagħmir għal meded qosra |
Medda ta' frekwenza |
Limitu tal-qawwa/limitu tas-saħħa tal-kamp/limitu tad-densità tal-qawwa (1) |
Parametri addizzjonali/rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija (2) |
Restrizzjonijiet oħra fuq l-użu (3) |
Skadenza ta’ l-implimentazzjoni |
Tagħmir għal meded qosra mhux speċifik (4) |
6 765 -6 795 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
13,553-13,567 MHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
26,957-27,283 MHz |
10 mW qawwa effettiva mogħtija (e.r.p.), li tikkorrispondi għal 42 dBμA/m f’10 metri |
|
Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi |
1 ta’ Ġunju 2007 |
|
40,660-40,700 MHz |
10 mW e.r.p. |
|
Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi |
1 ta’ Ġunju 2007 |
|
433,050-434,040 (5) MHz |
1 mW e.r.p. – 13dBm/10 kHz densità tal-qawwa għal modulazzjoni ta’ bandwidth akbar minn 250 kHz |
|
Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi |
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
10 mW e.r.p. |
Ċiklu ta’ ħidma (6): 10 % |
Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi |
1 ta’ Ġunju 2007 |
||
434,040-434,790 (5) MHz |

Ċiklu ta’ ħidma (6): 100 % suġġett għal spazjar tal-kanali sa 25 kHz |
Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi |
1 ta’ Ottubru 2008 |
|||
863,000-868,000 MHz |
25 mW e.r.p. |
Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 % |
Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi |
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
868,000-868,600 (5) MHz |
25 mW e.r.p. |
Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 1 % |
Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi |
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
25 mW e.r.p. |
Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 % |
Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi |
1 ta’ Ottubru 2008 |
||
868,700-869,200 (5) MHz |

869,400-869,650 (5) MHz |
500 mW e.r.p. |
Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 10 % L-ispazjar tal-kanali għandu jkun 25 kHz, ħlief li l-medda ta’ frekwenza kollha tista’ wkoll tintuza bħala kanal wieħed biss għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja |
Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi |
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
25 mW e.r.p. |
Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 % |
Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi |
1 ta’ Ottubru 2008 |
||
869,700-870,000 (5) MHz |
5 mW e.r.p. |
Applikazzjonijiet ta’ vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ taffija |
Applikazzjonijiet ta’ awdjo u vidjow huma esklużi |
1 ta’ Ġunju 2007 |
|
25 mW e.r.p. |
Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 % |
Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi |
1 ta’ Ottubru 2008 |
||
2 400 -2 483,5 MHz |
10 mW qawwa isotropika mogħtija ekwivalenti (e.i.r.p.) |
|
|
1 ta’ Ġunju 2007 |
|
5 725 -5 875 MHz |
25 mW e.i.r.p. |
|
|
1 ta’ Ġunju 2007 |
|
24,150-24,250 GHz |
100 mW e.i.r.p. |
|
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
61,0-61,5 GHz |
100 mW e.i.r.p. |
|
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
Sistemi ta' allarm |
868,600-868,700 MHz |
10 mW e.r.p. |
Spazjar ta’ kanali: 25 kHz Il-medda kollha ta’ frekwenza tista’ tintuża wkoll bħala kanal wieħed biss għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja Ċiklu ta’ ħidma (6): 1,0 % |
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
869,250-869,300 MHz |
10 mW e.r.p. |
Spazjar ta’ kanali: 25 kHz Ċiklu ta’ ħidma (6): 0,1 % |
|
1 ta’ Ġunju 2007 |
|
869,300-869,400 MHz |
10 mW e.r.p. |
Spazjar ta’ kanali: 25 kHz Ċiklu ta’ ħidma (6): 1,0 % |
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
869,650-869,700 MHz |
25 mW e.r.p. |
Spazjar ta’ kanali: 25 kHz Ċiklu ta’ ħidma (6): 10 % |
|
1 ta’ Ġunju 2007 |
|
Allarmi soċjali (7) |
869,200-869,250 MHz |
10 mW e.r.p. |
Spazjar ta’ kanali: 25 kHz Ċiklu ta’ ħidma (6): 0,1 % |
|
1 ta’ Ġunju 2007 |
Applikazzjonijiet induttivi (8) |
20,050-59,750 kHz |
72 dBμA/m f’10 metri |
|
|
1 ta’ Ġunju 2007 |
59,750-60,250 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
1 ta’ Ġunju 2007 |
|
60,250-70,000 kHz |
69 dBμA/m f’10 metri |
|
|
1 ta’ Ġunju 2007 |
|
70-119 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
1 ta’ Ġunju 2007 |
|
119-127 kHz |
66 dBμA/m f’10 metri |
|
|
1 ta’ Ġunju 2007 |
|
127-140 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
140-148,5 kHz |
37.7 dBμA/m f’10 metri |
|
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
148,5-5 000 kHz Fil-meded ta’ frekwenza speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħa tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu |
– 15 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe bandwidth ta’ 10 kHz Barra minn hekk is-saħħa totali tal-kamp hija -5 dBμA/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’bandwidths akbar minn 10 kHz |
|
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
400-600 kHz |
– 8 dBμA/m f’10 metri |
|
Hija permessa biss l-applikazzjoni RFID (9) |
