EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0338

2008/338/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 24 ta’ April 2008 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/438/KE fir-rigward ta’ ħalib mhux ipproċessat u ta’ prodotti bbażati fuq ħalib mhux ipproċessat mill-Awstralja, ħalib u prodotti bbażati fuq il-ħalib mis-Serbja u li taġġorna l-inklużjoni ta' l-Iżvizzera f'dak l-Anness (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1587) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 115, 29.4.2008, p. 35–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2010; Impliċitament imħassar minn 32010R0605

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/338/oj

29.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 115/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ April 2008

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/438/KE fir-rigward ta’ ħalib mhux ipproċessat u ta’ prodotti bbażati fuq ħalib mhux ipproċessat mill-Awstralja, ħalib u prodotti bbażati fuq il-ħalib mis-Serbja u li taġġorna l-inklużjoni ta' l-Iżvizzera f'dak l-Anness

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1587)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/338/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) u (4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta’ oriġini ta’ annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/438/KE tad-29 ta’ April 2004 li tistipula kondizzjonijiet ta' ċertifikazzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali u saħħa pubblika u dawk veterinarji għad-dħul fil-Komunità ta' ħalib trattat bis-sħana, prodotti bbażati fuq il-ħalib u ħalib mhux ipproċessat maħsuba għall-konsum mill-bniedem (3), tistabbilixxi lista, fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni, ta' pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fil-Komunità, suġġett għal xi kundizzjonijiet, ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti bbażati fuq il-ħalib mhux ipproċessat. Barra minn hekk, il-kunsinji ta’ ħalib u ta’ prodotti ibbażati fuq il-ħalib li huma konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali stipulati f'dik id-Deċiżjoni jistgħu jgħaddu mill-Komunità għal pajjiżi terzi oħra.

(2)

L-Awstralja hi inkluża fil-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom hu awtorizzat id-dħul fil-Komunità ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib. L-importazzjoni ta’ ħalib u ta’ prodotti tal-ħalib mill-Awstralja hi limitata għall-prodotti li jkunu għaddew mill-proċess ta’ pasturizzazzjoni jew ta’ sterilizzazzjoni. L-Awstralja talbet li tiġi awtorizzata tesporta wkoll ħalib mhux ipproċessat u prodotti bbażati fuq ħalib mhux ipproċessat għall-konsum mill-bniedem.

(3)

It-trattamenti stipulati fid-Deċiżjoni 2004/438/KE huma applikati għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib sabiex jiġi mħares l-istat tas-saħħa ta’ l-annimali tal-Komunità. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali fl-Awstralja, u b’mod partikulari l-istat ħieles tagħha mill-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer sa mill-1872, meta faqqset il-marda l-aħħar darba, l-importazzjoni ta' dawk il-prodotti minn dak il-pajjiż terz għandha tiġi awtorizzata minħabba li din ma tirrappreżentax riskju għal saħħet l-annimali.

(4)

L-inklużjoni ta’ l-Awstralja għall-ħalib mhux ipproċessat u prodotti bbażati fuq il-ħalib mhux ipproċessat fil-kolonna A tal-lista ta’ l-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/438/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif inhu xieraq.

(5)

Is-Serbja talbet li tiġi inkluża fil-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni tal-ħalib trattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib, biex b’hekk ikun awtorizzat it-tranżitu ta' dawn il-prodotti mit-territorju tal-Komunità, bid-destinazzjonijiet finali jkunu f’pajjiżi terzi oħra.

(6)

Fis-Serbja saru verifiki tal-Kummissjoni Ġenerali fuq saħħet l-annimali u l-aktar waħda reċenti kienet f’Ġunju 2007. Dan juri li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu garanziji li s-sitwazzjoni ta’ saħħet l-annimali f’dak il-pajjiż tista’ tiġi kkunsidrata bħala waħda sodisfaċenti.

(7)

Għaldaqstant, fejn jidħlu l-aspetti li jikkonċernaw is-saħħa ta’ l-annimali, il-ħalib trattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib minn dak il-pajjiż terz għandhom jiġu awtorizzati.

