Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0263

    2008/263/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Ġunju 2007 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 50/2006 (eks NN 68/2006, CP 102/2006) ta’ l-Awstrija favur il-BAWAG-PSK (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3038) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 83, 26.3.2008, p. 7–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/263/oj

    26.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 83/7


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-27 ta’ Ġunju 2007

    dwar l-Għajnuna mill-Istat C 50/2006 (eks NN 68/2006, CP 102/2006) ta’ l-Awstrija favur il-BAWAG-PSK

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3038)

    (It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/263/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 88(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, partikolarment l-Artikolu 62(1)(a),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, (1)

    Wara li sejħet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom dwar dawn id-dispożizzjonijiet, (2)

    Billi:

    I.   IL-PROĊEDURA

    (1)

    Wara li fl-istampa dehru d-diffikultajiet finanzjarji tal-Bank für Arbeit und Wirtschaft und Österreichische Postsparkasse Aktiengesellschaft (minn hawn ‘il quddiem il-“BAWAG-PSK”) fil-5 ta’ Mejju 2006 il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand l-Awstrija. Fl-istess ġurnata l-Kummissjoni rċeviet ittra mingħand l-awtoritajiet Awstrijaċi b’informazzjoni dwar dikjarazzjoni ta’ garanzija tal-Gvern għall-BAWAG-PSK.

    (2)

    B’ittra li kienet iġġib id-data tat-30 ta’ Mejju 2006 il-Kummissjoni talbet lill-Awstrija għal aktar informazzjoni. L-awtoritajiet Awstrijaċi wieġbu permezz ta’ ittra li kienet iġġib id-data tas-16 ta’ Ġunju 2006.

    (3)

    Fis-27 ta’ Ġunju u fl-4 ta’ Diċembru 2006 saru diskussjonijiet bejn ir-rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet Awstrijaċi u l-BAWAG-PSK. Wara dawn il-laqgħat, l-Awstrija bagħtet aktar informazzjoni b’ittri li kienu jġibu d-dati tat-18 ta’ Lulju u tal-21 ta’ Settembru 2006.

    (4)

    Il-Kummissjoni informat lill-Awstrija, b’ittra li kienet iġġib id-data tat-22 ta’ Novembru 2006, dwar id-deċiżjoni tagħha, li tintroduċi l-proċedura skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE.

    (5)

    Bil-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (3) il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, iżda ma rċeviet l-ebda kumment.

    (6)

    Wara t-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni, l-Awstrija bagħtet aktar informazzjoni b’ittri li kienu jġibu d-dati tal-31 ta’ Diċembru 2006 u tal-31 ta’ Jannar 2007.

    (7)

    Fit-28 ta’ Frar, fit-30 ta’ Marzu, fil-25 ta’ April u fit-8 ta’ Mejju 2007 saru diskussjonijiet bejn ir-rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet Awstrijaċi, il-BAWAG-PSK u Cerberus. B’riżultat ta’ dan l-Awstrija tat aktar informazzjoni b’ittri li kienu jġibu d-dati tat-28 ta’ Marzu, tad-19 ta’ April, ta’ l-4, tal-21 u tal-31 ta’ Mejju, kif ukoll tat-13 ta’ Ġunju 2007.

    II.   L-ISFOND

    Il-BAWAG-PSK

    (8)

    Il-BAWAG-PSK huwa r-raba’ l-akbar bank ta’ l-Awstrija. Bħala intrapriża bankarja u finanzjarja mhux ikkwotata din topera fl-oqsma kollha tas-servizzi finanzjarji fl-Awstrija u barra mill-Awstrija. Din topera l-akbar netwerk ta’ fergħat domestiċi taħt kontroll ċentrali (madwar 157 fergħa tal-BAWAG u 1 300 fergħa postali) u għandha 1,2 miljun klijent privat u aktar minn 60 000 klijent korporattiv. Fil-31 ta’ Diċembru 2005 it-total tal-karta tal-bilanċ kien jammonta għal 53 biljun EUR, filwaqt li t-tfaddil kien jammonta għal madwar 18-il biljun EUR.

    (9)

    It-Tabella I li ġejja tagħti stampa ġenerali tal-figuri importanti tal-BAWAG-PSK fil-perjodu ta’ bejn l-2004 u l-2006:

    Tabella I

    BAWAG-PSK

    Total tal-karta tal-bilanċ

    (f’biljuni ta’ Eur)

    Numru ta’ impjegati

    Tfaddil

    (f’biljuni ta’ Eur)

    Profitt operattiv

    (f’miljuni ta’ Eur)

    Profitt nett annwali

    (f’miljuni ta’ Eur)

    2004

    56,3

    6 275

    18,7

    280

    160,3

    2005

    57,9

    6 632

    18,2

    217

    6,2

    2006

    50,8

    6 670

    14,6

    140

    40,4

    (10)

    Sa l-2006 il-Konfederazzjoni Awstrijaka tat-Trejdjunjins (Österreichischer Gewerkschaftsbund - ÖGB) (4) b’mod dirett kellha l-pussess totali tal-BAWAG-PSK. L-istorja tal-bank tmur lura għas-sena 1922 meta twaqqaf “il-bank tal-ħaddiema” sabiex jamministra l-assi tat-trejdjunjins u tal-kooperattivi tal-konsumaturi. Il-Bank reġa’ nfetaħ mit-trejdjunjins Awstrijaċi wara t-Tieni Gwerra Dinjija.

    (11)

    F’Diċembru 2005 il-BAWAG-PSK kellu l-istruttura ta’ pussess li ġejja:

    Image

    (12)

    Fl-1 ta’ Awwissu 2005, il-BAWAG qasam l-istabbilimenti bankarji tiegħu kollha (kuntratt ta’ diviżjoni u ta’ akkwist). L-istabbilimenti bankarji tal-BAWAG waqgħu taħt kumpanija ġdida, il-BAWAG-PSK ġdid. Il-kumpanija li kienet qed tiġi akkwistata, il-BAWAG, konsegwentement biddlet isimha għal AVB. L-assi li baqgħu fl-AVB (qabel il-BAWAG), barra t-titoli, bażikament kienu 100 % ta’ l-ishma fil-BAWAG-PSK fuq il-lat passiv u fil-bilanċ ta’ l-AVB baqgħu parti mill-obbligazzjonijiet tal-BAWAG lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-ammont ta’ […] (*) biljun EUR kif ukoll parti mill-kapital proprju tal-BAWAG.

    (13)

    Fil-31 ta’ Diċembru 2005, ir-riċevibbli tal-BAWAG-PSK, fil-konfront ta’ l-azzjonisti diretti u indiretti, kienu jammontaw għal […] biljun EUR. (5) Iż-żamma tal-valur ta’ dawn l-assi kienet tiddependi prinċipalment mill-għoli tal-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-ishma għall-BAWAG-PSK. Sabiex jinżamm il-valur sħiħ tar-riċevibbli, ix-xerrej potenzjali kellu jagħmel investiment totali ta’ madwar […] biljun EUR. (6)

    (14)

    Il-BAWAG-PSK jikklassifika s-suq domestiku f’ħames oqsma kummerċjali prinċipali:

    a)

    is-segment tal-klijenti privati jinkludi s-suq ġenerali, id-distribuzzjoni mill-fergħat tal-posta, id-distribuzzjoni aktar flessibbli u s-servizzi bankarji elettroniċi (e-banking). Dawn il-klijenti għandhom x’jaqsmu ma’ intrapriżi dipendenti żgħar u ta’ daqs medju;

    b)

    is-segment tal-klijenti korporattivi jkopri klijenti istituzzjonali u istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bħal klijenti kbar nazzjonali u internazzjonali. Fl-Awstrija, il-klijenti residenti bi qligħ ta’ mill-inqas 4 miljun EUR jiġu assenjati lil dan is-segment;

    ċ)

    is-segment tas-settur pubbliku qabel kollox jinkludi s-servizzi ta’ kreditu u ta’ ħlas għall-gvern Ġermaniż, il-Bundesländer u l-komunitajiet Awstrijaċi;

    d)

    l-attivitajiet tat-Teżor ta’ grupp u, b’mod partikolari, il-profitt operattiv tal-ktieb bankarju kif ukoll il-ġestjoni ta’ l-assi u tal-fondi u l-attività tal-ħruġ jiġu assenjati lis-segment tas-suq kapitali;

    e)

    is-segment tal-kiri u ta’ l-immobbli jinkludi l-profitt operattiv tal-kumpaniji sussidjarji attivi f’dawn l-oqsma u l-finanzjament bi kreditu għall-proġetti ta’ l-immobbli, li qabel kollox huma maħsuba għall-klijenti korporattivi.

    (15)

    Fl-Awstrija, l-ishma tas-suq tal-BAWAG-PSK skond il-prodotti, fis-sena 2005, kienu kif ġej:

    Tabella II

    Il-prodotti skond l-oqsma kummerċjali

    Is-sehem tas-suq

    Operazzjonijiet ta’ depożitu ma’ klijenti domestiċi

    Klijenti privati

    12  %

    Klijenti korporattivi

    8  %

    Operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ klijenti domestiċi inkluż is-self fuq ipoteki

    Klijenti privati

    6  %

    Klijenti korporattivi

    8  %

    Settur pubbliku

    25  %

    Karti ta’ kreditu kummerċjali (klijenti privati)

    Karti ta’ debitu

    13  %

    Karti ta’ kreditu

    11  %

    Kiri

     

    7  %

    Is-suq kapitali

     

    5  %

    (16)

    Il-BAWAG-PSK jinsab f’pożizzjoni b’saħħitha bħala […] fornitur ta’ servizzi bankarji għas-settur pubbliku. Il-[…] tat-trasferimenti tal-Gvern u l-ħlasijiet tal-pagi tal-persunal fis-servizz pubbliku jiġu pproċessati minn dan il-bank.

    (17)

    Barra dan, fil-qasam tas-servizzi mhux bankarji, il-BAWAG-PSK huwa attiv fil-BAWAG Versicherung AG (kumpanija ta’ l-assigurazzjoni) u fil-PSK Versicherung AG (7) fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni u fil- BAWAG-PSK Immobilien AG (kumpanija tal-proprjetà), fil-katina kummerċjali taż-żraben Stiefelkönig u fis-servizzi televiżivi ATV Privat-TV Services.

    (18)

    Il-bank kiber ukoll fuq il-livell internazzjonali. Is-sehem ta’ l-assi tal-fergħat barranin kien ta’ madwar […] % fis-sena 1995 għal madwar […] % u għal ftit aktar minn […] %, jekk jiġu inklużi s-sussidjarji, u kiber fis-sena 2004. Il-bank jiddisponi minn kumpaniji sussidjarji jew affiljati fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja, fis-Slovenja, fl-Ungerija, f’Malta u fil-Libja. Madankollu, l-ishma tas-suq tiegħu fl-Istati Membri l-ġodda huma minimi.

    (19)

    Fit-30 ta’ Diċembru 2006, l-ÖGB biegħ il-BAWAG-PSK lil konsorzju tal-grupp ta’ investiment Amerikan Cerberus Capital Management L.P. (minn hawn ‘il quddiem “il-konsorzju”). (8) L-għeluq sar wara li l-awtoritajiet taw il-permessi regolatorji sospensivi għall-kompetizzjoni fil-15 ta’ Mejju 2007. Il-prezz tax-xiri kien jammonta għal […] biljun EUR. Barra dan, il-konsorzju aċċetta li l-kapital jiżdied b’madwar […] miljun EUR.

    Id-diffikultajiet finanzjari tal-BAWAG-PSK

    (20)

    Id-diffikultajiet ekonomiċi tal-BAWAG-PSK prinċipalment kienu minħabba żewġ tranżazzjonijiet speċjali, it-“tranżazzjonijiet tal-Karibew” u r-“Refco”, li kienu ġestiti minn xi membri tal-ġestjoni ta’ qabel. Dawn in-negozji speċjali kienu possibbli minħabba l-kontroll inadegwat tar-riskju u l-elużjoni konxja min-naħa tal-partijiet involuti ta’ l-awtoritajiet ta’ kontroll eżistenti.

    “It-tranżazzjonijiet tal-Karibew”

    (21)

    It-“tranżazzjonijiet tal-Karibew” bażikament saru bejn l-1995 u l-2001. Mill-1995 sa l-1998 għall-ewwel ġew trasferiti tliet partijiet, li b’kollox kienu jlaħħqu 550 miljun dollaru Amerikan, lill-BAWAG International Finance f’Dublin, lill-kumpaniji stabbiliti fil-Gżejjer Cayman. Fl-1998 inħafer kreditu ieħor ta’ 89 miljun dollaru Amerikan. F’Settembru ta’ l-1998 l-investiment ppreżenta ruħu b’tali mod li l-BAWAG-PSK ta kreditu lill-kumpanija sussidjarja tiegħu f’Dublin li b’kollox kien ilaħħaq 639 miljun dollaru Amerikan għal erba’ kumpaniji għall-finijiet ta’ diversi investimenti. Dawn l-ammonti ntużaw sabiex ikun hemm spekulazzjoni fuq l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-Yen kontra d-dollaru Amerikan. Il-kapital proprju li nkiseb mit-tielet parti bħala kopertura u l-fondi mis-Senior Deposit Agreements intużaw bħala marġni għall-ispekulazzjonijiet, peress li l-evoluzzjoni mistennija tal-prezzijiet ma seħħitx. Fir-rigward tal-finanzjamenti li saru sa l-1998 b’dan il-mod sar telf totali ta’ […] miljun dollaru Amerikan.

    (22)

    Sa tmiem l-1998 saru finanzjamenti oħra li b’kollox kienu jammontaw għal […] miljun dollaru Amerikan u fl-1999 saru investimenti ta’ krediti ta’ madwar […] miljun EUR, li għal darb’oħra rriżultaw li kienu bla valur. Għal darb’oħra ma saret l-ebda evoluzzjoni fil-prezzijiet tal-Yen mistennija; l-options, li maż-żmien kien jidher biċ-ċar li qabdu t-triq tan-niżla, inbiegħu b’telf kbir. Il-passiv għal tmiem l-1999 kien jammonta għal […] biljun EUR, fejn l-estensjoni qawwija tal-passiv, fil-parti l-kbira, ġrat minħabba ċaqliq kbir fir-rati tal-kambju.

    (23)

    Fl-aħħar ta’ l-1999/fil-bidu ta’ l-2000 reġgħu pprovaw għall-aħħar darba jikkumpensaw għat-telf li kien sar sa dak iż-żmien minn dawn it-tranżazzjonijiet. Reġgħu ġew ivvalutati […] miljun EUR flimkien ma’ l-options ta’ qabel li kien baqa’, li kienu jammontaw għal […] miljun dollaru Amerikan f’fondi. L-investimenti reġgħu saru fi spekulazzjonijiet ta’ l-iswaps tal-Yen, u dawn reġgħu kkawżaw it-telf totali tal-fondi investiti. Fl-aħħar tas-sena 2000 kien hemm obbligazzjonijiet ta’ […] biljun EUR minħabba dawn it-tranżazzjonijiet. Mill-2001 sa Ottubru 2005, it-telf ġie ristrutturat u suġġett għal tħassir parzjali sakemm niżel għal […] biljun EUR.

    “Ir-Refco”

    (24)

    Ir-relazzjoni kummerċjali tal-BAWAG-PSK ma’ Refco Group Ltd. LLC (minn hawn ‘il quddiem “Refco”) (9) bdiet fl-1998 u damet sa Ottubru 2005. L-aspetti prinċipali ta’ din ir-relazzjoni kummerċjali kienu:

    a)

    is-sehem tal-BAWAG-PSK fir-Refco fil-perjodu mill-1999 sa l-2004,

    b)

    finanzjamenti fil-kuntest ta’ Ftehim ta’ Parteċipazzjoni fil-Qligħ (Proceeds-Participation-Agreement),

    ċ)

    kooperazzjoni bejn il-BAWAG-PSK u r-Refco f’diversi oqsma ta’ negozju bankarju u tas-sigurtajiet ta’ kuljum,

    d)

    l-għoti ta’ kreditu min-naħa tal-BAWAG-PSK lir-Refco, li bdew bi kreditu fl-1998, li ġie trasferit b’rabta ma’ tmiem is-sehem tal-BAWAG-PSK fir-Refco fl-2004, sal-kreditu ta’ madwar 350 miljun EUR f’Ottubru 2005. Fin-nofs kien hemm krediti kontinwi lir-Refco jew lill-kumpaniji tar-Refco, fost l-oħrajn anki diversi krediti tul perjodu qasir ħafna, li għamlu l-għeluq tal-bilanċ tar-Refco possibbli (dawk li jissejħu “it-tranżazzjonijiet ta’ tmiem is-sena (Year-End Transactions)”).

    (25)

    F’April 2006, fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, ir-Refco, il-Creditors Committee (Il-kumitat tal-kredituri mhux iggarantiti tar-Refco), id-Department of Justice (il-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ l-Istati Uniti) u s-Securities and Exchange Commission (SEC, ir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji ta’ l-Istati Uniti) fittxew lill-BAWAG-PSK bil-qorti. Fil-kuntest ta’ dawn il-proċedimenti b’ordni legali ġie ffriżat ammont ta’ madwar […] biljun dollaru Amerikan. Fl-aħħar ġiet innegozjata soluzzjoni ma’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Uniti u mal-kredituri tar-Refco.

    (26)

    Għall-aħħar ta’ l-2005, mir-relazzjoni mar-Refco rriżultat nefqa totali ta’ […] miljun EUR għall-BAWAG-PSK, li kienet tinkludi:

    350 miljun EUR għall-ħtieġa ta’ aġġustament tal-valur mill-għoti ta’ kreditu,

    […] miljun EUR f’telf mill-Gold-Swaps,

    […] miljun EUR f’telf mill-bejgħ ta’ Senior Secured Loans,

    […] miljun EUR fl-aġġustamenti tal-valur ta’ investimenti, kif ukoll

    ejjeż legali korrispondenti.

    (27)

    Ma’ dan l-ammont kellhom jiġu miżjuda […] miljun EUR, u dan kellu jsir b’effett retroattiv fil-bidu ta’ Mejju 2006 għall-ftehim mal-kredituri tar-Refco. Minn dan irriżulta defiċit mit-tranżazzjonijiet tar-Refco ta’ 1,0045 biljun EUR.

    (28)

    Fil-5 ta’ Ġunju 2006, il-BAWAG-PSK ikkonkluda ftehim mal-kredituri tar-Refco. Il-BAWAG-PSK kellu jħallas […] miljun dollaru Amerikan lill-kredituri u lill-azzjonisti tar-Refco. Barra dan, irrifjuta talbiet għall-kreditu ta’ […] miljun dollaru Amerikan. Il-partijiet kontraenti qablu wkoll, li […] % ta’ madwar […] biljun EUR li jaqbżu l-prezzijiet tal-bejgħ, iżda sa l-ammont ta’ […] miljun dollaru Amerikan, kellhom jitħallsu lill-kredituri u lill-azzjonisti tar-Refco.

    L-effetti tat-tranżazzjonijiet speċjali ( “It-tranżazzjonijiet tal-Karibew u r-“Refco””)

    (29)

    Fl-2004 it-talbiet mill-kumpless tal-Karibew ġew deprezzati għal madwar […] miljun EUR.

    (30)

    Sabiex jiġi mnaddaf it-telf tat-tranżazzjonijiet tal-Karibew fl-2005 intużaw l-assi preżenti ta’ kontabbiltà ta’ […] miljun EUR, id-deprezzament fir-riorganizzazzjoni fl-2005 ta’ 534 miljun EUR u aġġustamenti tal-valur oħra fl-2005 ta’ […] miljun EUR. Bħala riżultat ta’ dan, ammont nett ieħor ta’ madwar […] miljun Euro fi tħassir ġie kkontabilizzat. L-ammont li kien għad baqa’ ta’ […] miljun EUR ġie mħassar kompletament.

    (31)

    F’Ottubru 2005, il-BAWAG-PSK intlaqat mill-insolvenza tar-Refco u fl-istess ħin sar magħruf it-telf mit-tranżazzjonijiet tal-Karibew.

    (32)

    Dawn l-avvenimenti wasslu għal aġġustamenti fil-valur ta’ […] miljun EUR fil-bilanċ annwali […]. (10) Il-BAWAG-PSK seta’ jkopri biss […] miljun EUR mill-akkumulazzjonijiet tar-riservi u mid-dħul nett annwali.

    (33)

    Imwissija mill-istampa, fl-aħħar ta’ April/fil-bidu ta’ Mejju 2006, il-klijenti ġibdu l-flus fuq skala kbira mill-kontijiet kurrenti u mill-kontijiet tat-tfaddil. Bejn Settembru 2005 u Ġunju 2006 b’kollox id-depożiti fuq il-kontijiet kurrenti tal-bank tnaqqsu b’ […] miljun EUR u d-depożiti fuq il-kontijiet tat-tfaddil tnaqqsu b’[…] biljun EUR.

