EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0199

2008/199/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Frar 2008 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

ĠU L 60, 5.3.2008, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/199/oj

Related international agreement

5.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 60/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Frar 2008

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

(2008/199/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-qbil tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Protokoll mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fit-26 ta’ Novembru 2007.

(2)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (1), huwa approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. MATE


(1)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 33.


Top