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
3 155 -3 400 kHz |
13.5 dBμA/m f’10 metri |
|
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
5 000 -30 000 kHz Fil-meded ta’ frekwenzi speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħa tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu: |
– 20 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe bandwidth ta’ 10 kHz Barra minn hekk is-saħħa totali tal-kamp hija – 5 dBμA/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’bandwidths akbar minn 10 kHz |
|
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
6 765 -6 795 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
1 ta’ Ġunju 2007 |
|
7 400 -8 800 kHz |
9 dBμA/m f’10 metri |
|
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
10 200 -11 000 kHz |
9 dBμA/m f’10 metri |
|
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
13 553 -13 567 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
1 ta’ Ġunju 2007 |
|
60 dBμA/m f’10 metri |
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
|||
26 957 -27 283 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
Implantazzjonijiet Mediċi Attivi (11) |
9-315 kHz |
30 dBμA/m f’10m |
Ċiklu ta’ ħidma (6): 10 % |
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
402-405 MHz |
25 μW e.r.p. |
Spazjar ta’ kanali: 25 kHz Restrizzjoni oħra fuq tqassim ta’ kanali: trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu kanali ma’ ġenbhom għal bandwidth usa’ b’tekniki ta’ taffija avvanzati li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE |
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
|
Applikazzjonijiet awdjo bla wires (12) |
87,5-108,0 MHz |
50 nW e.r.p. |
L-ispazjar ta’ kanali sa 200 kHz |
|
1 ta’ Ottubru 2008 |
863-865 MHz |
10 mW e.r.p. |
|
|
1 ta’ Ġunju 2007 |
(1) L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu ta’ spettru sal-qawwa, saħħa tal-kamp jew densità tal-qawwa mogħtija f'din it-tabella. B’konformità ma’ l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, jistgħu jimponu kundizzjonijiet inqas ristrettivi, jiġifieri jippermettu l-użu ta' spettru b'qawwa, saħħa tal-kamp jew densità tal-qawwa ogħla.
(2) L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll dawn il-‘parametri addizzjonali / rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta' taffija', u ma jistgħux iżidu parametri oħra jew rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta' taffija. Kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jħallu barra għal kollox il-parametri / rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija f’kaxxa tat-tabella waħda jew jippermettu valuri ogħla.
(3) L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn ir-“restrizzjonijiet oħra fuq l-użu”, u ma jistgħux iżidu restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-użu. Billi jistgħu jiġu introdotti kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, l-Istati Membri jistgħu jħallu barra restrizzjoni waħda jew dawn ir-restrizzjonijiet kollha.
(4) Din il-kategorija hija disponibbli għal kwalunkwe tip ta’ applikazzjoni li tilħaq il-kundizzjonijiet tekniċi (użi tipiċi huma telemetrija, telekmnand, allarmi, dejta in ġenerali u applikazzjoni simili oħra).
(5) Għal din il-medda ta’ frekwenza l-Istati Membri għandhom jagħmlu s-serje ta’ kundizzjonijiet għall-użu alternattivi kollha possibbli
(6) “Ċiklu ta’ ħidma” jfisser il-proporzjon ta’ ħin matul kwalunkwe perjodu ta’ siegħa meta l-apparat qed jittrażmetti b’mod attiv. Kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jippermettu valur ogħla għaċ-“Ċiklu ta’ ħidma”.
(7) Tagħmir ta’ allarmi soċjali jintużaw biex jgħinu nies anzjani jew b’inkapaċità meta jkunu f’periklu.
(8) Din il-kategorija tkopri, pereżempju, tagħmir biex il-karozzi ma jitħarkux, identifikazzjoni ta' annimali, sistemi ta' allarmi, detezzjoni ta' cable, ġestjoni ta' skart, identifikazzjoni personali, konnessjonijiet tal-vuċi bla wires, kontroll ta' aċċess, sensuri ta' prossimità, sistemi kontra s-serq, inkluż sistemi RF induttivi kontra s-serq, trasferiment ta' dejta għal tagħmir li jinżamm fl-idejn, identifikazzjoni awtomatika ta’ oġġetti, sistemi ta’ kontroll bla wires u nollijiet tat-toroq awtomatiċi.
(9) Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi wżati għall-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (RFID).
(10) Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi wżati għas-Sorveljanza Elettronika ta’ Oġġetti (EAS).
(11) Din il-kategorija tkopri l-parti tar-radju ta’ tagħmir implantabbli mediku attiv, kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u periferali oħrajn (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).
(12) Applikazzjonijiet għal sistemi ta’ awdjo bla wires, inkluż: lawdspijkers bla wires; headphones bla wires; headphones bla wires biex jinġarru, bħal CD, casette jew tagħmir tar-radju li jinġarru fuq persuna; headphones bla wire għall-użu f’vettura, pereżempju għall-użu ma’ radju jew mowbajl, eċċ.; tagħmir ta’ monitoraġġ li jiddaħħal fil-widna, għall-użu f’kunċerti u produzzjonijiet oħra tal-palk.