    III.   ID-DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA LI QED TIĠI VVALUTATA

    (34)

    Id-deċiżjoni preżenti dwar il-miżura li qed tiġi vvalutata tittratta d-dikjarazzjoni ta’ garanzija tal-Federazzjoni għall-BAWAG-PSK dwar 900 miljun EUR, li hija rregolata mil-liġi dwar il-garanzija tal-BAWAG-PSK (minn hawn ‘il quddiem “il-liġi dwar il-BAWAG-PSK”) li ġiet adottata fit-8 ta’ Mejju 2006. Il-liġi tinkludi l-kondizzjoni li l-proprjetarji jridu jbigħu l-BAWAG-PSK lil parti terza.

    (35)

    Mingħajr id-dikjarazzjoni ta’ garanzija tal-Federazzjoni, il-BAWAG-PSK ma kienx ikun jista’ jikkonforma mad-dispożizzjonijiet dwar ir-riżorsi proprji u dwar is-solvenza tal-liġi dwar is-sistema bankarja Awstrijaka (minn hawn ’il quddiem il-“BWG”) u jagħlaq il-bilanċ fl-2005.

    (36)

    Fil-31 ta’ Mejju 2006, il-proprjetarji indiretti u diretti tal-BAWAG-PSK ta’ dak iż-żmien (l-ÖGB, l-ÖGSP, l-ÖBG, l-ÖVV u l-AVB) iffirmaw ftehim ta’ bejgħ li bih kienu obbligati jbigħu l-ishma tagħhom lil parti terza indipendenti.

    (37)

    Fis-6 ta’ Ġunju 2006, l-Awstrija u l-BAWAG-PSK iffirmaw ftehim ta’ garanzija li huwa bbażat fuq din il-liġi. Dan fih informazzjoni dettaljata dwar il-garanzija, il-kondizzjonijiet, il-ħlas għall-garanzija, il-garanzija tal-BAWAG-PSK u l-perjodu tal-garanzija. Il-ftehim ta’ bejgħ kien mehmuż mal-ftehim ta’ garanzija.

    (38)

    Barra dan, l-Awstrija u l-proprjetarji indiretti u diretti tal-BAWAG-PSK ta’ dak iż-żmien (l-ÖGB, l-ÖGSP, l-ÖBG, l-ÖVV u l-AVB) ikkonkludew ftehim komprensiv li kien iġġib id-data tas-6 ta’ Ġunju 2006. Fil-Kapitolu 7 (3) ta’ dan il-ftehim jiġi stabbilit l-użu tad-dħul mill-bejgħ. Għall-bejgħ ta’ l-ishma lill-BAWAG-PSK, irid jintuża d-dħul mill-bejgħ billi jitqiesu l-prijoritajiet ġerarkiċi li ġejjin:

    a)

    li jkunu sodisfatti t-talbiet ta’ partijiet terzi biex jiżguraw il-bejgħ,

    b)

    li jkunu sodisfatti t-talbiet kontra l-proprjetarji skond il-ftehim fil-kwistjoni tar-Refco,

    ċ)

    il-ħlas lura ta’ kollox fil-waqt tal-ħlas tal-passiv li jibqa’ ta’ l-AVB,

    d)

    il-ħlas lura ta’ kollox fil-waqt tal-ħlas tal-passiv li jibqgħu tal-proprjetarji diretti (ta’ qabel) kollha tal-BAWAG-PSK,

    e)

    it-tnaqqis tal-garanzija ta’ l-Awstrija mill-kapital proprju pprovdut għall-BAWAG-PSK.

    (39)

    Il-garanzija skadiet fil-15 ta’ Mejju 2007 bl-għeluq tal-bejgħ tal-BAWAG-PSK lill-konsorzju.

    L-għanijiet tad-dikjarazzjoni ta’ garanzija

    (40)

    Skond informazzjoni mill-Awstrija, il-garanzija għandha l-għanijiet li ġejjin:

    a)

    l-istabbilizzazzjoni u t-tisħiħ tal-qagħda tal-BAWAG-PSK,

    b)

    li tagħmel possibbli l-preparazzjoni tal-karta tal-bilanċ ta’ l-2005,

    ċ)

    li tagħmel possibbli l-bidu u t-tkomplija tal-miżuri tal-bejgħ,

    d)

    iż-żamma tal-kapaċità tal-BAWAG-PSK orjentata lejn il-futur,

    e)

    it-tisħiħ tal-fiduċja ta’ l-investituri fiċ-ċentru finanzjarju Awstrijak.

    Il-kondizzjonijiet marbuta mal-garanzija

    (41)

    Skond il-kondizzjonijiet oriġinali, il-garanzija tintemm 60 ġurnata wara l-bejgħ tal-BAWAG-PSK, iżda fil-prinċipju mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2007. Madankollu, setgħet tiġġedded f’kondizzjonijiet speċifiċi.

    (42)

    Il-prezz li għandu jitħallas għall-BAWAG-PSK ġie stabbilit għall-perjodu mit-30 ta’ Ġunju 2007 għal 0,2 % kull sena u sussegwentement għal 1,2 %.

    (43)

    L-użu tal-garanzija ta’ l-Awstrija setgħet biss tiġi kkunsidrata, jekk b’mod kumulattiv

    ma jsir l-ebda bejgħ tal-BAWAG-PSK,

    il-BAWAG-PSK ikun talab lill-membri diretti u indiretti tal-kumpaniji tiegħu biex iħallsu u jagħtu informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi finanzjarji tagħhom u biex iħallsu kemm jifilħu,

    it-theddida ekonomika għall-bank (nuqqas ta’ eżiġenzi tar-riżorsi legali proprji) tkun għadha eżistenti, u

    ikun hemm theddida ta’ insolvenza tal-BAWAG-PSK (insolvenza minħabba dejn eċċessiv) jew ikun hemm diġà insolvenza.

    (44)

    L-attivazzjoni tal-garanzija kienet permessa wkoll, biss jekk ikun hemm theddida ta’ insolvenza, għax il-garanzija kienet se tiskadi fl-1 ta’ Lulju 2007; permezz ta’ l-estensjoni tal-garanzija l-Awstrija setgħet tipprevjeni l-attivazzjoni tagħha. Madankollu kienet meħtieġa deċiżjoni tal-Gvern Federali.

    (45)

    Il-garanzija kopriet biss talbiet li kienu permessi fuq il-bażi ta’ valutazzjoni skond l-Artikolu 22(2) tal-BWG u li ġew ikklassifikati skond ir-Regolament dwar l-awtorità ta’ superviżjoni tas-suq finanzjarju (11) (minn hawn ’il quddiem l-“FMA”).

    (46)

    Skond dan il-ftehim ta’ garanzija, il-garanzija ta’ l-Awstrija, ħlief għal talbiet ta’ attivazzjoni li kienu diġà saru, se tispiċċa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2007 fil-każ tat-trasferiment tal-proprjetà (b’mod dirett jew indirett) ta’ l-ishma lill-BAWAG-PSK lil parti terza fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1) tal-liġi dwar il-BAWAG-PSK. Il-BAWAG-PSK kellu jikkomunika bil-miktub u bla dewmien kull trasferiment tal-proprjetà ta’ din ix-xorta lill-Federazzjoni billi jippreżenta evidenza korrispondenti, sakemm ikollu għarfien ta’ dan. Jekk dan ikun meħtieġ għall-bejgħ ta’ l-ishma lil parti terza fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1) tal-liġi dwar il-BAWAG-PSK, l-Awstrija fuq talba motivata tal-BAWAG-PSK testendi l-garanzija sa 60 ġurnata wara t-trasferiment tal-proprjetà, iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2007.

    (47)

    L-Awstrija, permezz tal-Ministru Federali tal-Finanzi (bl-approvazzjoni tal-Gvern Federali), setgħet ittawwal il-garanzija stabbilita f’dan il-ftehim jekk ikunu preżenti r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 1(2) tal-liġi dwar il-BAWAG-PSK. B’mod partikolari, l-Awstrija setgħet tqis estensjoni bħal din, jekk minħabba li tispiċċa l-garanzija titqiegħed f’riskju r-rikapitalizzazzjoni sostenibbli tal-BAWAG-PSK jew il-bejgħ tiegħu. Il-BAWAG-PSK, hekk kif ikollu estensjoni, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2007, jagħmel talba lill-Awstrija, fejn trid tingħata raġuni għall-eżistenza ta’ estensjoni u trid tiġi wkoll iddokumentata. Sakemm it-talba għall-garanzija tkun ibbażata fuq insolvenza li thedded, minħabba t-tneħħija futura tal-garanzija Federali, l-Awstrija setgħet tevita talba għall-garanzija bħal din, billi testendi l-garanzija qabel tiskadi. F’dan il-każ ma jkunx hemm il-konsegwenzi ta’ talba għall-garanzija.

    (48)

    Kondizzjoni oħra marbuta mal-garanzija kienet li l-BAWAG-PSK u l-ÖGB jbigħu l-ishma tagħhom lill-Bank Nazzjonali Awstrijak (“OeNB”). B’konsiderazzjoni tal-partikolaritajiet ta’ azzjoni bħal din, l-Awstrija saħqet li prezz tas-suq għal dawn l-ishma jkun minn […] sa […]-il darba fuq il-valur nominali ta’ l-azzjonijiet. B’din l-istima seta’ jintlaħaq “prezz tas-suq” ta’ bejn […] miljun EUR u […] miljun EUR. Il-prezz tal-bejgħ finali għall-awtoritajiet Awstrijaċi kien jammonta għal […] miljun EUR ([…] miljun EUR għall-BAWAG-PSK). Id-dħul mill-bejgħ ikkorrisponda mal-valur kontabbli ta’ l-ishma.

    (49)

    Barra l-garanzija Federali ġew imwaqqfa żewġ vetturi b’użu speċjali (minn hawn ’il quddiem “SPVs”), min-naħa l-waħda, minn banek privati u, min-naħa l-oħra, minn kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni, biex jiżguraw il-kwota tal-kapital ċentrali tal-bank tal-BAWAG-PSK. Fil-kuntest tal-ftehim l-erba’ istituti ta’ kreditu Bank Austria Creditanstalt, Erste Bank, Österreichische Volksbanken-AG u Raiffeisen Zentralbank Österreich AG u l-erba’ kumpaniji ta’ assigurazzjoni Allianz, Generali, Uniqa u Wiener Städtische waqqfu żewġ SPVs, sabiex jgħinu lill-BAWAG-PSK. Filwaqt li l-BA-CA, Erste Bank u RZB taw kontribut kull wieħed ta’ […] miljun EUR u l-ÖVAG ta’ […] miljun EUR f’kapital għall-SPVs, kull waħda mill-erba’ kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni taw kontribut ta’ […] miljun EUR għat-tieni kumpanija. Il-BAWAG-PSK kellu l-funzjoni ta’ membru tal-kumpaniji b’kontroll ta’ […] % fiż-żewġ SPVs. Permezz ta’ dan il-ftehim, il-BAWAG-PSK seta’ jgħolli l-kapital kreditabbli tiegħu (il-kapital ċentrali) għal 450 miljun EUR. Bħala grupp, għalhekk, il-BAWAG-PSK reġa’ laħaq kwota kapitali xierqa. Sabiex ir-riskju għall-banek u għall-kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni involuti jkun limitat mill-aktar possibbli, il-fondi disponibbli setgħu jiġu investiti b’mod esklussiv f’bonds ta’ l-Istat f’euro b’rata għolja. Wara l-għeluq tal-bejgħ tal-BAWAG-PSK lill-konsorzju, fil-15 ta’ Mejju 2007, kull azzjonist kellu dritt għad-dissoluzzjoni tal-SPV rispettiva. Bil-likwidazzjoni sussegwenti kull membru tal-kumpaniji jakkwista l-assi rilevanti għas-sehem tiegħu fil-kontribut kapitali permezz ta’ distribuzzjoni fil-forma ta’ proprjetà (jiġifieri permezz ta’ trasferiment ta’ l-ishma, li ġie investit fihom).

    IV.   IR-RAĠUNIJIET GĦALL-INTRODUZZJONI TAL-PROĊEDURA

    (50)

    Il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha dwar l-introduzzjoni tal-proċedura ta’ l-ittestjar formali skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE, temporanjament ikklassifikat l-imsemmija miżura bħala għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE u ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, peress li l-għajnuna mill-fondi ta’ l-Istat kienet iggarantita u billi t-titjib tal-qagħda finanzjarja tar-riċevent probabbli affettwat il-qagħda ekonomika tal-kompetituri minn Stati Membri oħra (12) u, konsegwentement, fixklet jew kienet qed thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    (51)

    Il-Kummissjoni kellha dubju dwar jekk l-insolvenza/il-falliment tal-BAWAG-PSK kellhiex effetti sistematiċi fuq is-sistema finanzjarja Awstrijaka u, f’sens aktar wiesa’, fuq l-ekonomija Awstrijaka kollha. Għalhekk, l-Artikolu 87(3)(b) f’dan il-każ ma kienx ikun applikabbli. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni temporanja tagħha, il-Kummissjoni waslet għar-riżultat li l-għajnuna għandha tiġi vverifikata permezz tal-linji ta’ gwida tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ intrapriżi f’diffikultà (13) (minn hawn ’il quddiem “il-linji ta’ gwida”) u li l-ebda għajnuna oħra konformi mar-regoli tat-Trattat tal-KE jew ma’ linji ta’ gwida oħra tal-Komunità ma tiġi rrikonċiljata mas-suq komuni. Il-Kummissjoni qablet ma’ l-Awstrija li l-BAWAG-PSK huwa intrapriża f’diffikultà fit-tifsira tat-Taqsima 2.1 tal-linji ta’ gwida, iżda kellha dubju kbir dwar jekk il-miżuri ta’ l-għajnuna jistgħux ikunu konformi mas-suq komuni.

    L-għajnuna ta’ salvataġġ

    (52)

    Skond il-linji ta’ gwida, l-għajnuna ta’ salvataġġ, min-natura tagħha stess, hija miżura ta’ għajnuna temporanja riversibbli li żżomm lill-intrapriża fuq saqajha sakemm isir pjan ta’ ristrutturar jew ta’ likwidazzjoni. Skond il-paragrafu 15 tal-linji ta’ gwida, it-tul ta’ żmien għal għajnuna bħal din ma jistax jaqbeż is-sitt xhur.

    (53)

    Il-garanzija fil-fatt inħarġet fis-6 ta’ Ġunju 2006, iżda daħlet fis-seħħ b’mod effettiv, kif stabbilixxiet il-Kummissjoni b’effett retroattiv, fil-31 ta’ Diċembru 2005. It-tul ta’ żmien tagħha b’hekk qabeż il-perjodu massimu ta’ sitt xhur kif stabbilit fil-linji ta’ gwida.

    (54)

    Il-Kummissjoni għalhekk kellha dubji kbar dwar jekk il-garanzija setgħetx titqies bħala għajnuna ta’ salvataġġ, li kienet konformi mas-suq komuni.

    Ir-riġenerazzjoni tal-profittabbiltà tul perjodu twil

    (55)

    Skond il-paragrafi 34 sa 37 tal-linji ta’ gwida, għall-għajnuniet individwali kollha l-Kummissjoni trid tawtorizza pjan ta’ ristrutturar u trid tivvaluta jekk dan il-pjan jagħmilx possibbli r-riġenerazzjoni tal-profittabbiltà tul perjodu twil tal-kumpanija fi żmien xieraq fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet realistiċi.

    (56)

    Il-Kummissjoni kienet ta’ l-opinjoni li s-suċċess tal-pjan ta’ ristrutturar, tar-rikapitalizzazzjoni u tat-tkomplija tal-ġestjoni tal-bank jiddependu b’mod deċiżiv minn prezz għoli tal-bejgħ. Ix-xenarji tal-bejgħ ippreżentati wrew li x-xerrej potenzjali b’kollox għandu jinvesti mill-inqas madwar […] biljun EUR sabiex jirriġenera l-profittabbiltà tul perjodu twil tal-bank, mingħajr aktar għajnuna mill-Istat. Skond il-pjan ta’ ristrutturar, investiment totali li jkun inqas minn dan il-valur ma jħallix lill-ÖGB u lill-intrapriżi marbuta miegħu jħallsu lura l-krediti; u x-xerrej f’dan il-każ ma jkunx f’pożizzjoni li jżid il-kapital proprju kemm ikun meħtieġ.

    (57)

    Il-Kummissjoni ma eskludietx li l-BAWAG-PSK kien se jkollu aktar diffikultajiet minħabba tnaqqis kbir fl-investiment fir-Rebbiegħa ta’ l-2006 u t-tnaqqis fil-klassifikazzjoni tiegħu (14) u għalhekk kien se jkollu spejjeż ogħla ta’ rifinanzjament. Dan se jitnaqqas fil-kontijiet annwali ta’ l-2006. Barra dan, kampanji ta’ promozzjoni li, pereżempju, jinbnew fuq qligħ kbir għall-kontijiet tad-depożiti bankarji jistgħu jinfluwenzaw ukoll il-profitt tal-bank. Fir-rapporti ta’ l-istampa ġie avżat li fl-2006 il-BAWAG-PSK se jkollu aktar telf ta’ madwar 20 miljun EUR.

    (58)

    Barra dan, il-Kummissjoni avżat li l-pjan ta’ ristrutturar irid ikun fih diversi xenarji, skond il-linji ta’ gwida, li jirriflettu ipoteżi ottimista, pessimista u oħra medja. Iżda mill-Awstrija ġie ppreżentat sempliċement xenarju ta’ każ bażi li jikkorrispondi ma’ l-informazzjoni li ngħatat lill-persuni interessati potenzjali fil-memorandum ta’ informazzjoni. Dan il-pjan ta’ negozju ġie mfassal fir-rigward tal-bejgħ tal-bank. Il-Kummissjoni għandha dubju dwar jekk l-informazzjoni li fuqha huwa msejjes il-pjan ta’ negozju tissodisfax ir-rekwiżiti tax-xenarju ta’ każ bażi fi pjan ta’ ristrutturar. Il-Kummissjoni tistenna li ż-żewġ xenarji l-oħra li jridu jiġu ppreżentati, b’wieħed minnhom jikkorrispondi għal ipoteżi ottimista u bl-ieħor għal ipoteżi pessimista, jgħinu l-istabbilità u t-twettiq tal-pjan ta’ ristrutturar.

    (59)

    Il-Kummissjoni kellha dubji wkoll dwar jekk tqisux xi riskji fil-pjan ta’ negozju, b’mod partikolari:

    a)

    Azzjonijiet fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika: ma jistax jiġi eskluż, li jistgħu jittieħdu azzjonijiet oħra mhedda (b’talbiet sa ċertu punt sostanzjali) li jwegħdu suċċess min-naħa tar-rikorrenti. Għal ċerti inċertezzi (arranġamenti qabel isiru l-azzjonijiet possibbli) ġie pprovdut fil-kuntest tal-proviżjon għar-Refco fil-kontabbiltà annwali ta’ l-2005. Barra dan ma kellux jiġi eskluż li diversi persuni li ġarrbu d-danni ma riedu l-ebda ħlas mill-fondi disponibbli permezz ta’ l-arranġament mal-kumitat tal-kredituri. F’dan il-każ persuni bħal dawn, li ġarrbu d-danni, setgħu ħadu azzjoni kontra l-BAWAG-PSK, il-kumitat tal-kredituri kellu jrodd lura l-flus lill-BAWAG-PSK, iżda ma jistax jiġi eskluż, li l-ħlas effettiv jaqbeż l-ammont ta’ flus li jridu jintraddu lura.

    b)

    In-nuqqas ta’ sodisfazzjon ta’ l-obbligazzjonijiet ta’ l-azzjonisti tal-BAWAG-PSK fil-konfront tal-kredituri ta’ l-Istati Uniti – hawnhekk il-BAWAG-PSK għandu garanzija ta’ sussidjarjetà.

    ċ)

    Is-sentenza tal-qorti għall-klawżoli ta’ l-indiċjar tar-rati msemmija fil-kontabbiltà annwali ta’ l-2005 possibbilment ħadmet ukoll b’mod negattiv fuq il-BAWAG-PSK.

    Il-Kummissjoni kienet ta’ l-opinjoni, li biex isir pjan ta’ ristrutturar estensiv jeħtieġ ukoll li ssir valutazzjoni ta’ dawn ir-riskji.

