Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0326

    2008/326/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' April 2008 li taġġusta l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill- 1 ta’ Frar 2007 , l- 1 ta’ Marzu 2007 , l- 1 ta’ April 2007 , l- 1 ta’ Mejju 2007 u l- 1 ta’ Ġunju 2007 għar-rimunerazzjonijiet ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jservu f’pajjiżi terzi

    ĠU L 112, 24.4.2008, p. 26–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/326/oj

    24.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 112/26


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-11 ta' April 2008

    li taġġusta l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Frar 2007, l-1 ta’ Marzu 2007, l-1 ta’ April 2007, l-1 ta’ Mejju 2007 u l-1 ta’ Ġunju 2007 għar-rimunerazzjonijiet ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jservu f’pajjiżi terzi

    (2008/326/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u r-reġim applikabbli għall-aġenti oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1) u notevolment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13, ta’ l-Anness X tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 453/2007 (2) kienu ffissati, b’applikazzjoni ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 13, ta’ l-Anness X tar-Regolamenti ta-Personal il-koeffiċjenti korrettivi li jaffettwaw il-pagi, mill-1 ta’ Lulju 2006, fil-valuta tal-pajjiż fejn huma ssekondati, ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondati fil-pajjiżi terzi.

    (2)

    Huwa meħtieġ li jkunu adattati, f’konformità mat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13, ta’ l-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, mill-1 ta’ Frar 2007, l-1 ta’ Marzu 2007, l-1 ta’ April 2007, l-1 ta’ Mejju 2007 u l-1 ta’ Ġunju 2007, uħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi, minħabba li fl-istatistiċi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skond il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, tidher li hi, għal ċerti pajjiżi terzi, superjuri għal 5 % mill-aħħar iffissar jew adattament,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    B’effett mill-1 ta’ Frar 2007, l-1 ta’ Marzu 2007, l-1 ta’ April 2007, l-1 ta’ Mejju 2007, u l-1 ta’ Ġunju 2007, il-koeffiċjenti korrettivi, applikabbli għall-pagi ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondati f’pajjiżi terzi imħallsa bil-valuta tal-pajjiż fejn huma ssekondati, huma dawk indikati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Ir-rati tal-kambju wżati għall-kalkolu ta’ dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data indikata fl-ewwel paragrafu.

    Magħmula fi Brussell, 11 ta’ April 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Benita FERRERO-WALDNER

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 337/2007 (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 1).

    (2)  ĠU L 109, 26.4.2007, p. 22.


    ANNESS

    Pajjiż assenjat

    Koeffiċjenti Korrettivi Frar 2007

    L-Angola

    117,3

    Il-Barbados

    127,5

    Il-Bulgarija

    80,4

    Il-Kap Verde

    82,3

    Il-Korea ta’ Isfel

    117,3

    Il-Kosta Rica

    70,8

    Il-Ginea (Conakry)

    57,7

    Il-Ħaiti

    114,8

    Il-Libanu

    92,3

    In-Nepal

    78,8

    L-Uganda

    65,1

    Il-Paragwaj

    78,8

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa)

    137,6

    Is-Sjerra Leone

    76,6

    Is-Sudan

    61,6

    Is-Sirja

    70,6


    Pajjiż assenjat

    Koeffiċjenti Korrettivi Marzu 2007

    L-Arġentina

    53,5

    Il-Kamerun

    103,5

    Il-Kosta ta’ l-Avorju

    98,7

    Il-Guyana

    61,3

    L-Indja

    47,6

    Il-Ġordan

    75,9

    Il-Każakstan (Almaty)

    121,6

    Il-Kirgiżtan

    84,3

    Il-Madagaskar

    84,7

    L-Uganda

    69,4

    Is-Sri Lanka

    53,2

    Il-Veneżwela

    64,1


    Pajjiż assenjat

    Koeffiċjenti Korrettivi April 2007

    L-Angola

    121,8

    Il-Botswana

    58,1

    Il-Ginea (Conakry)

    49,2

    Il-Mali

    86,3

    Is-Sudan

    55,1

    It-Taġikistan

    66,5

    Iż-Żambja

    56,3


    Pajjiż assenjat

    Koeffiċjenti Korrettivi Mejju 2007

    L-Arġentina

    54,9

    Il-Kosta Rica

    70,8

    L-Etjopja

    87,1

    Il-Gana

    69,2

    L-Indoneżja (Jakarta)

    79,5

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa)

    131,6

    It-Trinidad u t-Tobago

    68,6

    It-Turkija

    85,9

    Il-Jemen

    76,0


    Pajjiż assenjat

    Koeffiċjenti Korrettivi Ġunju 2007

    Il-Kanada

    92,7

    El Salvador

    76,6

    L-Istati Uniti (New York)

    103,1

    Il-Gwatemala

    79,0

    Il-Malawi

    73,1

    Il-Moldova

    58,5

    In-Nikaragwa

    57,3

    Ir-Rwanda

    90,9

    It-Tanzanija

    61,7


    Top