This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0198
2008/198/EC: Council Decision of 18 February 2008 on the conclusion of the Agreement between the European Community and the former Yugoslav Republic of Macedonia on certain aspects of air services
2008/198/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Frar 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
2008/198/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Frar 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
ĠU L 60, 5.3.2008, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/198/oj
5.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 60/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Frar 2008
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
(2008/198/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tieghu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju ta’ l-2003 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, ftehim ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru (“Il-Ftehim”) fi qbil mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li jawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(3) |
Dan il-ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea suġġett għal konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, konformi mad-Deċiżjoni 2006/550/KE (1). |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
Artikolu 2
Il-president tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) ĠU L 217, 8.8.2006, p. 16.