    Ikun evitat tfixkil inaċċettabbli tal-kompetizzjoni

    (60)

    Ir-regolament ta’ eċċezzjoni skond l-Artikolu 87(3)(ċ) tat-Trattat tal-KE jista’ jiġi applikat biss jekk l-għajnuna ma tibdilx il-kondizzjonijiet tan-negozju b’mod li jmur kontra l-interess komuni. Skond il-paragrafi 38 sa 42 tal-linji ta’ gwida, iridu jintlaħqu miżuri, biex jekk ikun possibbli, jitnaqqsu l-effetti żvantaġġjużi ta’ l-għajnuna fuq il-kompetituri. Se jitqiesu l-bejgħ ta’ l-assi, it-tneħħija tal-kapaċitajiet, il-limitazzjoni tal-preżenza tas-suq jew it-tnaqqis ta’ l-ostakli tad-dħul fis-swieq ikkonċernati. Il-miżuri jridu jiġu applikati bi proporzjon għall-effetti ta’ tfixkil ikkawżati mill-għajnuna u, b’mod partikolari fir-rigward tal-kumpanija fis-suq jew fis-swieq tagħha. Dawn iridu jaqbżu l-miżuri meħtieġa għar-riġenerazzjoni tal-profittabbiltà. Jekk il-Kummissjoni tipprova jekk il-miżuri ta’ kumpens humiex xierqa, din tqis l-istruttura tas-suq u l-ambjent ta’ kompetizzjoni biex tiżgura li dawn il-miżuri ma joħolqu l-ebda taħsir ta’ l-istruttura tas-suq, pereżempju bil-ħolqien indirett ta’ oligopolju.

    (61)

    Il-miżuri ta’ kumpens proposti inizjalment mill-Awstrija kienu jikkonsistu mill-bejgħ tal-Bank Frick & Co, mis-sehem tal-BAWAG-PSK fil-bank nazzjonali Awstrijak, mill-bejgħ ta’ l-intrapriża Pollakka Kinomax Sp.z o.o u mill-proprjetà Vjenniża. Peress li l-miżuri u l-effetti tagħhom fuq il-BAWAG-PSK ġew deskritti b’mod pjuttost vag, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta l-effett kollu tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet teħtieġ informazzjoni dettaljata dwar l-effetti tad-diversi miżuri fuq l-assi u fuq is-suq futur tal-BAWAG-PSK, kif ukoll informazzjoni dwar il-valur ta’ dawn il-miżuri u ta’ l-effetti tat-tnaqqis tagħhom (pereżempju fir-rigward tat-total tal-karta tal-bilanc).

    (62)

    Il-Kummissjoni kellha dubju dwar jekk aktar miżuri ta’ kumpens inaqqsux il-valur totali tal-BAWAG-PSK u, għalhekk, anki dwar iċ-ċans li jintlaħaq il-prezz tal-bejgħ meħtieġ għall-ispejjeż tad-dejn. Aktar minn hekk il-prezz tal-bejgħ meħtieġ jaqa’ taħt id-dħul mill-bejgħ minħabba l-bejgħ ta’ assi oħra.

    (63)

    Il-Kummissjoni kellha dubju dwar jekk il-kriżi serja ta’ likwidità tal-BAWAG-PSK kinitx twassal għal oligopolju aktar riġidu fis-swieq bankarji Awstrijaċi, mhux l-inqas peress li operatur kummerċjali ġdid seta’ jieħu f’idejh l-attivitajiet bankarji.

    (64)

    Il-Kummissjoni avżat ukoll li l-“bank-run”, (jiġifieri l-irtirar tal-flus mill-bank min-naħa tal-klijenti minħabba biża’ li l-bank se jfalli), li seħħ minn Settembru 2005 sa Ġunju 2006, mhux bilfors komparabbli ma’ miżura ta’ kumpens fit-tifsira tal-linji ta’ gwida.

    (65)

    Għaldaqstant, jista’ jiġi stabbilit li l-Kummissjoni kellha nuqqas ta’ informazzjoni importanti għal valutazzjoni xierqa ta’ l-effetti tal-miżuri ta’ kumpens proposti. Fid-dawl tal-fatti disponibbli, għalhekk, kellha dubji serji dwar jekk il-miżuri ta’ tnaqqis ippjanati kinux biżżejjed biex inaqqsu l-effetti ta’ tfixkil tal-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna.

    Id-delimitazzjoni ta’ l-għajnuna għall-minimu meħtieġ

    (66)

    Skond il-paragrafi 43 sa 45 tal-linji ta’ gwida, l-għajnuna trid tkun limitata għall-ispejjeż minimi meħtieġa għar-ristrutturar sabiex l-intrapriża ma jkollha l-ebda likwidità eċċessiva li tkun tista’ tuża għal attività aggressiva li tista’ tipprovoka tfixkil fis-suq jew anki għal estensjoni. Il-linji ta’ gwida juru wkoll li r-riċeventi ta’ l-għajnuna jridu jagħtu kontribut kbir għall-pjan ta’ ristrutturar permezz tal-bejgħ ta’ l-assi, jekk dawn ma jkunux meħtieġa għaż-żamma ta’ l-intrapriża, jew permezz ta’ finanzjament barrani skond il-kondizzjonijiet tas-suq. Skond il-linji ta’ gwida, fil-prinċipju, għal intrapriżi kbar bħall-BAWAG-PSK il-kontribut proprju ta’ l-intrapriża għandu jilħaq il-50 % ta’ l-ispejjeż ta’ ristrutturar.

    (67)

    L-Awstrija saħqet li l-miżura ma tirrappreżenta l-ebda injezzjoni ta’ kapital, iżda tat lill-Istat garanzija bi żmien stipulat. Il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, ma setgħetx tistabbilixxi eżattament jekk l-għajnuna kinitx limitata għall-minimu meħtieġ, u għandha dubji serji dwar jekk l-Awstrija vvalutatx, kif inhu xieraq, l-element ta’ għajnuna tal-garanzija Federali, peress li l-garanzija għandha effetti simili għal dawk ta’ injezzjoni ta’ kapital.

    (68)

    L-Awstrija avżat li l-ispejjeż ta’ ristrutturar jammontaw għal […] biljun EUR u 100 % se jittieħdu mill-BAWAG-PSK stess kif ukoll mill-proprjetarji preżenti u futuri. Il-Kummissjoni kellha dubju dwar dan u talbet aktar informazzjoni biex tkun tista’ tivverifika jekk l-ammont tal-BAWAG-PSK attwalment jilħaqx il-50 % ta’ l-ispejjeż ta’ ristrutturar.

    V.   L-OPINJONI TA’ L-AWSTRIJA

    (69)

    L-Awstrija esprimiet ruħha fuq il-bażi tal-pjan ta’ ristrutturar disponibbli għad-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni tal-proċedura u kkomunikat aktar informazzjoni li, b’mod partikolari, tikkonċerna l-punti li ġejjin:

    L-eżistenza ta’ disturb serju fl-ekonomija Awstrijaka

    (70)

    L-Awstrija kienet ta’ l-opinjoni li l-garanzija ġiet innotifikata bħala għajnuna li tirrimedja disturb serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru. L-insolvenza tal-BAWAG-PSK kien ikollha effetti negattivi kbar u imprevedibbli fuq l-ekonomija. Il-paniku mistenni mill-insolvenza possibbli tal-BAWAG-PSK seta’ jolqot malajr banek oħra, b’mod partikolari għax skond il-mudell legali ta’ garanzija tad-depożiti bankarji li jeżisti fl-Awstrija mill-insolvenza ta’ l-istitut ta’ kreditu jistgħu jiġu invokati anki banek oħra. Dan kellu konsegwenzi kbar għall-ekonomija sħiħa ta’ l-Awstrija u fuq kollox anki għall-ħaddiema fis-settur bankarju li huma madwar 70 000. Il-ħolqien ta’ żewġ kumpaniji speċjali (ara aktar ‘l isfel) juri wkoll l-għajnuna distinta tal-BAWAG-PSK min-naħa ta’ l-akbar operaturi kummerċjali fis-suq finanzjarju Awstrijak, li kienu lesti li jiżguraw l-istabbilità tas-suq finanzjarju fl-Awstrija.

    (71)

    L-insolvenza kienet taffettwa minbarra lill-Federazzjoni tat-Trejdjunjins ta’ l-Awstrija bħala proprjetarju partikolarment anki lill-Awstrija:

    peress li l-Federazzjoni għandha d-dmir Statali ta’ l-istabbiltà tas-suq finanzjarju,

    peress li l-BAWAG-PSK iwettaq il-ħlasijiet kollha għall-Awstrija (pereżempju ħlasijiet li jikkonċernaw it-taxxi, il-pensjonijiet, is-servizzi għall-persuni qiegħda u s-sostenn għall-familja), u

    -peress li l-Federazzjoni qabel kienet il-proprjetarja u kienet responsabbli għal ċerti obligazzjonijiet ta’ l-Österreichische Postsparkasse.

    (72)

    L-Awstrija kellha tkun ukoll responsabbli għall-impjegati Federali ta’ l-Österreichischen Postsparkasse bid-drittijiet tagħhom fis-servizz pubbliku (il-ħlas annwali tas-salarji li b’kollox ilaħħaq […] miljun EUR). Peress li l-BAWAG-PSK juża l-uffiċċji postali ta’ l-Awstrija anki bħala fergħat, minħabba t-tnaqqis fil-volum tan-negozju fis-servizzi finanzjarji fl-uffiċċji postali ta’ l-Awstrija kien ikun ukoll meħtieġ l-għeluq ta’ aktar uffiċċji postali. Dan kien joħloq problemi ta’ struttura fiż-żoni rurali.

    (73)

    L-Awstrija kienet ta’ l-opinjoni li stima kwantitattiva tal-konsegwenzi eventwali ta’ l-insolvenza tal-bank fuq l-ekonomija sħiħa bilkemm tkun possibbli.

    L-element ta’ għajnuna tal-garanzija Federali

    (74)

    L-Awstrija spjegat li l-għajnuna mill-Istat tkun meħtieġa biex ittemm il-“bank-run” li kien beda f’Settembru 2005, u biex tiggarantixxi l-likwidità tal-BAWAG-PSK u tal-grupp tal-BAWAG-PSK. Mingħajr il-garanzija tal-Federazzjoni għall-BAWAG-PSK l-ebda investitur privat ma kien ikun lest li joħroġ fondi li jitqiesu bħala kapital proprju.

    (75)

    Skond l-Awstrija, l-element ta’ għajnuna tal-garanzija jrid jiġi akkwistat fuq il-bażi ta’ l-avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-Istat f’forma ta’ garanziji (15) (minn hawn ’il quddiem “avviż”). L-avviż jagħti lill-Kummissjoni diskrezzjoni wiesgħa fir-rigward tad-determinazzjoni tal-livell ta’ l-għajnuna. Kulma huwa permess huwa li l-element ta’ għajnuna jiġi vvalutat fir-rigward tad-dettalji tal-garanzija. Il-paragrafu 3.2 ta’ l-avviż jgħid: “Fejn, fil-mument li jingħata s-self, ikun hemm probabbiltà kbira li dak li jissellef għad jonqos milli jħallas, eżempju għaliex ikun jinsab f’diffikultà finanzjarja, il-valur tal-garanzija jista’ jkun għoli daqs l-ammont effettivament kopert b’dik l-istess garanzija.” F’dan ir-rigward, l-Awstrija spjegat li l-BAWAG-PSK ma jissellifx b’garanzija mill-Istat, iżda jaġixxi bħala kreditur. Għalhekk il-qagħda finanzjarja tal-BAWAG-PSK tkun irrilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ inadempiment. Il-Kummissjoni, għalhekk, ma’ tista toħroġ bl-ebda konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta’ inadempiment mill-qagħda finanzjarja tal-BAWAG-PSK.

    (76)

    L-Awstrija spjegat, li l-Moody’s “Financial Strength Rating” (il-Klassifikazzjoni tas-Saħħa Finanzjarja, minn hawn ’il quddiem “FSR”) (16) huwa indikatur xieraq tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-BAWAG-PSK, peress li l-FSR jiġi esklussivament applikat rigward l-effiċjenza finanzjarja ta’ l-intrapriża stess mingħajr għajnuna esterna. Il-klassifikazzjoni tinkludi b’mod impliċitu valutazzjoni ta’ l-iżvilupp futur tal-bank u tagħti stampa ċara tal-probabbiltà sħiħa ta’ inadempiment. L-FSR ta’ “E+” tal-BAWAG-PSK jikkorrispondi għal “Baseline Rating (klassifikazzjoni bażilari)” minn B1 sa B3 u jfisser għalhekk probabbiltà ta’ inadempiment ta’ bejn 3,2 u 10,5 % f’sena.

    (77)

    Skond l-Awstrija, mill-fatt li l-BAWAG-PSK kellu jiġi kklassifikat bħala intrapriża f’diffikultajiet finanzjarji fiż-żmien tal-garanzija ta’ l-għajnuna, ma jistax jiġi konkluż li l-element ta’ għajnuna jikkorrispondi għall-valur nominali tal-garanzija ta’ 900 miljun EUR. Minflok, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu mid-diskrezzjoni tagħha u tqis il-partikolaritajiet u d-dettalji tal-ftehim ta’ garanzija kif ukoll il-fatturi ta’ riskju identifikati. Id-diffikultajiet finanzjarji ta’ min jissellef huma biss sinjal ta’ għajnuna mill-Istat, iżda ma jagħtu l-ebda indikazzjoni dwar il-grad ta’ valur ta’ l-għajnuna. F’diversi każijiet ta’ ristrutturar il-Kummissjoni vvalutat l-element ta’ għajnuna ta’ garanzija favur intrapriża f’diffikulta inqas mill-valur nominali. Fil-każ tal- Crédit Foncier de France (minn hawn ’il quddiem “CFF”), (17) il-Kummissjoni stmat il-valur ta’ l-għajnuna fuq il-bażi tal-prezz li l-bank, b’mod ipotetiku, kellu jħallas għal garanzija bħal din fis-suq. Fil-każ tal-Bankgesellschaft Berlin (minn hawn ’il quddiem “BGB”), (18) il-Kummissjoni stmat il-valur ta’ l-għajnuna ta’ garanzija, dik li tissejjaħ kopertura mir-riskju, bħala “valur ekonomiku” u mhux bħala valur nominali. Anki fil-każ ta’ l-għajnuna ta’ ristrutturar li l-Ġermanja tat lill-Chemischen Werken Piesteritz (minn hawn ’il quddiem “CWP”), (19) il-Kummissjoni stmat il-valur ta’ l-għajnuna ta’ garanzija ferm taħt il-valur nominali tal-kreditu, għalkemm is-CWP f’dan il-perjodu kienet tinsab f’diffikultajiet finanzjarji.

    (78)

    Fir-rigward tal-perjodu qasir tal-garanzija, l-Awstrija spjegat li l-Ministru Federali tal-Finanzi jista’ jtawwal iż-żmien skond l-aħħar klawżola ta’ l-Artikolu 3(2) tal-liġi dwar il-garanzija tal-BAWAG-PSK. Iżda biex isir dan tkun meħtieġa l-approvazzjoni tal-Gvern Federali, li trid tingħata b’mod unanimu. Għalhekk, it-tul ta’ żmien jiddependi mid-diskrezzjoni politika tal-Gvern Federali. Fir-rigward tat-tul ta’ żmien, il-BAWAG-PSK jista’ jagħmel ħafna pressjoni fuq l-Awstrija, jekk ikun hemm ir-rekwiżiti għal sejħa. Għal dan tkun meħtieġa l-insolvenza imminenti tal-BAWAG-PSK. Il-BAWAG-PSK irid jobbliga lill-proprjetarji tiegħu biex iħallsu minn qabel u jġiegħelhom jiddikjaraw l-assi tagħhom. Dan ikun ostaklu kbir għas-sejħa għall-garanzija, b’hekk il-garanzija ma tkunx tista’ tingħata għal “perjodu de facto bla limitu”. Lanqas ekonomikament wieħed ma jistax jassumi li l-garanzija tkun bla limitu. Il-BAWAG-PSK, f’każ ukoll li ma jkollux suċċess fil-proċess tal-bejgħ, għandu ħafna possibbiltajiet biex ikopri b’mod ieħor il-ħtieġa kapitali tiegħu wara li jiskadi l-perjodu ta’ garanzija ta’ sena. L-ewwelnett, il-qligħ tal-bank iwassal għal titjib fil-ħtieġa kapitali. It-tieninett, jista’ jnaqqas il-ħtieġa kapitali tiegħu permezz tat-tnaqqis fl-assi ta’ riskju tiegħu. It-tieletnett, hemm ukoll il-possibbiltà li jissellef kapital mingħand partijiet terzi. Fil-kriżi diretta tal-“bank-run” f’Mejju 2006 dawn il-possibbiltajiet, minħabba raġunijiet ta’ żmien, ma kinux disponibbli. Kieku l-bejgħ ma sarx, il-bank kien ikollu l-possibbiltà li juża dawn l-istrateġiji.

    (79)

    Fl-opinjoni ta’ l-Awstrija, il-garanzija ma tistax titqies b’mod ekonomiku, bħallikieku ġiet imħallsa b’mod permanenti fl-assi tal-BAWAG-PSK (“paid in”). Proprjetarju ġdid ikollu jissostitwixxi dan l-ammont fid-depożitu tiegħu. Ma jeżisti l-ebda awtomatiżmu fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-garanzija. Akkwirent ma jagħmilx sempliċement disponibbli ammont ta’ l-istess livell tal-kapital proprju meta tiskadi l-garanzija. Anzi, dan ikollu ħafna possibbiltajiet biex jindirizza nuqqas eventwali ta’ kapital tal-BAWAG-PSK. Il-possibbiltà għal talba kienet ukoll limitata bil-modalitajiet speċifiċi tal-garanzija. B’mod speċjali, anki ċ-ċirkostanza li l-garanzija hija sempliċement garanzija ta’ inadempiment tnaqqas ir-riskju. Il-garanzija ta’ l-Awstrija titqies biss fil-każ ta’ l-insolvenza imminenti tal-BAWAG-PSK. Iżda insolvenza bħal din tkun wisq improbabbli minħabba u wara l-garanzija li tingħata.

    (80)

    Dwar il-probabbiltà ta’ talba, l-Awstrija spjegat li fil-perjodu ta’ l-għoti tal-garanzija kien hemm probabbiltà kbira li l-BAWAG-PSK jinbiegħ fi żmien sena għal investiment totali tax-xerrej li b’kollox ilaħħaq aktar minn 2,6 biljun EUR. Sinjal qawwi għall-valur attwali tal-BAWAG-PSK f’April 2006, għalhekk, qabel l-għoti tal-garanzija Federali kien il-prezz tal-bejgħ u l-investiment totali ta’ l-offerenti fl-offerti finali tagħhom ta’ Diċembru 2006. Peress li fir-Rebbiegħa 2006 il-BAWAG-PSK kien b’saħħtu u kellu biss problemi finanzjarji minħabba l-problemi limitattivi, il-valur tiegħu ġie stmat li jlaħħaq madwar 2,6 biljun EUR fiż-żmien tal-garanzija Federali. Dan il-valur għoli huwa rifless ukoll fil-proċedura ta’ tfigħ ta’ l-offerti, jiġifieri fl-offerti finali ta’ l-offerent ta’ Diċembru 2006 u finalment fl-investiment totali magħmul minn Cerberus. L-offerti ta’ l-offerenti saru fil-kuntest ta’ proċedura internazzjonali ta’ tfigħ ta’ offerti, li titwettaq b’mod miftuħ u bla diskriminazzjoni u tagħti lill-offerent biżżejjed żmien biex jittestja l-oġġett li potenzjalment ikun se jinxtara qabel ma ssir l-offerta. Rigward l-għarfien ta’ l-Awstrija dwar il-valur attwali tal-BAWAG-PSK, jista’ jiġi spjegat li l-Awstrija permezz ta’ l-attività tal-FMA fiż-żmien meta ttieħdet il-garanzija kellha biżżejjed informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-BAWAG-PSK. Sa l-għoti tal-garanzija, l-Awstrija kienet tqis lill-BAWAG-PSK bħala intrapriża vijabbli li kienet teħtieġ għajnuna għall-armonizzazzjoni sal-bejgħ tagħha biss.

    (81)

    Dwar il-komparabbiltà ma’ strumenti finanzjarji oħra, l-Awstrija spjegat li l-garanzija Federali ma tridx titqabbel ma’ injezzjoni ta’ kapital, sakemm ma jkunx hemm il-każ tal-garanzija. Ir-riskju ta’ inadempiment, b’FSR ta’ E+ biss, jammonta għal 5,49 %, biex b’hekk, bi probabbiltà ta’ kważi 95 %, ma jsir l-ebda ħlas lill-BAWAG-PSK.

