This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0342
2008/342/EC: Council Decision of 29 April 2008 amending Decision 2007/868/EC implementing Article 2(3) of Regulation (EC) No 2580/2001 on specific restrictive measures directed against certain persons and entities with a view to combating terrorism
2008/342/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 29 ta’ April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2007/868/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
2008/342/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 29 ta’ April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2007/868/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
ĠU L 116, 30.4.2008, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0583
30.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 116/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ April 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2007/868/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
(2008/342/KE)
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/868/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li tistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika dak ir-Regolament. |
(2) |
Il-Kunsill iddetermina li m'hemmx aktar raġunijiet biex ċerti persuni jinżammu fuq il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u il-lista għandha tiġi addattata kif meħtieġ. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jitneħħew mil-lista annessa għad-Deċiżjoni 2007/868/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fil-Lussemburgu, 29 ta’ April 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 2007/868 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 100).
ANNESS
Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni
1. |
AKHNIKH, Ismail (magħruf ukoll bħala SUHAIB, magħruf ukoll bħala SOHAIB) |
2. |
AOURAGHE, Zine Labidine (magħruf ukoll bħala Halifi Laarbi MOHAMED, magħruf ukoll bħala Abed, magħruf ukoll bħala Abid, magħruf ukoll bħala Abu ISMAIL) |
3. |
BOUGHABA, Mohamed Fahmi (magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi BOURABA, magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi BURADA, magħruf ukoll bħala Abu MOSAB) |
4. |
EL MORABIT, Mohamed |
5. |
ETTOUMI, Youssef (magħruf ukoll bħala Youssef TOUMI) |
6. |
HAMDI, Ahmed (magħruf ukoll bħala Abu IBRAHIM) |