(8)

Qabel ma l-istabbilimenti jitniżżlu fil-lista ta’ importazzjoni għal ġol-Komunità għandha ssir missjoni oħra sabiex jiġu eżaminati l-aspetti ta’ saħħa pubblika. Madankollu, sadattant, it-tranżitu ta’ dawn il-prodotti għandu jiġi awtorizzat.

(9)

L-inklużjoni tas-Serbja għall-ħalib trattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib għall-konsum mill-bniedem għandha għalhekk tidher fil-kolonni B u ċ fil-lista fl-Anness I.

(10)

Barra minn hekk, huwa xieraq li tiġi aġġornata nota f’qiegħ il-paġna f’dak l-Anness għall-Iżvizzera sabiex ikun hemm referenza għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli.

(11)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/438/KE għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/438/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika minn 1 ta' Mejju 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206; verżjoni bil-korrezzjonijiet fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 72. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

“ANNESS I

‘+’

:

il-pajjiż hu awtorizzat

‘0’

:

il-pajjiż mhux awtorizzat


Il-Kodiċi ISO tal-pajjiż terz

Pajjiż Terz

Kolonna A

Kolonna B

Kolonna Ċ

AD

Andorra

+

+

+

AL

L-Albanija

0

0

+

AN

L-Antilli Olandiżi

0

0

+

AR

L-Arġentina

0

0

+

AU

L-Awstralja

+

+

+

BR

Il-Brażil

0

0

+

BW

Il-Botswana

0

0

+

BY

Il-Belarus

0

0

+

BZ

Il-Beliże

0

0

+

BA

Il-Bożnja-Ħerzegovina

0

0

+

CA

Il-Kanada

+

+

+

CH

L-Iżvizzera (*)

+

+

+

CL

Iċ-Ċilì

0

+

+

CN

Iċ-Ċina

0

0

+

CO

Il-Kolumbja

0

0

+

CR

Il-Kosta Rika

0

0

+

CU

Kuba

0

0

+

DZ

L-Alġerija

0

0

+

ET

L-Etjopja

0

0

+

GL

Greenland

0

+

+

GT

Il-Gwatemala

0

0

+

HK

Ħong Kong

0

0

+

HN

Il-Ħonduras

0

0

+

HR

Il-Kroazja

0

+

+

IL

L-Iżrael

0

0

+

IN

L-Indja

0

0

+

IS

L-Iżlanda

+

+

+

KE

Il-Kenja

0

0

+

MA

Il-Marokk

0

0

+

MG

Il-Madagaskar

0

0

+

MK (**)

L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

0

+

+

MR

Il-Mawritanja

0

0

+

MU

Il-Mawrizju

0

0

+

MX

Il-Messiku

0

0

+

NA

In-Namibja

0

0

+

NI

In-Nikaragwa

0

0

+

NZ

New Zealand

+

+

+

PA

Il-Panama

0

0

+

PY

Il-Paragwaj

0

0

+

RS

Is-Serbja (***)

0

+

+

RU

Ir-Russja

0

0

+

SG

Is-Singapor

0

0

+

SV

L-El Salvador

0

0

+

SZ

Is-Sważilandja

0

0

+

TH

It-Tajlandja

0

0

+

TN

It-Tuniżija

0

0

+

TR

It-Turkija

0

0

+

UA

L-Ukraina

0

0

+

US

L-Istati Uniti

+

+

+

UY

L-Urugwaj

0

0

+

ZA

L-Afrika ta’ Isfel

0

0

+

ZW

Iż-Żimbabwe

0

0

+


(*)  Ċertifikati skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera (kif emendat l-aħħar) dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(**)  Il-kodiċi proviżorju li bl-ebda mod ma jippreġudika n-nomenklatura definittiva għal dan il-Pajjiż, li jrid jintlaħaq ftehim fuqu wara l-konklużjoni ta' negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa fuq dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(***)  Li ma tinkludix il-Kosovo, kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.”


Top