    (82)

    L-Awstrija kienet ta’ l-opinjoni li l-garanzija Federali hija indirettament komparabbli ma’ garanzija għall-krediti bħal, pereżempju fil-każ tas-CFF, għall-finijiet tal-valutazzjoni ta’ l-element ta’ għajnuna. B’garanzija fuq il-krediti bankarji kollha, il-klassifikazzjoni tal-BAWAG-PSK ittejbet ħafna bi klassifikazzjoni fiż-żona A. Titjib tal-klassifikazzjoni bħal dan kien ikollu effett pożittiv dirett fuq l-ispejjeż ta’ rifinanzjament. Għalhekk, għal darb’oħra, is-sitwazzjoni tar-riżultat tal-bank kienet qed titjieb. Flimkien mal-klassifikazzjoni, għallinqas, dan kien qed itejjeb il-possibbiltajiet tiegħu biex jakkwista kapital ieħor. Anki garanzija għall-krediti tista’ għalhekk – b’mod indirett – tiżgura l-kwota tal-kapital ċentrali meħtieġa. Il-valutazzjoni ta’ l-element ta’ għajnuna, għalhekk, għandha tkun ibbażata fuq il-livell tal-valur ekonomiku mill-perspettiva tar-riċevent ta’ l-għajnuna. Madankollu m’għandux jiġi vvalutat jekk l-Istat ikunx qed ifittex garanzija jew mezzi oħra bħala investitur privat.

    (83)

    Fid-dawl tal-fatturi li jnaqqsu r-riskju u tal-limitazzjoni taż-żmien minħabba l-bejgħ tal-bank mistenni fil-futur qrib, il-probabbiltà ta’ inadempiment ta’ B2 se tidher realistika u ġusta. L-element ta’ għajnuna tat-teħid tal-garanzija, għalhekk, jammonta għal 49,1 miljun EUR. (20) Jekk jitqies il-ħlas tal-garanzija ta’ 0,2 % fl-ewwel sena, l-element ta’ għajnuna jammonta għal 47,3 miljun EUR (21) netti. Il-plawżibbiltà ta’ din il-valutazzjoni għandha tirrikonoxxi wkoll li l-interessi fl-għoti tal-kreditu għall-ammont totali kienu jkunu għolja kważi daqs il-ħlas tal-garanzija.

    (84)

    L-Awstrija kompliet tispjega li, fir-rigward ta’ l-inadempimenti mistennija, trid titqies mhux biss il-probabbiltà ta’ inadempiment iżda anki l-iskala ta’ l-inadempiment. Il-valutazzjoni spjegata fil-paragrafu (83) ġejja minn kwota ta’ inadempiment b’inadempiment ta’ 100 %. Iżda b’inadempiment ta’ 50 % (22) jirriżulta valur ta’ għajnuna baxx ħafna ta’ madwar 25 miljun EUR. Barra dan, investitur privat iqis ukoll spejjeż kapitali ta’ madwar 10 miljun EUR. (23) Għalhekk, il-valur totali tal-garanzija jammonta għal madwar 35 miljun EUR mingħajr il-ħlas tal-garanzija ta’ 1,8 miljun EUR.

    (85)

    L-Awstrija vvalutat il-valur tal-garanzija ukoll billi fittxet il-vantaġġ teoretiku ta’ rifinanzjament tal-garanzija Federali għall-BAWAG-PSK. Minħabba l-garanzija, il-primjum ta’ riskju naqas għal madwar 0,2 %. (24) Minħabba l-krediti affettwati mill-klassifikazzjoni ta’ 24,7 biljun EUR, il-valur ekonomiku tal-garanzija jammonta għal 49,4 miljun EUR.

    (86)

    L-Awstrija spjegat li l-element ta’ għajnuna, fi kwalunkwe każ, ikun ferm ’il bogħod mill-valur nominali tal-garanzija. Is-suq kapitali huwa familjari ma’ strumenti ibridi tal-kapital proprju li juru karatteristiċi ċari ta’ krediti, li b’mod regolatorju mill-bank jiġu rikonoxxuti bħala kapital ċentrali. Madankollu, minħabba t-termini regolatorji tal-bank, dawn ikollhom tul ta’ żmien minimu twil, normalment mill-inqas 10 snin. Għal strumenti bħal dawn hemm intitolament definit għall-ħlas ta’ l-interessi li naturalment huwa lilhinn dak li jitħallas għal strument ta’ sena. Il-banek, li l-klassifikazzjoni tagħhom tkun komparabbli ma’ dik tal-BAWAG-PSK, fir-Rebbiegħa/fis-Sajf 2006, ħarġu kapital ibridu b’tul ta’ żmien minimu ta’ għaxar snin u b’rati ta’ interess ta’ madwar 5,1 %:

    Tabella III

    Emissjonijiet ta’ kapital ibridu ta’ banek bi klassifikazzjoni komparabbli

    Emittent

    Data dwar l-emissjoni

    Il-klassifikazzjoni fiż-żmien ta’ l-emissjoni

    Ir-rata ta’ interess

    Banca Italease

    is-6 ta’ Ġunju 2006

    Moody’s

    :

    Baa2

    Fitch

    :

    BBB+

    Composite

    :

    BBB

    5,159  %

    AIB UK

    is-6 ta’ Ġunju 2006

    Moody’s

    :

    A2

    S&P

    :

    A–

    Fitch

    :

    A+

    Composite

    :

    A

    5,142  %

    Ir-riġenerazzjoni tal-profittabbiltà ta’ l-intrapriża tul perjodu twil

    (87)

    L-Awstrija kkompletat il-pjan ta’ ristrutturar permezz ta’ xenarju ta’ każ bażi aġġornat u permezz ta’ analiżi tas-sensittività b’xenarju ottimist u ieħor pessimist.

    (88)

    Ix-xenarju ta’ każ bażi huwa dan li ġej:

    Tabella IV

    (f’miljuni ta’ EUR)

    Il-kalkoli ta’ qligħ u telf skond il-Kodiċi Kummerċjali

     

    2006

    2007

    2008

    2009

    2010

    2011

    Interessi netti

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Dħul dirett mill-investiment

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Kummissjonijiet riċevibbli

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Riżultat finanzjarju

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Dħul operattiv ieħor

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Dħul operattiv

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Spejjeż tal-persunal

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Spejjeż relatati ma’ assi fissi

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Konsum tal-kapital fiss

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Spejjeż operattivi oħra

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Profitt operattiv

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Il-prevenzjoni tar-riskju u l-valutazzjoni ta’ l-assi finanzjarji fissi

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Profitt operattiv ta’ l-attività kummerċjali normali

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Taxxi

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Profitti netti annwali

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    (89)

    L-Awstrija spjegat, li b’konsiderazzjoni tal-kondizzjonijiet tas-suq preżenti, kien ikun meħtieġ aġġornament tal-pjan għas-sena 2007. L-eċċess annwali ta’ […] miljun EUR ikun niżel għal madwar […] % ta’ l-ammont oriġinali mistenni. L-Awstrija spjegat is-suppożizzjonijiet ibbażati fuq ix-xenarju ta’ każ bażi u l-indiċijiet finanzjarji importanti. Il-pjan għall-2008 u għas-sena ta’ wara baqa’ ma nbidilx.

    (90)

    Ir-raġunijiet importanti għall-bidliet fix-xenarju ta’ każ bażi huma:

    il-bidla tul perjodu twil taż-żjieda fil-kurva ta’ l-interessi,

    ir-ritorn gradwali mhux mistenni tad-depożiti tat-tfaddil u tal-kontijiet tal-klijenti mitlufa matul il-“bank-run”,

    in-nuqqas ta’ likwidità u l-ħtieġa li jinbiegħu pożizzjonijiet ta’ assi biex tiżdied il-likwidità,

    ir-rapport negattiv kontinwu dwar il-BAWAG-PSK fil-midja,

    l-istaġnar tal-kummerċ tal-kreditu minħabba li ma kienx hemm biżżejjed likwidità.

    (91)

    L-Awstrija spjegat li s-suppożizzjonijiet importanti, li jvarjaw minn xulxin fix-xenarju ottimist u f’dak pessimist, huma d-dħul nett mill-interessi, id-dħul mill-investiment u d-dħul mill-kummissjonijiet, it-tkabbir tal-kummerċ, l-ispejjeż tal-persunal u dawk relatati ma’ assi fissi u l-kwota ta’ riskju. Fix-xenarju pessimist il-profitt operattiv ta’ l-attività kummerċjali normali jikber minn […] miljun EUR fl-2007 għal […] miljun EUR fl-2011 u għalhekk ikun madwar […] % taħt il-profitt operattiv ta’ l-attività kummerċjali normali fix-xenarju ta’ każ bażi. Fix-xenarju ottimist, il-profitt operattiv ta’ l-attività kummerċjali normali fl-2007 jammonta għal […] miljun EUR u fl-2011 għal […] miljun EUR. B’hekk, fix-xenarju ottimist il-profitt operattiv ta’ l-attività kummerċjali normali fl-2011 ikun madwar […] % ogħla milli fix-xenarju ta’ każ bażi.

    (92)

    Fl-opinjoni ta’ l-Awstrija, permezz tal-pjan ta’ ristrutturar, tkun possibbli r-riġenerazzjoni tal-profittabbiltà tul perjodu twil tal-BAWAG-PSK. Il-proċedura tat-tfigħ ta’ l-offerti, li ġiet konkluża b’suċċess fl-14 ta’ Diċembru 2006, hija l-aħjar test fis-suq għall-plawżibbiltà tal-pjan ta’ ristrutturar. Cerberus, bl-offerta tiegħu għal investiment totali ta’ […] biljun EUR, wera b’mod ċar li huwa konvint mill-profittabbiltà tul perjodu twil tal-bank.

    (93)

    Ir-riskji speċifiċi relatati mat-talbiet tar-“Refco” fl-Istati Uniti, in-nuqqas ta’ sodisfazzjon ta’ l-obbligazzjonijiet ta’ l-azzjonisti tal-BAWAG-PSK fil-konfront tal-kredituri Amerikani u s-sentenza tal-qorti għall-klawżoli ta’ l-indiċjar tar-rati, skond l-Awstrija qed jitqiesu biżżejjed fil-pjan ta’ ristrutturar:

    Ir-riskju mit-talbiet tal-kredituri tar-Refco fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika huwa minimu ħafna u għalhekk mhemmx għalfejn jitqies fuq il-karta tal-bilanċ; dan jiġi kopert mill-prevenzjoni ġenerali tar-riskju;

    Ir-riskju tan-nuqqas ta’ sodisfazzjon ta’ l-obbligi ta’ l-azzjonisti tal-BAWAG-PSK fil-konfront tal-kredituri Amerikani m’għadux jeżisti. Fit-18 ta’ Diċembru 2006 il-BAWAG-PSK u l-proprjetarji diretti u indiretti tiegħu kkonkludew ftehim dwar l-obbligazzjonijiet tal-partijiet kontraenti li permezz tiegħu l-BAWAG-PSK u l-proprjetarji tiegħu jiċċaħdu b’mod reċiproku mid-dritt għar-rimedju kontra xulxin;

    Ir-riskju li jikber mis-sentenza tal-qorti għall-klawżoli ta’ l-indiċjar tar-rati jitqies fir-riservi ġenerali tal-bilanċ tal-BAWAG-PSK.

    (94)

    L-Awstrija tfakkar li żewġ vetturi b’użu speċjali (minn hawn ’il quddiem “SPVs”) tal-banek privati, min-naħa l-waħda, u tal-kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni, min-naħa l-oħra, twaqqfu biex jiżguraw il-kwota tal-kapital ċentrali tal-bank tal-BAWAG-PSK.

    Ikun evitat tgħawwiġ inaċċettabbli fil-kompetizzjoni

    (95)

    Skond L-Awstrija, l-istabbiliment ta’ SPVs b’saħħithom tal-kapital proprju tal-BAWAG-PSK ma’ diversi banek Awstrijaċi, min-naħa l-waħda, u ma’ assiguraturi Awstrijaċi, min-naħa l-oħra, juri li l-kompetituri ħadu d-diffikultajiet ekonomiċi tal-BAWAG-PSK min-naħa tagħhom bħala okkażjoni ta’ miżuri ta’ għajnuna tul perjodu qasir fl-interess tal-preservazzjoni tar-reputazzjoni taċ-ċentru finanzjarju Awstrijak. Ikun illoġiku jekk il-kompetituri tal-BAWAG-PSK, bl-għajnuna ta’ l-SPVs, jagħtu għajnuna finanzjarja temporanja jekk fl-istess ħin mil-garanzija Federali jkunu ġabu tfixkil sinifikanti tal-kompetizzjoni. Fil-fatt, l-andament tal-banek u ta’ l-assiguraturi juri li ż-żamma sikura tal-BAWAG-PSK, permezz tal-garanzija Federali, fi kwalunkwe każ la ġiet u lanqas qed titqies bħala tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. Barra dan, l-ebda parti terza fil-Kummissjoni ma kkummentat dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-garanzija Federali, fil-perspettiva ta’ kompetituri oħra, ma wasslitx għal tfixkil fil-kompetizzjoni.

    (96)

    L-Awstrija kienet ta’ l-opinjoni li l-bejgħ tal-BAWAG-PSK mill-proprjetarji li kellu qabel lill-ÖGB juri miżura ta’ kumpens importanti. Il-bejgħ jenfasizza r-rieda komuni għar-ristrutturar sostenibbli tal-bank. Jekk intrapriża f’diffikulta tinbiegħ, dan ikun pass essenzjali ta’ ristrutturar sostenibbli. B’mod ġenerali, skond l-Awstrija, minn dan wieħed jista’ jassumi li intrapriża taħt il-kontroll ta’ proprjetarju privat ġdid hija pjuttost vijabbli għal tul ta’ żmien u għalhekk jiġi żgurat li l-intrapriża ma tkunx teħtieġ għajnuna mill-Istat għat-tieni darba. (25) Għalkemm fil-każ preżenti mhemm l-ebda privatizzazzjoni, it-trasferiment sħiħ tal-BAWAG-PSK taħt il-kontroll ta’ investitur privat ta’ esperjenza ikun pass essenzjali biex jingħelbu d-diffikultajiet tal-passat u biex ikun jista’ jsir żvilupp ekonomiku pożittiv. Barra dan, permezz tal-bejgħ tal-bank ikun jista’ jingħata kontribut għoli ħafna għat-tifsira tal-linji ta’ gwida, li permezz tiegħu ir-ristrutturar tal-BAWAG-PSK jiġi ffinanzjat de facto għal 100 %. Permezz tal-bejgħ tal-BAWAG-PSK tkun tista’ tiġi żgurata il-vijabbiltà tal-bank peress li l-proprjetarji tal-BAWAG-PSK, permezz tal-prezz tal-bejgħ, fost l-oħrajn, ikunu jistgħu anki jwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom fil-konfront tal-bank. B’hekk jerġa’ jkun hemm l-irkupru tad-djun oġġettivi tal-BAWAG-PSK. Għaldaqstant, jiġi ppruvat li l-bejgħ huwa l-element prinċipali tar-ristrutturar tal-BAWAG-PSK. L-ispejjeż marbuta ma’ dan eventwalment ma jiġu ffinanzjati bl-ebda mod mill-garanzija, iżda għalkollox mill-bejgħ tal-bank.

    (97)

    L-Awstrija kkomunikat lill-Kummissjoni li d-diżinvestimenti li ġejjin diġà qed jitwettqu.

    Tabella V

    Stampa ġenerali tad-diżinvestimenti li diġà saru

    Miżura

    Qasam kummerċjali

    Żmien l-implimentazzjoni

    Il-bejgħ tal-Bank Frick & Co.

    Servizzi bankarji bl-imnut (retail banking)

    id-19 ta’ Lulju 2006

    Il-bejgħ tal-bank nazzjonali Awstrijak

    Bank Ċentrali

    it-12 ta’ Lulju 2006

    Il-bejgħ ta’ Kinomax Sp. z o.o.

    Servizzi ta’ proprjetà

    l-14 ta’ Diċembru 2006

    Il-bejgħ ta’ Wiener Liegenschaft, 1010 Vjenna

    Servizzi ta’ proprjetà

    it-8 ta’ Mejju 2006

    Il-bejgħ ta’ HOBEX AG

    Domiċiljazzjoni

    id-29 ta’ Marzu 2007

    Il-bejgħ ta’ Funk International Austria GmbH

    Sensar ta’ l-assigurazzjoni

    l-1 ta’ Jannar 2007

    Il-bejgħ ta’ Cosmos Elektrohandel GmbH & Co KG jew COSMOS Geschäftsführungs- und Beteiligungs-GmbH

    Servizzi bankarji bl-imnut (retail banking)

    l-14 ta’ Settembru 2006

    Voestalpine AG

    Azzar

    mid-9 ta’ Novembru 2006 sat-13 ta’ April 2007

    (98)

    L-Awstrija ikkomunikat ukoll lill-Kummissjoni impenji oħra tal-BAWAG-PSK:

    a)

    Il-BAWAG-PSK AG se tbigħ l-assi li ġejjin lil parti terza indipendenti mill-grupp tal-BAWAG-PSK:

    i)

    Il-bejgħ ta’ sehem ta’ aktar minn 50 % lil-P.S.K. Versicherung (assigurazzjoni) AG u lill-BAWAG-Versicherung AG b’effett finanzjarju mhux aktar tard minn […] u l-għoti ta’ dritt ta’ xiri (call option) lill-akkwirent fuq il-bqija ta’ l-ishma;

    ii)

    L-għeluq tal-bejgħ ta’ proprjetà bil-valur ta’ madwar […] miljun EUR b’effett finanzjarju totali mhux aktar tard minn […].

    iii)

    Il-bejgħ tas-sehem ta’ […] % lill-[…] b’effett finanzjarju mhux aktar tard minn […];

    iv)

    Il-bejgħ tas-sehem ta’ 42,56 % lill-ATV Privat-TV Services AG b’effett finanzjarju mhux aktar tard minn […];

    v)

    Il-bejgħ tal-[…] b’effett finanzjarju mhux aktar tard minn […].

    b)

    Il-grupp tal-BAWAG-PSK se jnaqqas il-kreditu tiegħu lir-Repubblika Federali ta’ l-Awstrija ta’ […] biljun EUR għal […] biljun EUR sa tmiem is-sena finanzjarja […] u se jżomm dan l-ammont għal perjodu ta’ […], għalhekk sa […], bħala l-limitu massimu ħlief fil-każ ta’ l-obbligazzjonijiet eżistenti tal-kumpaniji tal-grupp tal-BAWAG-PSK mill-partijiet futuri ta’ operazzjonijiet ta’ akkwist li diġà saru.

    ċ)

    Il-BAWAG-PSK AG tirrifjuta li tieħu sehem fi proċeduri ta’ tfigħ ta’ l-offerti għal tul ta’ żmien ta’ […], li jibda fil-[…], li fihom ir-Repubblika Federali ta’ l-Awstrija tassenja lil dawk li jissejħu Primary Dealers (negozjanti primarji) bil-ħruġ tal-bonds tal-Federazzjoni (“state bonds (bonds ta’ l-Istat)”).

    d)

    Il-BAWAG-PSK AG se tagħlaq […]-il fergħa fi Vjenna sa […].

    e)

    Sal-31 ta’ Diċembru 2010 mhi se tingħata l-ebda għajnuna oħra lill-BAWAG-PSK bħala għajnuna skond l-Artikolu 87(2) tat-Trattat tal-KE, għajnuna fil-kuntest ta’ proġetti ta’ riċerka kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea, għajnuna għal taħriġ ġenerali jew miżuri biex tiġi ffrankata l-enerġija fil-kuntest ta’ skemi awtorizzati.

    (99)

    L-Awstrija tat informazzjoni dettaljata dwar il-valur u l-effett tat-tnaqqis tad-diversi miżuri ta’ kumpens. Fil-fehma tagħha, dawn il-miżuri (inklużi dawk tal-“bank-run” – ara l-paragrafu 103) jwasslu biex it-total tal-karta tal-bilanċ tal-grupp b’kollox ikun […] % inqas minn dak fl-2005.

    (100)

    L-Awstrija spjegat għaliex aktar tnaqqis jipperikola l-profittabbiltà tal-bank. Hija fakkret li s-suq bankarju Awstrijak huwa kkonċentrat sew u huwa ddominat minn erba’ gruppi bankarji – l-istitut ta’ kreditu Bank Austria, l-ERSTE Bank/il-grupp ta’ banek tat-tfaddil, il-grupp Raiffeisen u l-BAWAG-PSK. Dawn il-gruppi għandhom sehem tas-suq komuni ta’ 90-100 % fil-kummerċ tal-klijenti privati u f’dak tal-klijenti korporattivi. Istituti ta’ kreditu oħra għandhom sempliċement rwol inferjuri. Għalhekk, is-settur bankarju Awstrijak diġà qisu oligopolju. Fil-każ ta’ l-insolvenza tal-BAWAG-PSK, l-ishma tas-suq tiegħu wisq probabbli jiġu mgħoddija lill-akbar tliet kompetituri fis-settur bankarju. Dan isaħħaħ il-pożizzjoni tas-suq tagħhom li diġà hija importanti. Għas-swieq tas-servizzi bankarji jkun hemm parametri legali u istituzzjonali speċifiċi. Minħabba r-restrizzjonijiet kbar eżistenti għad-dħul fis-suq fil-kummerċ tal-klijenti privati kif ukoll f’dak tal-klijenti korporattivi, ishma tas-suq ta’ 30 % diġà jistgħu jistabbilixxu pożizzjonijiet dominanti tas-suq. (26) Fil-każ ta’ l-insolvenza tal-BAWAG-PSK, għalhekk, ikun hemm il-periklu li t-tliet gruppi bankarji fl-Awstrija jkunu jistgħu jiksbu jew jibnu pożizzjoni dominanti tas-suq, li żżid b’mod konsiderevoli l-periklu ta’ dominanza tas-suq minn oligopolju. Konsegwentement, ikun hemm sitwazzjoni fejn l-għajnuna mill-Istat trid tiġi awtorizzata biex jiġi evitat l-istabbiliment jew it-tisħiħ ta’ oligopolju li jiddomina s-suq.

    (101)

    L-Awstrija spjegat li l-BAWAG-PSK jiddisponi minn ishma tas-suq moderati fil-kummerċ tal-klijenti privati u f’dak tal-klijenti korporattivi, li fl-2006 kienu saħansitra tbaxxew aktar. Dan jista’ jiġi dedott mill-ishma tas-suq (27) fl-2006:

    Tabella VI

    Prodotti skond l-oqsma kummerċjali

    Sehem tas-suq 2005

    Sehem tas-suq 2006

    Operazzjonjiet ta’ depożitu ma’ klijenti domestiċi

    Klijenti privati

    12  %

    […]

    Klijenti korporattivi

    8  %

    […]

    Operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ klijenti domestiċi inkluż is-self fuq ipoteki

    Klijenti privati

    6  %

    […]

    Klijenti korporattivi

    8  %

    […]

    L-ishma tas-suq rilevanti ta’ l-akbar tliet gruppi bankarji f’dawn l-oqsma kollha kienu ta’ madwar 20 %.

    (102)

    L-Awstrija spjegat li minħabba t-telf ta’ l-ishma tas-suq fil-“bank-run” li kien hemm, ir-regolamentazzjoni ta’ l-użu tal-ħlasijiet, fil-kuntest tal-ftehim ta’ garanzija, u l-effett possibbli tal-miżuri ta’ kumpens fuq is-settur bankarju Awstrijak ikunu ferm importanti għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ kumpens.

    (103)

    Fir-rigward tat-telf ta’ l-ishma tas-suq minħabba l-“bank-run”, l-Awstrija kienet ta’ l-opinjoni li l-pożizzjoni tas-suq tal-bank tkun diġà ddgħajfet ħafna minħabba t-tnaqqis tad-depożiti likwidi u tat-tfaddil għal madwar […] biljun EUR mill-aħħar ta’ Settembru 2005 sa Ġunju 2006. Minħabba l-“isteriżmu tal-massa” maħluq mir-rapporti tal-midja il-BAWAG-PSK ma kien ikollu l-ebda possibbiltà li jipprevjeni l-falliment tal-kummerċ tiegħu tad-depożiti ta’ tfaddil. L-għajnuna, għalhekk, ma kienet bl-ebda mod se tfixkel il-kompetizzjoni għall-vantaġġ tal-BAWAG-PSK. L-Awstrija tqis lill-“bank-run”, li huwa l-kawża tat-telf ta’ l-ishma tas-suq tal-BAWAG-PSK, bħala miżura ta’ kumpens.

    (104)

    Skond l-Awstrija, prezz tal-bejgħ għoli kien ta’ importanza deċiżiva għas-suċċess tar-ristrutturar u għat-tkomplija tal-ġestjoni tal-bank. Kull waqgħa fil-prezz tal-bejgħ għal inqas minn […] biljun EUR minħabba l-miżura ta’ kumpens kien ikollha effetti diretti fuq il-bank. Tnaqqis fil-valur tal-BAWAG-PSK minħabba l-miżuri ta’ kumpens kien inaqqas il-possibbiltajiet li jintlaħaq prezz tal-bejgħ meħtieġ għat-twettiq ta’ l-obbligazzjonijiet.

    (105)

    L-Awstrija spjegat li l-miżuri ta’ kumpens ikollhom ukoll konsegwenzi negattivi għall-istruttura tas-suq tas-settur bankarju Awstrijak. Il-bejgħ ta’ fergħat bankarji Awstrijaċi tal-BAWAG-PSK lil wieħed mit-tliet istituti ta’ kreditu kbar oħra ta’ l-Awstrija jqajjem ħafna oġġezzjonijiet fil-kuntest tal-kontroll ta’ l-amalgamazzjonijiet. Il-bejgħ ta’ fergħat lil istitut ta’ kreditu barrani jevita l-periklu li l-klijenti bankarji tal-BAWAG-PSK (fuq kollox il-klijenti privati u l-intrapriżi ta’ daqs medju) jaqilbu għal banek oħra fl-Awstrija, u dan joħloq aktar tidjiq fis-suq bankarju Awstrijak li diġà huwa konċentrat sew. F’każ bħal dan, skond il-linji ta’ gwida, il-Kummissjoni trid tfassal il-miżuri ta’ kumpens b’tali mod li din is-sitwazzjoni tiġi evitata.

    Id-delimitazzjoni ta’ l-għajnuna għall-minimu meħtieġ

    (106)

    L-Awstrija spjegat li l-għajnuna msemmija hija limitata għall-minimu peress li din ma tikkonċernax injezzjoni ta’ kapital għal perjodu twil, iżda garanzija għal perjodu qasir marbuta b’kondizzjonijiet li hija meħtieġa biex tkun żgurata biżżejjed likwidità.

    (107)

    L-Awstrija saħqet li minn meta ġie ffirmat il-kuntratt tal-bejgħ, fit-30 ta’ Diċembru 2006, ġie stabbilit li l-BAWAG-PSK jista’ jagħti l-kontribut proprju pprovdut fil-pjan ta’ ristrutturar. Il-finanzjament tar-ristrutturar ikun żgurat għal 100 % mill-BAWAG-PSK stess. Anki l-injezzjoni ta’ kapital ta’ 600 miljun EUR trid titqies bħala kontribut proprju.

    VI.   L-OPINJONIJIET TA’ PARTIJIET INTERESSATI OĦRA

    (108)

    Wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-introduzzjoni tal-proċedura fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda opinjoni mingħand partijiet interessati oħra.

    VII.   L-APPREZZAMENT TA’ L-GĦAJNUNA

    Fil-perjodu meta ngħatat l-għajnuna il-BAWAG-PSK kien intrapriża f’diffikultà

    (109)

    Skond il-paragrafu 9 tal-linji ta’ gwida, intrapriża ssib ruħha f’diffikultà meta ma tkunx f’sitwazzjoni, permezz tar-riżorsi tagħha jew permezz ta’ fondi li tista’ takkwista mingħand sidha/azzjonisti jew kredituri tagħha, li tkun tista’ tassorbi telf li, mingħajr għajnuna esterna mill-awtoritajiet pubbliċi, kważi ċertament se jwassalha biex tfalli malajr.

    (110)

    Fl-opinjoni tagħha dwar l-introduzzjoni tal-proċedura ta’ eżami, l-Awstrija ma kkontradixxitx l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-BAWAG-PSK huwa intrapriża f’diffikultà skond il-linji ta’ gwida.

    (111)

    Skond il-Kummissjoni, mingħajr it-teħid tal-garanzija l-bank ma kienx ikun jista’ jsaħħaħ it-tnaqqis kontinwu ta’ depożiti b’mod konsiderevoli. Kif kien stabbilit fil-kontabbiltà annwali fl-2005, l-eżaminaturi ma kellhom jippreżentaw l-ebda rapport ta’ verifika bla restrizzjonijiet fir-rigward tal-prinċipju tat-tkomplija ta’ l-intrapriża, b’mod partikolari għall-kontabbiltà annwali tal-BAWAG-PSK.

    (112)

    Konsegwentement, mingħajr il-garanzija, fi żmien ġimgħat, il-BAWAG-PSK kellu jiddikjara l-insolvenza/il-falliment.

    (113)

    Barra dan, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, l-ÖGB mingħajr għajnuna ma tkunx tista’ tegħleb id-diffikultajiet tal-kumpaniji sussidjarji tagħha. Din l-opinjoni tikkonferma li l-BAWAG-PSK kellu jnaqqas il-valur tat-talbiet kontra l-proprjetarji tiegħu ta’ […] miljun EUR.

    (114)

    Minn dan jirriżulta li l-BAWAG-PSK, fi żmien it-teħid tal-garanzija, kien intrapriża f’diffikulta skond il-paragrafu 9 tal-linji ta’ gwida. Barra dan jidher ċar li d-diffikultajiet tal-BAWAG-PSK iridu jiġu attribwiti lill-bank stess u huma ta’ piż akbar minn dawk li setgħu jiġu megħluba mill-grupp li minnu jagħmel parti l-bank. La l-ÖGB u lanqas l-AVB ma kienu jkunu jistgħu jirristrutturaw lill-BAWAG-PSK mingħajr għajnuna pubblika. Għalhekk, il-BAWAG-PSK jitqies għall-għajnuna ta’ salvataġġ u/jew ta’ ristrutturar skond il-paragrafu 13 tal-linji ta’ gwida.

    (115)

    L-investimenti tal-banek privati u tal-kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni fiż-żewġ SPVs għat-tisħiħ tal-kwoti tal-kapital tal-BAWAG-PSK ma jsirux fuq l-istess bażi bħal dik tal-garanzija ta’ l-Istat. L-investituri privati għandhom riskju ferm iżgħar mill-Istat permezz tal-garanzija tiegħu. L-Awstrija kkonfermat, li mingħajr it-teħid tal-garanzija tal-Federazzjoni għall-BAWAG-PSK, l-ebda investitur privat ma kien ikun lest li jagħti fondi li jitqiesu bħala kapital proprju. L-investituri privati, għalhekk, jaqblu mal-fatt li l-BAWAG-PSK kien jinsab f’diffikultà.

    L-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

    (116)

    Biex tiġġudika jekk miżura tirrapreżentax għajnuna mill-Istat, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni trid tipprova jekk hija

    ma tiġix iffinanzjata mill-Istat jew minn fondi ta’ l-Istat,

    ma tiħux vantaġġ ekonomiku,

    permezz ta’ trattament preferenzjali minn ċerti intrapriżi jew fergħat tal-produzzjoni tistax tgħawweġ il-kompetizzjoni, u jekk hija,

    tinfluwenzax il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    L-użu tal-fondi ta’ l-Istat

    (117)

    Biex jgħoddu bħala għajnuna mill-Istat, il-fondi finanzjarji jridu jkunu attribwibbli lill-Istat u jingħataw b’mod dirett jew indirett mill-fondi ta’ l-Istat.

    (118)

    Fil-każ preżenti dawn iż-żewġ kondizzjonijiet kumulattivi ġew sodisfatti peress li l-miżura tikkonċerna garanzija ta’ l-Istat li tingħata fuq il-bażi tal-liġi Federali.

    Is-selettività

    (119)

    L-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE jipprojbixxi għajnuna li hija mħeġġa minn ċerti intrapriżi jew fergħat tal-produzzjoni, jiġifieri għajnuna selettiva.

    (120)

    Il-garanzija tiffavorixxi b’mod esklussiv lill-BAWAG-PSK. Għalhekk il-miżura għandha tiġi kklassifikata bħala waħda selettiva.

    L-effetti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni

    (121)

    L-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE jipprojbixxi għajnuna li tinfluwenza l-kummerċ bejn l-Istati Membri u tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni.

    (122)

    Il-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ l-apprezzament legali tagħha, ma tridx turi effett reali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u tgħawwiġ tal-kompetizzjoni reali, iżda sempliċement jekk l-għajnuna tintużax biex tinfluwenza dan il-kummerċ u biex tgħawweġ il-kompetizzjoni. (28) Jekk l-għajnuna ta’ Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ intrapriża fil-konfront ta’ kompetituri oħra fil-kummerċ ġol-Komunità, il-kompetittività tagħhom trid titqies bħala waħda influwenzata mill-għajnuna.

    (123)

    Il-Kummissjoni tfakkar li s-settur bankarju ilu miftuħ għall-kompetizzjoni għal ħafna snin. Il-kompetizzjoni, li possibilment kienet diġà teżisti minħabba l-moviment tal-kapital ħieles ipprovdut fit-Trattat tal-KE tjiebet permezz tal-liberalizzazzjoni progressiva.

    (124)

    Il-BAWAG-PSK jiddisponi minn fergħat u kumpaniji sussidjarji f’diversi Stati Membri, b’mod partikolari fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja, fis-Slovenja, fl-Ungerija u f’Malta. Għall-kuntrarju, banek minn Stati Membri oħra joperaw anki fl-Awstrija jew direttament fil-fergħat u fl-aġenziji jew indirettament permezz tal-kontroll fuq il-banek u fuq l-istituti finanzjarji fl-Awstrija.

    (125)

    Fl-aħħarnett, fis-settur bankarju qed isir kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-garanzija qed issaħħaħ lill-BAWAG-PSK fil-konfront ta’ intrapriżi bankarji oħra li qiegħed f’kompetizzjoni magħhom fil-kummerċ ġol-Komunità. Għalhekk, il-garanzija qed tintuża biex tinfluwenza l-kummerċ bejn l-Istati Membri u biex tgħawweġ il-kompetizzjoni.

    L-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku

    (126)

    Kriterju ta’ l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat huwa li l-miżura tagħti vantaġġ lil dawk li ġew iffavoriti.

    (127)

    Skond il-paragrafu 4.2 ta’ l-Avviż dwar il-garanziji, garanzija ma tirrappreżenta l-ebda għajnuna mill-Istat għax ma jkun hemm l-ebda vantaġġ jekk l-erba’ rekwiżiti li ġejjin ikunu sodisfatti:

    a)

    min jingħata kreditu ma jkollux diffikultajiet finanzjarji;

    b)

    min jingħata kreditu, fil-prinċipju, ikun jista’ jissellef il-flus skond il-kondizzjonijiet tas-suq, mingħajr l-indħil ta’ l-Istat fis-swieq finanzjarji;

    ċ)

    il-garanzija tkun marbuta ma’ tranżazzjoni finanzjarja speċifika u limitata għal ammont massimu fiss, ma tkoprix aktar minn 80 % tas-self jew obbligazzjoni finanzjarja oħra pendenti (minbarra bonds u strumenti simili) u ma tkunx għal żmien bla limitu;

    d)

    il-prezz tas-suq tal-garanzija jkun imħallas.

    (128)

    Skond il-Kummissjoni, ir-rekwiżit (a) fil-każ preżenti ma ġiex sodisfatt peress li l-BAWAG-PSK, bl-għoti tal-garanzija, huwa intrapriża f’diffikultà.

    (129)

    Barra dan, l-ebda operatur kummerċjali ma ta garanzija għal wieħed mill-ħlasijiet li sar tal-BAWAG-PSK ta’ 0,2 %. Kif ikkonfermat l-Awstrija, il-ħlas tas-suq kien bejn 32 u 49 miljun EUR fis-sena. Għalhekk, anki r-rekwiżit (d) ma ġiex sodisfatt.

    (130)

    Konsegwentement, l-għoti tal-garanzija tal-Federazzjoni tagħti vantaġġ lill-BAWAG-PSK.

    Konklużjoni

    (131)

    Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-għoti tal-garanzija tal-Federazzjoni għall-BAWAG-PSK tikkonċerna għajnuna mill-Istat.

    L-illegalità ta’ l-għajnuna mill-Istat

    (132)

    L-għajnuna ngħatat mill-Awstrija fit-8 ta’ Mejju 2006 b’effett retroattiv mill-31 ta’ Diċembru 2005, jiġifieri qabel deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni.

    L-ammont ta’ l-għajuna

    (133)

    Għad-determinazzjoni ta’ l-element ta’ għajnuna l-għoti tal-garanzija, il-Kummissjoni trid tipprova jekk u, b’liema kondizzjonijiet u rekwiżiti, investitur/garanti kummerċjali f’kondizzjonijiet normali ta’ l-ekonomija tas-suq jagħti l-garanzija f’ċirkostanzi simili.

    (134)

    Investitur b’ipoteka jinnegozja bħal investitur prudenti (29) li jixtieq iżid il-qligħ tiegħu, iżda mingħajr ma jidħol f’riskji kbar ħafna fir-rigward tad-dħul. (30)

    (135)

    “Fl-aħħarnett, l-imġiba ta’ investitur pubbliku trid titqabbel ma’ dik ta’ investitur privat f’dan ir-rigward, kif investitur privat kien iġib ruħu fl-operazzjoni in kwistjoni fid-dawl ta’ l-informazzjoni disponibbli u ta’ l-iżviluppi prevedibbli fil-perjodu rilevanti”. (31) L-avvenimenti wara t-teħid tad-deċiżjoni dwar l-investimenti konsegwentement ma jkunux rilevanti għall-valutazzjoni ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna fl-għoti tal-garanzija. (32)

    Il-partikolarità tal-garanzija mogħtija mill-Awstrija

    (136)

    Skond il-paragrafu 3.1 ta’ l-Avviż, l-element ta’ għajnuna għandu jiġi vvalutat fir-rigward tal-partikolaritajiet tal-garanzija.

    (137)

    F’dan il-każ, il-garanzija serviet bħala garanzija għall-krediti speċifiċi tal-BAWAG-PSK bi żbilanċ fil-ħlasijiet ta’ 900 miljun EUR. Permezz tal-garanzija l-assi żammew il-valur tagħhom u l-aġġustamenti, li kienu jwasslu għal aktar telf ta’ 900 miljun EUR fil-kontabbiltà annwali fl-2005, saru eċċessivi. L-effett u n-natura tal-garanzija f’dan ir-rigward huma komparabbli ma’ dawk ta’ injezzjoni ta’ kapital. (33) B’dan il-mod seta’ jiġi evitat li l-kwota tal-kapital ċentrali tal-BAWAG-PSK taqa’ taħt ir-rekwiżiti legali minimi.

    (138)

    Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-garanzija preżenti mhijiex komparabbli ma’ garanzija fuq l-obbligazzjonijiet kollha tal-bank. (34) B’garanzija bħal din, il-kredituri tal-bank għandhom dritt dirett għat-talba. Fil-każ ta’ insolvenza, il-garanti jrid jieħu f’idejh l-obbligazzjonijiet li ma jistgħux jitħallsu lura mill-assi tal-bank. Mil-lat ekonomiku, permezz ta’ din it-tip ta’ garanzija, l-ispejjeż ta’ rifinanzjament tal-bank jaqgħu taħt is-sigurtajiet tad-dejn. Il-Kummissjoni tagħraf li l-garanzija, li permezz tagħha tiggarantixxi ż-żamma tal-valur ta’ madwar 1,6 % ta’ l-assi kollha tal-bank f’każ ta’ telf, sa ċertu punt, b’mod indirett tiggarantixxi ukoll l-obbligazzjonijiet, iżda l-effett totali tal-garanzija ma jistax jitqies bħala komparabbli. Mill-garanzija mogħtija minn Franza fil-każ tas-CFF, (35) li kienet tkopri l-obbligazzjonijiet kollha tas-CFF ma jista’ jiġi konkluż xejn ta’ rilevanza dwar il-każ in kwistjoni.

    (139)

    Il-garanzija tista’ titqies fil-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ garanzija, jekk il-bank jibqa’ jiġi mhedded finanzjarjament. Fil-kontabbiltà annwali ta’ l-2006, il-BAWAG-PSK ikkonferma dan li ġej: “It-talba għall-garanzija tkun ukoll permessa, jekk tkun għalhekk qed thedded biss l-insolvenza tal-bank, għax il-garanzija tiskadi fl-1 ta’ Lulju 2007; il-Federazzjoni tista’ tirrifjuta t-talba permezz ta’ l-estensjoni tal-garanzija.” Il-garanti jista mbagħad jitlef sa 900 miljun EUR, mingħajr ma jżomm ishma fil-bank, li jippermettulu, li aktar tard, jipparteċipa f’xejra ‘l fuq.

    Ix-xenarji tal-bejgħ

    (140)

    Rekwiżit importanti għall-għoti tal-garanzija huwa l-approvazzjoni ta’ l-azzjonisti tal-BAWAG-PSK, fejn għandu x’jaqsam il-Gvern Federali, biex jittrasferixxu l-ishma kollha tagħhom lill-BAWAG-PSK jew lill-AVB għal parti terza.

    (141)

    Din l-obbligazzjoni tal-bejgħ tibni l-aktar bażi importanti għall-valutazzjoni tal-garanzija Federali.

    (142)

    Skond il-Kummissjoni, it-talba u, għalhekk, l-element ta’ għajnuna tal-garanzija jiddependu b’mod dirett mill-investiment totali tax-xerrej potenzjali biex għalhekk jagħtu aktar kapital proprju għall-prezz tal-bejgħ u għall-ħeġġa tax-xerrej. F’dan ir-rigward għandu jiġi mfakkar li l-Awstrija, fil-pjan ta’ ristrutturar, kitbet li “is-suċċess tar-ristrutturar finanzjarju u t-tkomplija tal-ġestjoni tal-bank jiddependu b’mod deċiżiv minn prezz tal-bejgħ għoli. Kwalunkwe tnaqqis ta’ prezz tal-bejgħ taħt il-[…] biljun EUR, minħabba l-miżuri ta’ kumpens, jinfluwenza l-bank b’mod dirett”.

    (143)

    Mingħajr aktar kapital proprju jew tnaqqis għal perjodu qasir ta’ l-assi ta’ riskju, il-possibbiltà għat-talba ta’ garanzija tkun ogħla, aktar ma l-investiment totali ta’ l-akkwirent jaqa’ taħt […] biljun EUR.

    (144)

    Il-Kummissjoni vvalutat il-garanzija u l-kondizzjonijiet għat-talba tagħha u waslet għall-konklużjoni li, fl-analiżi tar-riskju, investitur privat/garanti kellu jqis tliet xenarji importanti fiż-żmien ta’ l-għoti tal-garanzija:

    a)

    L-ewwel xenarju: Il-bejgħ tal-bank qabel Ġunju 2007 b’investiment totali (prezz tal-bejgħ + injezzjoni ta’ kapital) ta’ akkwirent ta’ madwar […] biljun EUR, biex b’hekk il-garanzija fil-ġurnata ta’ l-għeluq tkun tista’ tagħlaq mingħajr talba.

    b)

    It-tieni xenarju: Il-bejgħ tal-bank qabel Ġunju 2007 b’investiment totali ta’ inqas minn […] biljun EUR, biex b’hekk il-garanzija titqies sa ċertu punt jew kompletament.

    ċ)

    It-tielet xenarju: Il-bejgħ tal-BAWAG-PSK ma jirnexxix qabel Ġunju 2007. F’dan il-każ il-garanzija trid tiġi estiża għal perjodu indefinit, anki jekk l-ammont totali tagħha (mill-eċċessi annwali tal-bank jew mill-assi ta’ riskju mnaqqsa, eċċ.) jaqa’ gradwalment. Jew inkella huwa wisq probabbli li l-garanzija tingħata, u dan iwassal għal telf kbir għall-Istat.

    (145)

    Fil-fatt, l-Awstrija hija ta’ l-opinjoni li l-BAWAG-PSK jista’ jibni r-riservi kapitali meħtieġa permezz ta’ l-injezzjoni ta’ kapital ta’ investituri ġodda (36) jew permezz ta’ diversi profitti operattivi annwali pożittivi jew ifassal pjan ta’ ristrutturar ieħor inqas ambizzjuż li jipprovdi inqas kapital ċentrali u għalhekk iħalli lill-bank aktar spazju għal aktar tnaqqis ta’ l-ammont totali tal-garanzija. Iżda skond il-Kummissjoni, garanti/investitur privat ma kellux iqis ipoteżijiet bħal dawn fiż-żmien ta’ l-għoti tal-garanzija, peress li x-xenarji alternattivi kienu jkunu wisq ipotetiċi. B’mod partikolari, investitur privat, f’każ ta’ pjan ta’ ristrutturar li jkun inqas ambizzjuż minn dak li fuqu huma bbażati x-xenarji, kellu jassumi li l-Awstrija, jekk ikun meħtieġ, f’Lulju 2007 testendi l-garanzija. il-Kummissjoni ma qablitx ma’ l-Awstrija li l-garanzija mhux żgur li tiġi estiża f’Lulju 2007, jekk il-bank ikun għadu ma nbiegħx qabel dan iż-żmien. Anzi, il-garanzija mingħajr estensjoni tingħata kważi bis-sħiħ, peress li l-BAWAG-PSK ikun għadu ma reġax akkwista l-fondi finanzjarji meħtieġa sabiex ikun konformi mal-kodiċijiet regolatorji u l-insolvenza terġa’ tkun imminenti.

    (146)

    Il-Kummissjoni vvalutat possibbiltajiet oħra min-naħa ta’ l-Awstrija, bħat-talba għall-kapital proprju tul il-perjodu ta’ garanzija għal sena, li jistgħu jitwettqu minħabba n-nuqqas tal-bejgħ tal-bank. Hija tal-fehma li ipoteżijiet bħal dawn m’għandhomx jiġu esklużi, iżda xorta ma tqisux minn garanti/investitur privat fiż-żmien ta’ l-għoti tal-garanzija, peress li x-xenarji alternattivi, li fuqhom huma bbażati, huma ipotetiċi jew inkella għandhom effett negattiv fuq il-pjan ta’ l-attivitajiet tal-bank. Tul perjodu qasir jew medju, il-qligħ mistenni ma jippermettix li l-bank itejjeb sew il-kapital tiegħu. (37) Nuqqas ta’ talbiet għall-kapital proprju minħabba nuqqas ta’ assi ta’ riskju għandu effett ta’ żvantaġġ fuq il-kapaċità ta’ qligħ tal-bank fil-futur, (38) u l-użu tal-kapital barrani jkun komparabbli mal-bejgħ parzjali tal-bank. (39)

    (147)

    Ikun ideali, kieku l-Kummissjoni tkun tista’ tagħti grad ta’ probabbiltà lil kull wieħed mit-tliet xenarji fir-rigward taż-żmien ta’ l-għoti tal-garanzija. B’hekk l-ammont ta’ għajnuna jkun jista’ jittieħed minn dan. Iżda ma kienx possibbli għall-Kummissjoni li, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, tiddetermina eżatt il-gradi ta’ probabbiltà rilevanti. Fiż-żmien ta’ l-għtoi tal-garanzija ma kienx prevedibbli b’mod ċar kif il-BAWAG-PSK kien se jkompli jiżviluppa.

    (148)

    L-Awstrija tispeċifika li, fiż-żmien ta’ l-għoti tal-garanzija permezz ta’ l-operazzjoni tal-FMA, kellha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed informazzjoni relatata mas-sitwazzjoni finanzjarja tal-BAWAG-PSK u li vvalutat il-probabbiltà ta’ l-okkorrenza tat-tliet xenarji deskritti. L-ewwel xenarju biss tqies bħala realistiku. Iżda għalhekk l-Awstrija ma bagħtet l-ebda dokumenti ta’ sostenn. Pereżempju, il-Kummissjoni ma ġiet ippreżentata bl-ebda informazzjoni eżatta għall-valutazzjoni tal-bank qabel l-għoti tal-garanzija.

    (149)

    Bl-adozzjoni tal-liġi Federali, f’April/Mejju 2006, il-valur tal-BAWAG-PSK jista’ jiġi vvalutat sempliċement permezz ta’ kalkoli approssimattivi:

    a)

    Wara li qies id-dokumenti disponibbli, garanti privat kien ikun jista’ juża l-metodu tal-likwidità skontata (discounted cash flow). Metodu bħal dan, li huwa bbażat fuq ħlas ipproġettat għal perjodu xieraq, madankollu jwassal għal ħlas li bih il-valur akkumulat jikkostitwixxi perċentwal għoli ħafna tal-valur totali. Pereżempju: ibbażat fuq il-qligħ nett, li ġie msejjaħ mill-Awstrija, f’Settembru 2006, fil-pjan ta’ ristrutturar ippreżentat (rappreżentattiv ta’ l-informazzjoni li kienet għad-dispożizzjoni ta’ garanti privat f’April/Mejju 2006), permezz tal-metodu ta’ likwidità skontata rriżulta valur ta’ […] biljun EUR, (40) fejn il-valur akkumulat huwa 85 % ta’ dan l-ammont. Peress li dan il-metodu jiddependi bis-sħiħ mill-valur akkumulat, skond il-Kummissjoni, fil-każ preżenti ma jippermetti l-ebda konklużjoni affidabbli.

    b)

    Wara li tqiesu l-prezz tal-bejgħ għall-BAWAG-PSK ta’ […] biljun EUR (fir-Rebbiegħa 2006 ma kienx magħruf) u l-valur tal-kapital proprju tal-31 ta’ Diċembru 2005 ta’ 1,7 biljun EUR, jista’ jiġi kkalkulat valur kummerċjali (klijentela u netwerk ta’ fergħat) ta’ madwar […] biljun EUR. Mit-total tal-kapital proprju tal-31 ta’ Diċembru 2005 u mill-valur kummerċjali tnaqqset l-injezzjoni ta’ kapital tal-proprjetarji l-ġodda ta’ […] miljun EUR u l-ħlas tar-Refco ta’ […] miljun EUR b’konnessjoni mal-prezz tal-bejgħ, biex fir-Rebbiegħa 2006 jirriżulta valur stmat tal-BAWAG-PSK ta’ madwar […] biljun EUR. (41)

    (150)

    Il-Kummissjoni trid tqis ukoll li l-pressjoni taż-żmien f’April/Mejju 2006, kif il-garanti privat kellu jinnegozja, kienet kbira ħafna. Kien hemm biss ftit ġimgħat għad-dispożizzjoni biex tiġi analizzata eżattament il-qagħda finanzjarja tal-bank u biex tiġi sottomessa offerta. Il-“bank-run” kontinwu fuq il-BAWAG-PSK kien jirrappreżenta periklu kbir għal-likwidità tiegħu. Il-bank ma kienx ikun jiflaħ għat-tkomplija ta’ dan l-iżvilupp lanqas għal perjodu qasir. Bil-pressjoni taż-żmien u bl-ammont kbir ta’ garanzija meħtieġa l-offerti ta’ l-operaturi kummerċjali privati bilkemm kienu jew assolutament ma kinux possibbli.

    (151)

    Barra dan kien hemm fatturi ta’ inċertezza oħra, pereżempju fir-rigward tal-każ tar-Refco fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, u garanti privat kien ikollu jivvaluta, jekk l-intervent tiegħu, b’kuntrast mal-garanzija Federali, kienx ikun biżżejjed biex itemm il-“bank-run”.

    (152)

    Miċ-ċirkostanzi deskritti aktar ’il fuq il-Kummissjoni tikkonkludi dan li ġej:

    a)

    Il-perjodu tal-bejgħ u l-valur tal-prezz tal-bejgħ għall-BAWAG-PSK kienu żewġ fatturi mhux magħrufa b’riskju għoli għal garanti orjentat lejn is-suq;

    b)

    Il-pressjoni taż-żmien għamlitha wisq diffiċli għal operatur kummerċjali biex jagħmel offerta;

    ċ)

    Il-valur attwali tal-bank ma kienx daqshekk baxx li kellu jeskludi għalkollox l-għoti tal-garanzija fl-ammont totali ta’ 900 miljun EUR minn garanti privat, anki jekk il-ħlas ta’ ammont għoli kien ikun rekwiżit.

    (153)

    Skond il-Kummissjoni, anzi investitur privat kien ikun qed jistenna injezzjoni ta’ kapital li kienet tagħmlu azzjonist u tinvolvih fid-deċiżjonijiet dwar ir-ristrutturar b’suċċess. Iżda l-Kummissjoni u l-Awstrija jaqblu li l-ebda investitur privat ma kien lest jagħti fondi li jitqiesu bħala kapital proprju. (42)

    (154)

    Investitur privat, għalhekk, ma kienx jara l-garanzija verament bħala strument adattat, għax il-ħlas għoli mitlub kien jagħmel lill-perspettivi ta’ qligħ negattivi u għalhekk kien jaħdem kontra l-garanzija. Fil-fatt, il-garanzija tirrifletti l-interess ta’ l-Awstrija, li fuq kollox kien li tibni mill-ġdid il-fiduċja ta’ l-investituri u ta’ l-imsieħba fl-istabbiltà tal-bank u fis-settur finanzjarju fl-Awstrija. L-Awstrija tiddisponi wkoll bħala garanti minn kapaċitajiet estensivi ħafna kif ukoll minn kondizzjonijiet favorevoli (Klassifikazzjoni ta’ AAA).

    (155)

    Konsegwentement, l-element ta’ għajnuna li hemm fil-garanzija Federali, skond il-Kummissjoni, jista’ jiġi stmat biss bħala marġni ta’ varjazzjoni. It-tarf ta’ fuq ta’ dan il-marġni ta’ varjazzjoni huwa ta’ 898 miljun EUR, għalhekk l-ammont nominali tal-garanzija mingħajr il-ħlas ta’ 0,2 % li sar mill-bank għal dan. L-istabbiliment tat-tarf t’isfel huwa ferm aktar kumpless; skond il-Kummissjoni dan jista’ jkun mill-inqas ta’ 2/3 ta’ l-ammont nominali tal-garanzija.

    L-analiżi li saret mill-Awstrija

    (156)

    Il-Kummissjoni eżaminat l-analiżi dwar l-element ta’ għajnuna tal-garanzija li saret mill-Awstrija u waslet għall-konklużjoni, li għal diversi raġunijiet, din l-analiżi mhijiex xierqa.

    (157)

    Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, l-FSR tal-BAWAG-PSK u l-probabbilta’ ta’ telf rilevanti ma jirriflettux ir-riskju tal-garanti fit-tliet xenarji rilevanti. Bażikament, l-FSR tal-Moody’s ma jinbidel fl-ebda xenarju, peress li l-garanzija ta’ madwar 900 miljun EUR mill-perspettiva ta’ investitur hija komparabbli ma’ żjieda kapitali diġà attiva għall-istess ammont. Fl-ewwel xenarju, il-kapital waħdu jiżdied mill-proprjetarji futuri tal-bank. Fit-tieni xenarju, iż-żjieda kapitali ssir parzjalment mill-proprjetarji futuri tal-bank; għall-ammont li jibqa’ ġiet applikata l-garanzija. Fit-tielet xenarju, il-garanzija tibqa’ teżisti (anki jekk b’valur li dejjem jonqos), sakemm ma jkunx hemm injezzjoni ta’ kapital xierqa jew sakemm il-bank ma jkunx akkwista l-fondi finanzjarji meħtieġa. Iżda r-riskju tal-garanti jiddependi ħafna mill-probabbiltà tax-xenarji differenti, peress li t-tul taż-żmien tal-garanzija u l-ammont użat ivarjaw ħafna skond iż-żmien tal-bejgħ tal-BAWAG-PSK u l-prezz li jinġabar.

    (158)

    Bil-valutazzjoni tar-riskju ta’ talba għall-garanzija, ibbażat fuq l-FSR, l-Awstrija qieset biss ix-xenarju li fih il-bejgħ jagħlaq mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2007 u l-akkwirent jagħmel investiment totali ta’ mill-inqas […] biljun EUR. F’dan ix-xenarju, il-garanzija tiġi applikata biss f’każ ta’ telf tal-BAWAG-PSK qabel il-bejgħ tiegħu. Għall-kuntrarju ta’ dan, il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni li l-iżvilupp ulterjuri tal-BAWAG-PSK ma kienx prevedibbli fi żmien l-għoti tal-garanzija u x-xenarji deskritti kollha jridu jiġu vvalutati fil-valutazzjoni tar-riskju.

    (159)

    Konsegwentement, fl-opinjoni tagħha, l-FSR u l-probabbiltà ta’ telf rilevanti mhumiex adattati bħala indikaturi għall-valutazzjoni ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna li hemm fil-garanzija.

    (160)

    Il-Kummissjoni tqis l-eżami tal-plawżibbiltà ta’ l-Awstrija bħala irrilevanti. Skond il-BWG, kreditu ma jgħoddx bħala kapital proprju u ma jostakolax tnaqqis fil-kwota tal-kapital skond il-ħtiġijiet tal-fondi proprji legali.

    (161)

    Il-Kummissjoni tqis l-approċċ ta’ l-Awstrija, biex tkun ivvalutata l-garanzija permezz tad-determinazzjoni tal-vantaġġ ta’ rifinanzjament teoretiku għall-BAWAG-PSK li huwa marbut magħha, bħala mhux xieraq. L-Asset Swap Spread huwa bbażat fuq klassifikazzjonijiet li jqisu l-għajnuna mill-Istat possibbli u għalhekk ma jirriflettux l-istabbiltà intrinsika tal-BAWAG-PSK.

    (162)

    Il-Kummissjoni tkompli tisħaq, li fil-każ tal-BGB, hija eżaminat fil-fond il-probabbiltà ta’ l-okkorrenza tar-riskji, li għalihom tgħodd il-garanzija. Peress li xi riskji kienu improbabbli, il-Kummissjoni, minħabba x-xenarju xieraq f’dan il-każ (“valur ekonomiku”), ħarġet bir-riżultat li l-element ta’ għajnuna tal-garanzija kkonċernata jinsab taħt il-valur nominali tagħha. Fil-każ tas-CWP, l-intrapriża setgħet tieħu krediti b’kondizzjonijiet ta’ finanzjament aktar favorevoli bħala kummerċjalment disponibbli permezz tal-garanziji msemmija ta’ l-Awstrija. Dawn iċ-ċirkostanzi mhumiex ipprovduti fil-każ preżenti. Wara li l-Kummissjoni eżaminat is-sitwazzjoni speċifika tas-CWP, madankollu, ħarġet bir-riżultat li l-prezz tas-suq ta’ l-imsemmija garanzija kien jikkorrispondi għar-rata ta’ referenza b’400 punt bażi. Fil-każ tal-BAWAG-PSK il-Kummissjoni eżaminat ukoll fil-fond l-aspetti kollha tat-tliet xenarji possibbli sabiex tfassal il-valur ta’ l-għajnuna tal-garanzija Federali.

    (163)

    Għalhekk il-Kummissjoni ma taħsibx li l-metodu tagħha, fil-każ preżenti, huwa differenti mill-approċċ tagħha fil-każijiet imsemmija ta’ l-Awstrija.

    Il-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna mas-suq komuni

    L-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE

    (164)

    Skond il-Kummissjoni, l-Awstrija ma wrietx li l-insolvenza/il-falliment tal-BAWAG-PSK kellha effetti sistematiċi fuq is-sistema finanzjarja Awstrijaka u, f’sens aktar wiesa’, fuq l-ekonomija Awstrijaka kollha.

    (165)

    L-Awstrija ammettiet li, valutazzjoni kwantitattiva tal-konsegwenzi eventwali ta’ insolvenza tal-bank fuq l-ekonomija kollha, ma tantx hija possibbli.

    (166)

    F’dan il-kuntest, skond il-Kummissjoni, id-depożiti fuq mill-inqas 95 % tal-kontijiet mal-klijenti kellhom jammontaw għal inqas minn 20 000 EUR u, għalhekk, f’każ ta’ insolvenza tal-BAWAG-PSK kienu jkunu koperti mill-garanzija legali fuq id-depożiti. Il-fatt li f’każ ta’ insolvenza kellu jkun hemm banek oħra li joffru garanzija fuq id-depożiti, mhuwiex minnu nnifsu biżżejjed biex juri li l-operaturi kummerċjali kollha fil-fergħa bankarja Awstrijaka kienu se jitqiegħdu f’riskju.

    (167)

    F’Ġunju 2006 l-OeNB spjega li, matul is-sena, is-sistema bankarja Awstrijaka żviluppat b’mod pożittiv minkejja l-problemi tal-BAWAG-PSK u tal-Hypo Alpe-Adria Bank. It-testijiet ta’ stress urew ukoll ir-reżistenza qawwija għax-xokkijiet tas-sistema bankarja. B’mod ġenerali, is-sistema bankarja Awstrijaka tqieset bħala waħda f’kondizzjoni tajba.

    (168)

    Il-Kummissjoni dejjem applikat l-Artikolu 87(3)(b) b’mod restrittiv ħafna. L-aħħar darba li ġie applikat kien fis-snin 80 tas-seklu 20, meta l-ekonomija Griega ssieltet ma’ żbilanċi serji wara l-adeżjoni fl-UE u l-Komunità stess ippermettiet miżuri ta’ eċċezzjoni biex il-problemi jiġu eliminati. (43)

    (169)

    Fil-prinċipju, il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni li l-għajnuna ma’ benefiċjarju wieħed biss mhijiex xierqa, biex jiġu eliminati sitwazzjonijiet li għalihom tapplika t-tieni parti ta’ l-Artikolu 87(3)(b). Fil-każ tal-Crédit Lyonnais, (44) meta l-miżuri ta’ għajnuna kellhom valur ta’ madwar 20 biljun EUR, (45) skond il-Kummissjoni dan kien jikkonċerna “għajnuna għall-eliminazzjoni ta’ tgħawwiġ ekonomiku serju, peress li l-għajnuna kienet, u għadha, immirata lejn l-eliminazzjoni tad-diffikultajiet ta’ benefiċjarju wieħed, il-Crédit Lyonnais, u mhux ta’ l-industrija sħiħa.” L-għajnuna ma ġietx korrispondentement approvata skond l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE, iżda fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 87(3)(ċ) bħala għajnuna ta’ ristrutturar, li hija konformi mas-suq komuni.

    (170)

    Minħabba dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tassumi li l-Artikolu 87(3)(b) ma jistax jiġi applikat fil-każ preżenti.

    L-għajnuna ta’ salvataġġ

    (171)

    Skond il-paragrafu 15 tal-linji ta’ gwida, l-għajnuna ta’ salvataġġ, min-natura tagħha, hija stess miżura ta’ għajnuna riversibbli temporanja li żżomm l-intrapriża fuq saqajha sakemm isir pjan ta’ ristrutturar jew ta’ likwidazzjoni. Skond l-istess paragrafu 15, it-tul ta’ żmien ta’ għajnuna bħal din ma jistax jaqbeż is-sitt xhur.

    (172)

    Il-garanzija ngħatat fis-6 ta’ Ġunju 2006 (u, fil-prinċipju, sal-bejgħ tal-BAWAG-PSK f’Lulju 2007). It-tul ta’ żmien tagħha jaqbeż iż-żmien massimu ta’ sitt xhur stabbilit fil-linji ta’ gwida. Barra minn hekk, din daħlet fis-seħħ b’mod effettiv u b’effett retroattiv fil-31 ta’ Diċembru 2005.

    (173)

    Għalhekk, il-garanzija ma tistax titqies bħala għajnuna ta’ salvataġġ li, skond il-linji ta’ gwida, hija konformi mas-suq komuni.

    L-għajnuna ta’ ristrutturar

    (174)

    Il-linji ta’ gwida jinkludu kriterji li jridu jiġu sodisfatti biex b’hekk l-għajnuna ta’ ristrutturar tkun tista’ tiġi approvata:

    a)

    irid ikun hemm pjan ta’ ristrutturar għar-riġenerazzjoni tal-profittabbiltà tul perjodu twil u jrid jitwettaq bis-sħiħ;

    b)

    l-għajnuna trid tiġi limitata għall-minimu;

    ċ)

    irid jiġi evitat tgħawwiġ inaċċettabbli fil-kompetizzjoni.

    Ir-riġenerazzjoni tal-profittabbiltà tul perjodu twil (il-paragrafi 34 sa 37 tal-linji ta’ gwida)

    (175)

    Għall-Kummissjoni, it-trasferiment tal-BAWAG-PSK fit-totalità tiegħu huwa ta’ importanza fundamentali biex jiġu solvuti l-problemi li hemm u għall-iżvilupp ekonomiku pożittiv tal-bank, meta jkun taħt il-kontroll ta’ investitur privat. Fil-fatt, kif tosserva l-Awstrija, wieħed jista’ jassumi li intrapriża taħt il-kontroll ta’ proprjetarju privat ġdid għandha prospetti aħjar rigward profittabbiltà tul perjodu twil u li b’dan il-mod jiġi żgurat li l-ebda għajnuna oħra ma tkun meħtieġa. Il-bejgħ jirriżulta li huwa element kruċjali għar-ristrutturar tal-BAWAG-PSK.

    (176)

    F’Jannar 2007 ġie kkomunikat lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturar aġġornat tal- BAWAG-PSK. Skond il-Kummissjoni, il-bidliet (fil-pjan oriġinali) fir-rigward ta’ l-ipoteżijiet u tas-suppożizzjonijiet huma importanti għal rendikont preċiż tal-qagħda finanzjarja attwali; l-indiċijiet finanzjarji importanti għall-Kummissjoni huma realistiċi u jistgħu jintlaħqu.

    (177)

    Il-Kummissjoni tqis il-previżjonijiet tas-suq ibbażati fuq il-pjan bħala xierqa u l-qligħ mill-kapital bħala għoli biżżejjed biex b’hekk il-BAWAG-PSK ikun jista’ jikkompeti, permezz tar-riżorsi tiegħu, fis-suq finanzjarju Awstrijak u f’dak internazzjonali.

    (178)

    Kif turi d-deskrizzjoni dettaljata taċ-ċirkostanzi li wasslu għad-diffikultajiet tal-bank, sorveljanza tar-riskju aħjar hija ta’ importanza deċiżiva sabiex l-iżbalji gravi tal-passat ma jerġgħux jirrepetu ruħhom. Din il-kwistjoni ġiet indirizzata b’mod estensiv fl-2006 mill-ġestjoni l-ġdida tal-bank, b’mod partikolari fil-każ ta’ tliet miżuri prinċipali:

    a)

    l-introduzzjoni ta’ Kodiċi ta’ Tmexxija Korporattiva u ta’ regoli ta’ proċedura ġodda għall-bord eżekuttiv;

    b)

    bidliet fil-kontroll tar-riskju u t-twaqqif ta’ bord eżekuttiv responsabbli għar-riskju;

    ċ)

    titjib fil-proċessi tar-rendikonti kontabbli (46) minħabba r-riskju.

    (179)

    Skond il-Kummissjoni, dawn il-miżuri huma xierqa.

    (180)

    Skond il-Kummissjoni, ir-riskju speċifiku deskritt fid-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni tal-proċedura fir-rigward tar-Refco, ir-riskju ta’ nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ l-obbligazzjonijiet ta’ l-azzjonisti tal-BAWAG-PSK fil-konfront tal-kredituri Amerikani u l-klawżoli ta’ l-indiċjar tar-rati fil-pjan ta’ ristrutturar, qed jitqiesu biżżejjed.

    (181)

    Għall-2006 kien diġà sar qligħ minimu għas-sena ta’ 0,2 miljun EUR u l-eċċess annwali ta’ […] miljun EUR kien akbar minn dak mistenni fil-pjan ta’ ristrutturar. Dawn il-figuri jipprovaw li l-bank jiżviluppa skond il-pjan ta’ ristrutturar.

    (182)

    Il-Kummissjoni eżaminat ukoll l-analiżi ta’ sensittività ppreżentata mill-Awstrija, li fiha xenarju ottimist u xenarju pessimist, u r-rendikont tagħha huwa xieraq. Min-naħa l-waħda, fix-xenarju pessimist jirriżulta valur mill-profitt operattiv ta’ l-attività kummerċjali normali ta’ […] miljun EUR fl-2011, li jiggarantixxi l-ħajja twila tal-bank. Min-naħa l-oħra, il-profittabbiltà mistennija tal-BAWAG-PSK fix-xenarju ottimist mill-profitt operattiv ta’ l-attività kummerċjali normali ta’ […] miljun EUR fl-2011 tibqa’ fil-kuntest tal-profittabbiltà tal-kompetituri.

    (183)

    L-Awstrija kkonfermat li l-konsorzju se jwettaq il-pjan ta’ ristrutturar aġġornat tal-BAWAG-PSK, u għalhekk approvatu totalment.

    (184)

    Bħalma l-investiment totali tax-xerrej potenzjali b’mod dirett jeħtieġ l-element ta’ għajnuna tal-garanzija, skond il-Kummissjoni, ristrutturar tal-bank li jirnexxi jiddependi wkoll b’mod deċiżiv miż-żjieda fil-kapital li jridu jilħqu l-proprjetarji l-ġodda. (47) L-investimenti totali tal-konsorzju ma jiżgurawx biss li ma tingħatax il-garanzija, iżda joħolqu wkoll kapital xieraq bħala bażi għat-twettiq tal-pjan ta’ ristrutturar.

    (185)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta’ ristrutturar, li jinkludi pjan estensiv għall-iżvilupp kontinwu tal-bank sa l-2011, prinċipalment għandu jitwettaq fil-perjodu […].

    (186)

    Fil-qosor, it-titjib tal-profittabbiltà tal-BAWAG-PSK jirriżulta prinċipalment minn miżuri interni u d-dubji espressi fid-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni tal-proċedura tneħħew kollha. Il-Kummissjoni hija konvinta li permezz tal-pjan ta’ ristrutturar il-BAWAG-PSK ikun jista’ jirriġenera l-profittabbiltà tul perjodu twil.

    (187)

    Skond il-paragrafi 44 u 50 tal-linji ta’ gwida, il-Kummissjoni trid iżżomm ruħha aġġornata dwar il-progress fit-twettiq tal-pjan.

    Id-delimitazzjoni ta’ l-għajnuna għall-minimu meħtieġ (il-paragrafi 43 sa 45 tal-linji ta’ gwida).

    (188)

    Skond il-linji ta’ gwida, għal intrapriżi kbar bħall-BAWAG-PSK il-kontribut proprju ta’ l-intrapriża, fil-prinċipju, għandu jilħaq il-50 % ta’ l-ispejjeż ta’ ristrutturar.

    (189)

    L-ispejjeż ta’ ristrutturar jammontaw mill-inqas għal […] biljun EUR. Dawn ma jiġux iffinanzjati b’mod dirett mil-garanzija Federali, iżda 100 % mill-bank u mill-proprjetarji tiegħu. Id-diżinvestimenti jikkontribwixxu wkoll għall-finanzjament tal-programm ta’ ristrutturar.

    (190)

    Anki jekk il-Kummissjoni tqis l-ammont totali tal-garanzija bħala għajnuna għall-finanzjament ta’ l-ispejjeż ta’ ristrutturar, l-ammont totali tal-BAWAG-PSK ikun ta’ madwar 50 %.

    (191)

    Skond il-Kummissjoni, permezz tal-forma u ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna – il-garanzija ta’ l-Istat għall-krediti bi żbilanċ fil-ħlasijiet, li tagħmel l-osservazzjoni ta’ dispożizzjonijiet prudenti possibbli – jiġi evitat li l-BAWAG-PSK ikun pprovdut b’likwidità eċċessiva li tista’ tintuża għal imġiba aggressiva li tgħawweġ is-suq mingħajr relazzjoni għall-proċess ta’ ristrutturar. Barra dan, it-tarf ta’ fuq tal-marġni ta’ varjazzjoni, fejn hemm l-element ta’ għajnuna bi 898 miljun EUR, 1,6 % biss tat-total tal-karta tal-bilanċ tal-bank, jikkorrispondi għal perċentwal minimu ħafna b’kuntrast għal każijiet oħrajn fejn il-Kummissjoni ħadet deċiżjoni pożittiva. (48)

    (192)

    Fil-każ preżenti ma ngħatat lanqas għajnuna ta’ salvataġġ.

    (193)

    Minħabba dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni li l-għajnuna hija limitata għall-minimu assolutament meħtieġ għar-riġenerazzjoni tal-profittabbiltà tul perjodu twil, u tafferma li l-kontribut proprju tal-benefiċjarju huwa konformi mal-linji ta’ gwida.

    Ikun evitat tgħawwiġ inaċċettabbli fil-kompetizzjoni (il-paragrafi 38 sa 42 tal-linji ta’ gwida)

    (194)

    Skond il-linji ta’ gwida, iridu jintlaħqu miżuri biex, jekk ikun possibbli, jitnaqqsu l-effetti żvantaġġjużi ta’ l-għajnuna fuq il-kompetituri. Se jitqiesu l-bejgħ ta’ l-assi, it-tneħħija tal-kapaċitajiet, il-limitazzjoni tal-preżenza tas-suq jew it-tnaqqis ta’ l-ostakli tad-dħul fis-swieq ikkonċernati. Il-miżuri jridu jiġu applikati fi proporzjon għall-effetti ta’ tgħawwiġ ikkawżati mill-għajnuna u, b’mod partikolari, fir-rigward tal-kumpanija fis-suq jew fis-swieq tagħha.

    (195)

    L-impenji tal-BAWAG-PSK, li l-Awstrija kkomunikat lill-Kummissjoni, huma parti integrali tal-proċess ta’ ristrutturar. B’mod partikolari, id-diżinvestimenti li saru u li għad iridu jsiru fil-fatt jikkontribwixxu għall-finanzjament ta’ l-ispejjeż ta’ ristrutturar u jneħħu t-tħassib tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kompetizzjoni.

    (196)

    Numru kbir ta’ miżuri għandhom effetti fuq il-kummerċ ċentrali tal-bank.

    (197)

    Fl-operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ l-awtoritajiet pubbliċi, li fihom il-BAWAG-PSK żamm is-sehem tas-suq […] (25 % fis-sena 2005), il-bank naqqas il-krediti tiegħu fil-konfront tal-Federazzjoni (ir-Repubblika ta’ l-Awstrija) sa l-aħħar ta’ […] madwar […] ([…] biljun EUR) l-aktar għal […] biljun EUR. Dan il-limitu massimu ta’ […] biljun EUR mhux se jinqabeż sa […]. (49)

    (198)

    Barra dan, il-bank, “primary dealer” importanti tal-bonds tal-Federazzjoni, għal tul ta’ żmien ta’ […], li jibda fil-[…] sa […],jirrifjuta li jieħu sehem fi proċeduri ta’ tfigħ ta’ l-offerti. Dan ifisser li l-BAWAG-PSK ma jistax jieħu sehem fi proċeduri b’valur totali stmat ta’ madwar […] biljun EUR.

    (199)

    Dawn il-miżuri jistgħu jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tal-bank mal-klijenti tas-settur pubbliku u għalhekk dan il-qasam kummerċjali jieħu aktar żmien biex jikber fil-futur. Fir-rigward tal-bonds, il-miżura tillimita anki l-marġni ta’ varjazzjoni tal-prodotti ta’ investiment, li l-bank, b’mod partikolari, jista’ joffri lill-klijenti privati.

    (200)

    Iż-żewġ miżuri deskritti jaffettwaw lis-swieq, li fihom il-bank se jieħu pożizzjoni importanti wara r-ristrutturar, u jaqbżu l-grad meħtieġ għar-riġenerazzjoni tal-profittabbiltà.

    (201)

    Barra dan il-Kummissjoni tfakkar li l-BAWAG-PSK, bħala rekwiżit għall-garanzija tal-Federazzjoni, kellu jbigħ l-ishma ta’ l-OeNB tiegħu. Dawn l-ishma kienu tassew importanti għall-bank. Barra dan, f’Lulju 2006 u f’Marzu 2007 inbiegħu ishma lill-bank Frick & Co. AG u lill-hobex AG. Bil-bejgħ ta’ l-ishma lill-hobex AG, attiva fil-qasam kummerċjali tad-domiċiljazzjoni, il-BAWAG-PSK żamm lura minn qasam importanti, li fih huma preżenti l-akbar banek ta’ l-Awstrija.

    (202)

    L-Awstrija tippreferi li ma tqisx l-għeluq ta’ tliet fergħat fi Vjenna bħala miżura ta’ kumpens effettiva. Skond il-Kummissjoni, l-għeluq ta’ tliet fergħat fi Vjenna ma jistax jitqies bħala miżura effettiva ta’ kumpens, lanqas fil-każ preżenti, peress li ma ġiex ipprovat li dawn il-fergħat ma jikkonċernawx attivitajiet li jġibu t-telf, li għar-riġenerazzjoni tal-profittabbiltà kien ikollhom jitwaqqfu fi kwalunkwe każ.

    (203)

    Fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni qrib il-kummerċ ċentrali, il-BAWAG-PSK se jbigħ malajr sehem ta’ madwar 50 % lill-P.S.K. Versicherung AG u lill-BAWAG-Versicherung AG u se jagħti wkoll lill-akkwirent dritt ta’ xiri fuq il-bqija ta’ l-ishma. Il-valur preżenti rilevanti jammonta għal madwar […] biljun EUR. F’Jannar 2007 inbiegħ ukoll is-sensar ta’ l-assigurazzjoni, Funk International Austria GmbH.

    (204)

    Il-bank impenja ruħu wkoll biex ibigħ l-aktar ishma importanti li mhumiex fl-oqsma tal-kummerċ ċentrali (b’mod partikolari l-ishma fil-Cosmos Elektrohandels GmbH & Co KG, fil-COSMOS Geschäftsführungs- und Beteiligungs GmbH, […], kif ukoll is-sehem ta’ 42 % fl-ATV Privat-TV Services AG). B’dan il-mod il-BAWAG-PSK jerġa’ jikkonċentra fuq il-kummerċ ċentrali tiegħu.

    (205)

    Peress li l-proċess ta’ bejgħ qed isir mingħajr diffikultà u l-proċess kontinwu ta’ ristrutturar jista’ jiġi kkompletat, il-Kummissjoni taċċetta li (50) l-bejgħ ta’ […] isir biss qabel […] u s-sehem ta’ 42 % fl-ATV Privat-TV Services AG jinbiegħ biss qabel […].

    (206)

    Fl-2006 inbiegħu diversi proprjetajiet għal […] miljun EUR. Qabel tmiem l-2008 għandha tinbiegħ aktar proprjetà b’valur kif imniżżel fil-kotba ta’ madwar […] miljun EUR. Barra dan, fl-2007 l-ishma ta’ l-industrija għandhom jinbiegħu lill-Voestalpine u lill-[…].

    (207)

    Barra dan id-depożiti likwidi tal-klijenti domestiċi u tal-klijenti barranin tal-BAWAG-PSK, mill-aħħar ta’ Settembru 2005 sa Ġunju 2006, naqsu għal madwar 560 miljun EUR (is-sehem tas-suq naqas minn […] % għal […] %). Fl-istess perjodu, id-depożiti tat-tfaddil naqsu għal 4 biljun EUR (is-sehem tas-suq naqas minn kważi […] % għal […] %). Jekk dan it-telf ta’ depożiti tal-kontijiet tal-klijenti ma jkunx ukoll komparabbli bis-sħiħ ma’ miżura ta’ kumpens fit-tifsira tal-linji ta’ gwida, b’hekk ikollu effett negattiv fuq l-aktar sors importanti ta’ rifinanzjament tal-bank. Skond il-Kummissjoni, il-“bank-run” f’dan il-kuntest fil-valutazzjoni totali tat-tgħawwiġ eventwali inaċċettabbli fil-kompetizzjoni jrid jitqies bħala ċirkostanza attenwanti.

    (208)

    B’kollox, it-total tal-karta tal-bilanċ tal-BAWAG-PSK tal-31 ta’ Diċembru 2006, wara l-għoti tal-garanzija tal-Federazzjoni għall-31 ta’ Diċembru 2005, naqas għal 11 % (6 biljun EUR) (51) u għat-30 ta’ Ġunju 2006 għal 9,3 % (5 biljun EUR). Aktar miżuri, b’mod partikolari t-tnaqqis tal-krediti tal-Federazzjoni ta’ […] biljun EUR, se jibdew jaħdmu minn […] u għandhom jikkorrispondu għal aktar tnaqqis tat-total tal-karta tal-bilanċ ta’ […] % (lejn l-2005).

    (209)

    Skond il-linji ta’ gwida, l-għajnuna ta’ salvataġġ jew ta’ ristrutturar, f’każijiet eċċezzjonali, tista’ titqies bħala ġustifikata; struttura tas-suq iddeterminata mill-kompetizzjoni jkollha tibqa’ tiġi sostnuta u l-għibien ta’ l-intrapriżi jkun jista’ jwassal għal sitwazzjoni ta’ monopolju jew ta’ oligopolju. L-għibien tal-BAWAG-PSK, fil-każ ta’ insolvenza probabbli, kien isaħħaħ prinċipalment l-aktar kompetituri importanti tal-bank, u ċertament li qegħdin f’suq diġà relattivament ikkonċentrat, (52) li fih il-bank Austria Creditanstalt, l-Erste Bank/Sparkassengruppe (grupp ta’ banek tat-tfaddil) u l-grupp Raiffeisen fl-Awstrija flimkien iżommu madwar 80 % ta’ l-ishma tas-suq fil-qasam tas-servizzi bankarji bl-imnut.

    (210)

    Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-miżuri ta’ kumpens, taħt il-konsiderazzjoni tal-marġni ta’ varjazzjoni stabbilit għall-element ta’ għajnuna tal-garanzija, huma proporzjonali għall-effetti ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni ta’ l-għajnuna mogħtija lill-BAWAG-PSK.

    (211)

    Skond il-Kummissjoni, l-obbligazzjoni tal-bejgħ ta’ l-ÖGB imposta mill-Awstrija ma tikkonċernax kumpens għat-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, peress li l-BAWAG-PSK u mhux l-ÖGB qed jirċievi l-għajnuna b’mod dirett. Il-bejgħ tal-bank lill-konsorzju, madankollu, jitqies bħala utli għall-proċess ta’ ristrutturar (ara aktar ’il fuq).

    (212)

    Il-fatt ukoll li l-kompetituri tal-BAWAG-PSK stabbilew l-SPVs għall-protezzjoni tal-bażi kapitali tal-bank, ma jfissirx li l-garanzija tal-Federazzjoni ma kienet toħloq l-ebda tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li jista’ jiġi nnutat. F’dan il-kuntest huwa ta’ importanza li l-SPVs jkunu stabbiliti għall-BAWAG-PSK biss wara l-għoti tal-garanzija.

    (213)

    Il-Kummissjoni trid iżżomm ruħha aġġornata dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kumpens imsemmija aktar ’il fuq.

    (214)

    Il-perjodi għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kumpens jistgħu jiġu estiżi mill-Kummissjoni, jekk l-Awstrija tipprova l-okkorrenza ta’ ċirkostanzi imprevedibbli. Fil-każijiet eċċezzjonali li għalihom tkun tat raġuni l-Awstrija, il-Kummisssjoni, fuq talba, tista’ temenda ukoll xi rekwiżiti u kondizzjonijiet u/jew tissostitwihom b’miżuri oħra ekwivalenti.

    Kondizzjonijiet speċjali li magħhom hija marbuta l-awtorizzazzjoni għall-għajnuna (il-paragrafu 46 tal-linji ta’ gwida)

    (215)

    Barra l-miżuri biex ikun evitat tgħawwiġ inaċċettabbli fil-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tista’ tistipula l-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti li hija tqis bħala meħtieġa, biex b’hekk il-kompetizzjoni ma tiġix imfixkla b’mod li jmur kontra l-interess komuni.

    (216)

    F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tixtieq tiżgura li ma tingħata l-ebda għajnuna oħra li tinfluwenza l-proporzjonalità tal-miżura ta’ għajnuna li għaliha tirreferi d-deċiżjoni preżenti. Il-Kummissjoni fil-fatt segwiet l-impenji tal-BAWAG-PSK li kkomunikatilha l-Awstrija fir-rigward ta’ l-għoti ta’ għajnuniet oħra sa l-aħħar ta’ l-2010, iżda tavża li fi kwalunkwe każ, skond it-Taqsima 3.3 tal-linji ta’ gwida, l-għoti ta’ għajnuna ta’ ristrutturar lill-BAWAG-PSK huwa pprojbit għal perjodu ta’ 10 snin wara din id-deċiżjoni. Skond il-Kummissjoni, l-impenn imsemmi huwa xieraq u meħtieġ fit-tifsira tal-paragrafu 46(ċ) tal-linji ta’ gwida. Il-projbizzjoni ġenerali ma taffettwax l-għajnuna skond l-Artikolu 87(2) tat-Trattat tal-KE. Fir-rigward ta’ l-għanijiet milħuqa, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li tingħata għajnuna lill-BAWAG-PSK fil-kuntest tal-proġetti ta’ riċerka kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea, għajnuna għall-miżuri ta’ taħriġ ġenerali (53) fil-kuntest ta’ l-iskemi awtorizzati, u għajnuna għall-miżuri ta’ enerġija (54) fil-kuntest ta’ l-iskemi awtorizzati, peress li għajnuniet bħal dawn mhux essenzjalment ikollhom effett fuq il-proporzjonalità ta’ l-element ta’ għajnuna tal-garanzija.

    (217)

    Barra dan, l-impenji msemmija aktar ’il fuq fil-premessi (197) u (198), fl-opinjoni tal-Kummissjoni, jissodisfaw ir-rekwiżiti skond il-paragrafu 46(a) u (b) tal-linji ta’ gwida.

    VIII.   KONKLUŻJONI

    (218)

    Il-Kummissjoni tafferma li l-għajnuna mogħtija mill-Awstrija, fil-forma ta’ l-għoti tal-garanzija fl-ammont ta’ 900 miljun EUR, tikser l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE u għalhekk hija kontra l-liġi. Iżda l-għajnuna tista’ tiġi ddikjarata bħala waħda konformi mas-suq komuni, sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet imposti.

    ADOTTAT ID-DEĊIŻJONI LI ĠEJJA:

    Artikolu 1

    L-għajnuna mill-Istat, li l-Awstrija tat għar-ristrutturar tal-BAWAG-PSK fil-forma ta’ garanzija Federali assunta għal ammont totali ta’ 900 miljun EUR, hija konformi mas-suq komuni, sakemm il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 2 jiġu sodisfatti

    Artikolu 2

    1.   L-Awstrija tiżgura li l-pjan għar-ristrutturar tal-BAWAG-PSK, li kien ikkomunikat lill-Kummissjoni fit-3 ta’ Jannar 2007, se jitwettaq bis-sħiħ.

    2.   L-Awstrija tiżgura li l-ishma li ġejjin se jinbiegħu lil parti terza indipendenti mill-grupp tal-BAWAG-PSK:

    a)

    Il-bejgħ ta’ ishma ta’ aktar minn 50 % fil-P.S.K. Versicherung (assigurazzjoni) AG u fil-BAWAG-Versicherung AG b’effett finanzjarju mhux aktar tard minn […] u l-għoti ta’ dritt ta’ xiri (call option) lill-akkwirent fuq il-bqija ta’ l-ishma.

    b)

    L-għeluq tal-bejgħ ta’ proprjetà fil-valur ta’ madwar […] miljun EUR b’effett finanzjarju totali mhux aktar tard minn […].

    ċ)

    Il-bejgħ tas-sehem ta’ […] % fil-[…] b’effett finanzjarju mhux aktar tard minn […].

    d)

    Il-bejgħ tas-sehem ta’ 42,56 % fl-ATV Privat-TV Services AG b’effett finanzjarju mhux aktar tard minn […].

    e)

    Il-bejgħ tal-[…] b’effett finanzjarju mhux aktar tard minn […].

    3.   L-Awstrija tiżgura li l-kreditu tal-BAWAG-PSK lill-Awstrija, sa tmiem is-sena finanzjarja 2007, se jonqos l-aktar għal […] biljun EUR. Dan l-ammont mhux se jinqabeż sa […], ħlief fil-każ ta’ l-obbligazzjonijiet eżistenti tal-kumpaniji tal-grupp tal-BAWAG-PSK mill-partijiet futuri ta’ operazzjonijiet ta’ akkwist li diġà saru.

    4.   Il-BAWAG-PSK m’għandux jintgħażel biex joħroġ il-bonds tal-Federazzjoni matul il-perjodu ta’ […], li jibda fil-[…].

    5.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010 mhi se tingħata l-ebda għajnuna oħra lill-BAWAG-PSK bħala għajnuna skond l-Artikolu 87(2) tat-Trattat tal-KE, għajnuna fil-kuntest ta’ proġetti ta’ riċerka kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea, għajnuna għal taħriġ ġenerali fil-kuntest ta’ skemi awtorizzati, jew miżuri biex tiġi ffrankata l-enerġija fil-kuntest ta’ skemi awtorizzati. Fl-għaxar snin li ġejjin mhi se tkun awtorizzata l-ebda għajnuna ta’ ristrutturar.

    6.   Sabiex ikun jista’ jiġi sorveljat li l-kondizzjonijiet jiġu sodisfatti skond il-paragrafi 1 sa 5, sa l-2010 l-Awstrija se toħroġ rapporti b’mod frekwenti dwar il-progress fir-ristrutturar tal-BAWAG-PSK. L-ewwel rapport annwali se jiġi ppreżentat f’Jannar 2009. Ir-rapporti li jmiss jirreferu għas-sena 2009 u 2010 u se jiġu ppreżentati rispettivament sa l-aħħar ta’ Marzu 2010 u 2011.

    Artikolu 3

    Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-deċiżjoni, l-Awstrija se tikkomunika lill-Kummissjoni l-miżuri li ttieħdu sabiex id-deċiżjoni tiġi sodisfatta.

    Artikolu 4

    Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Awstrija.

    Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Neelie KROES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Ir-Regolament emendat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.

    (2)  ĠU C 232, 30.12.2006, p. 11.

    (3)  Ara n-nota 2 ta’ qiegħ il-paġna.

    (4)  L-ÖGB żammet b’mod dirett 51 % ta’ l-ishma tal-kumpaniji u b’mod indirett – fuq il-fondazzjoni privata tagħha Österreichische Gewerkschaftliche Solidarität Privatstiftung (“ÖGSP”) – 49 % ta’ l-ishma. L-ÖGB hija l-fundatriċi ta’ l-ÖGSP.

    (*)  Sigriet kummerċjali

    (5)  L-akbar ammont ta’ dawn ir-riċevibbli għamluh żewġ krediti mhux iggarantiti, li l-AVB kellha fil-forma ta’ overdraft bl-ammont totali ta’ 1,531 biljun EUR, u żewġ krediti għall-ÖGSP fil-forma ta’ overdraft totali ta’ […] miljun EUR.

    (6)  Is-somma tal-prezz tal-bejgħ u ta’ dak għall-BAWAG-PSK jeħtieġu l-kapital.

    (7)  Il-BAWAG Versicherung AG u l-PSK Versicherung AG għandhom sehem ta’ […] % fis-suq ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja ta’ l-Awstrija.

    (8)  Il-konsorzju huwa magħmul minn Cerberus European Investments, mill-posta Awstrijaka, minn Generali Holding Vienna AG, minn Wüstenrot Verwaltung- and Dienstleistungen GmbH, minn persuni privati u minn istituti finanzjarji oħra.

    (9)  Ir-Refco dak iż-żmien kien l-akbar negozjant tal-materja prima u tat-trasport tagħha fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

    (10)  […].

    (11)  Fl-anness għar-rapport ta’ verifika, BGBl. II Nru. 305/2005, fil-parti IV Z 14 lit. ċ u lit. d.

    (12)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-14.9.1994 fil-Kawżi Magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni, ECR 1994, I-4103.

    (13)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

    (14)  Il-klassifikazzjoni tal-BAWAG-PSK għad-depożiti kollha, min-naħa ta’ Moody’s, mar għall-agħar tul perjodu twil u qasir u l-assi minn A2 għal A3, il-Financial Strength Rating (Klassifikazzjoni tas-Saħħa Finanzjarja) għal E+.

    (15)  ĠU C 71, 11.3.2000, p. 14.

    (16)  L-FSR tirrappreżenta l-valutazzjoni min-naħa ta’ Moody’s tal-likwidità u tas-sigurtà intrinsika tal-bank u għalhekk ma tqisx ċerti riskji ta’ kreditu esterni u elementi ta’ għajnuna tal-krediti li jiġu inklużi fil-Moody’s Bank Deposit Ratings (il-Klassifikazzjonijiet tad-Depożiti Bankarji ta’ Moody’s).

    (17)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ġunju 1999, K(1999) 2035, Crédit Foncier de France (ĠU L 34, 3.2.2001, p. 36) paragrafu 49.

    (18)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2004, K(2004) 327, Bankgesellschaft Berlin (ĠU L 116, 4.5.2005, p. 1) paragrafu 27.

    (19)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2005, K(2005) 427, Chemische Werke Piesteritz (ĠU L 296, 12.11.2005, p. 19) paragrafu 107.

    (20)  900 miljun EUR × 5,47 % = 49,1 miljun EUR.

    (21)  49,1 miljun EUR – (900 × 0,2 %) = 47,3 miljun EUR.

    (22)  Qabbel lill-Moody’s Investor Service (Is-Servizz ta’ l-Investituri ta’ Moody’s), “Default and Recovery Rates of Corporate Bond Issuers: 2000” (Ir-Rati ta’ Inadempiment u ta’ Rkupru ta’ Dawk li Joħorġu l-Bonds Korporattivi: 2000).

    (23)  Fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ likwidità standard ta’ 8 %.

    (24)  Fuq il-bażi tal-bidla tas-Swap Spreads qabel u wara li ngħatat il-garanzija Federali.

    (25)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 1994 rigward l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lill-grupp Bull fil-forma ta’ żjieda kapitali mhux innotifikata (ĠU L 386, 31.12.2004, p. 1) paragrafu 10; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 1995 li tagħti approvazzjoni kondizzjonali lill-għajnuna mogħtija minn Franza lill-bank Crédit Lyonnais (ĠU L 308, 21.12.1995, p. 92) paragrafu 116; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ġunju 1995 dwar l-għajnuna mogħtija mill-Istat Taljan lill-kumpanija Enichem Agricoltura SpA (ĠU L 28, 6.2.1996, p. 18) paragrafu 26; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 2001 dwar l-għajnuna mill-Istat li Spanja implimentat u qed tippjana li timplimenta għar-ristrutturar tal-Babcock Wilcox España SA (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 50) paragrafu 40; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 1998 li tawtorizza, bla ħsara għal kondizzjonijiet, l-għajnuna mogħtija mill-Italja lis-Società Italiana per Condotte d’Acqua SpA (ĠU L 129, 22.5.1999, p. 30) paragrafu 35; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 1998 li tawtorizza, bla ħsara għal kondizzjonijiet, l-għajnuna mogħtija mill-Italja lill-Italstrade (ĠU L 109, 27.4.1999, p. 1) paragrafu 2.

    (26)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Frar 1997, Bank Austria.vs Creditanstalt, COMP IV/M.873, paragrafu 46 et seq.

    (27)  Fir-rigward ta’ l-ishma tas-suq, l-Awstrija tirreferi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kontroll ta’ l-amalgazzjonijiet tat-28 ta’ Frar 2007, Cerberus vs BAWAG-PSK, COMP/M. 4565.

    (28)  Ara, fost l-oħrajn, is-sentenza tal-Qorti tad-29.4.2004 fil-kawża C-372/97, L-Italja vs Il-Kummissjoni, ECR 2004, p. I-3679, paragrafu 44.

    (29)  Is-sentenza tal-Qorti tas-16.5.2002, fil-kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni, ECR 2002, p. I-4397, paragrafu 71.

    (30)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6.3.2003, il-kawżi maqgħuda T-228/99 u T-233/99, Westdeutsche Landsbank Girozentrale u Land Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni, ECR 2003, p. II-43, paragrafu 255.

    (31)  Il-kawżi maqgħuda T-228/99 u T-233/99, paragrafu 246.

    (32)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30.4.1998, il-kawża ta’ l-Indja T-16/96, Cityflyer Express vs Il-Kummissjoni, ECR 1996, p.II-757, paragrafu 76.

    (33)  Qabbel il-kawża C 44/03 (l-għajnuna li l-Awstrija qed tippjana li timplimenta għall-bank Burgenland), (ĠU L 263, 8.10.2005, p. 8) paragrafu 36.

    (34)  Qabbel il-garanziji ta’ l-Istat għall-banek pubbliċi Ġermaniżi (“responsabbiltà ta’ min jagħti garanzija”) jew il-banek tat-tfaddil Awstrijaċi (“responsabbiltà kontinġenti”), li t-tnejn tneħħew bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

    (35)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ġunju 1999, K(1999) 2035, Crédit Foncier de France, (ĠU L 34, 3.2.2001, p. 36) paragrafu 49. Id-Deċiżjoni fil-każ tas-CFF ingħatat qabel ma’ daħal fis-seħħ l-Avviż dwar il-garanziji.

    (36)  L-injezzjoni ta’ kapital tal-proprjetarji minoritarji hija improbabbli fir-rigward ta’ l-obbligazzjoni tal-bejgħ ta’ l-ÖGB impost mill-Awstrija.

    (37)  Għalhekk il-profitt operattiv mistenni tal-BAWAG P.S.K fl-ewwel perjodu ta’ tliet snin (2006–2008) jammonta b’kollox għal […] miljun EUR. Dan il-perjodu jkun bażi xierqa għal analiżi minn investitur privat. Iżda m’għandux jintesa,li għal din il-previżjoni tal-profitt operattiv ma jitqies l-ebda ħlas tas-suq għat-teħid tad-deċiżjoni: Jekk il-bank ikollu jagħti dan it-tip ta’ ħlas, il-profitti operattivi jkunu ferm aktar diffiċli biex jinkisbu fil-perjodu ta’ ristrutturar.

    (38)  Bit-tnaqqis ta’ l-assi totali, il-bażi ta’ qligħ tal-BAWAG P.S.K. tonqos b’mod ċar. B’mod ġenerali, l-assi jistgħu jinbiegħu taħt il-valur tas-suq biss għal perjodu qasir.

    (39)  L-injezzjoni ta’ kapital tal-proprjetarji minoritarji hija improbabbli fir-rigward ta’ l-obbligazzjoni tal-bejgħ ta’ l-ÖGB impost mill-Awstrija.

    (40)  B’rata ta’ skont ta’ 10 %.

    (41)  1,7 biljun EUR + […] biljun EUR – […] biljun EUR - […] biljun EUR = […] biljun EUR.

    (42)  L-istabbiliment taż-żewġ SPVs imsemmija aktar ’il fuq permezz ta’ operaturi kummerċjali privati ma kienx jitwettaq mingħajr il-garanzija Federali u għalhekk mhuwiex inkonsistenti ma’ din l-opinjoni.

    (43)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (88/167/KEE) tas-7 ta’ Ottubru 1987 rigward il-liġi 1386/1983 li permezz tagħha l-Gvern Grieg jagħti għajnuna lill-industrija Griega (ĠU L 76, 22.3.1988, p. 18).

    (44)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Mejju 1998 dwar l-għajnuna mogħtija minn Franza lill-grupp tal-Crédit Lyonnais (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 28).

    (45)  Fl-1995 il-Kummissjoni approvat l-ewwel għajnuniet mill-Istat li ġew stmati li jlaħħqu ammont massimu ta’ 8 biljun EUR (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 1995 li tagħti approvazzjoni kondizzjonali lill-għajnuna mogħtija minn Franza lill-bank Crédit Lyonnais, ĠU L 308, tal-21.12.1995, p. 92). Fl-1996 ġew approvati għajnuniet li kienu jlaħħqu l-ammont ta’ 0,6 biljun EUR (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N 692/96 – C 47/96, ĠU C 390, 24.12.1996, p. 7). Fl-aħħarnett, fl-1998 ġew approvati aktar għajnuniet, b’valur ta’ bejn 8 u 15-il biljun EUR (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Mejju 1998 dwar l-għajnuna mogħtija minn Franza lill-grupp tal-Crédit Lyonnais, ĠU L 221, 8.8.1998, p. 28).

    (46)  Proċessi, li jwasslu biex jitħallsu l-kontijiet.

    (47)  Il-prezz tal-bejgħ jaffettwa ż-żjieda fil-kapital meħtieġa.

    (48)  Qabbel, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/508/KE ta’ l-14 ta’ Ottubru 1998 li tapprova b’mod kondizzjonali l-għajnuna mogħtija minn Franza lis-Societé Marseillaise de Crédit (Każ C 42/96 ex NN 194/95), (ĠU L 198, 30.7.1999, p. 1); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/345/KE tat-18 ta’ Frar 2004 dwar l-għajnuna ta’ ristrutturar implimentata mill-Ġermanja għall-Bankgesellschaft Berlin AG (Każ C 28/2002 ex NN 5/2002), (ĠU L 116, 4.5.2005, p. 1) kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/89/KE tat-23 ta’ Ġunju 1999 li tapprova b’mod kondizzjonali l-għajnuna mogħtija minn Franza lill-Crédit Foncier de France (Każ C 30/96 ex NN 44/96) (ĠU L 34, 3.2.2001, p. 36).

    (49)  Ġew esklużi minn dan l-obbligazzjonijiet eżistenti tal-kumpaniji tal-grupp tal-BAWAG-PSK mill-partijiet futuri ta’ operazzjonijiet ta’ akkwist li diġà saru.

    (50)  Il-Kummissjoni tista’ testendi l-perjodi għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kumpens jekk l-Awstrija tipprova l-okkorrenza ta’ ċirkostanzi imprevedibbli. Fil-każijiet eċċezzjonali li l-Awstrija tat raġuni għalihom, il-Kummisssjoni tista’ temenda anki xi rekwiżiti u kondizzjonijiet jew tissostitwihom b’miżuri oħra ekwivalenti.

    (51)  It-total tal-karta tal-bilanċ għall-grupp, fl-istess perjodu, b’kollox naqas għal 12,2 %.

    (52)  Qabbel ukoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2002 rigward proċedura skond l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE (il-każ COMP/36.571/D-1 — il-banek Awstrijaċi (“Lombard Club”), ĠU L 56, 24.2.2004, p. 1, paragrafu 8.

    (53)  Skond ir-Regolament (KEE) Nru 68/2001 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar it-tħaddim ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat ta’ l-UE dwar l-għajnuna għat-taħriġ (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20), li kien emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/72/KE (ĠU L 32, 6.2.2007, p. 180)), “taħriġ ġenerali” ikopri it-taħriġ li jinvolvi tagħlim li ma japplikax biss jew prinċipalment għall-posizzjoni preżenti jew futura tal-ħaddiem fl-intrapriża mgħejjuna, iżda li jipprovdi l-kwalifiki li huma trasferibbli b’mod liberu lil intrapriżi jew oqsma tax-xogħol oħra u għalhekk itejjeb b’mod sostanzjali l-opportunità tax-xogħol għall-ħaddiem.

    (54)  Skond il-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna ta’ l-Istat għall-ħarsien ta’ l-ambjent (ĠU C 37, 3.2.2001, p. 3) il-miżuri biex tkun iffrankata l-enerġija, b’mod partikolari, huma miżuri li permezz tagħhom l-intrapriżi jistgħu jnaqqsu l-konsum ta’ l-enerġija fil-kuntest tal-proċessi ta’ produzzjoni tagħhom.


    Top