This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0194
2008/194/EC: Council Decision of 18 February 2008 on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Government of the Republic of Singapore on certain aspects of air services
2008/194/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Frar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
2008/194/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Frar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
ĠU L 60, 5.3.2008, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/194/oj
|
5.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 60/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Frar 2008
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
(2008/194/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità ftehim mal-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru f’konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003. |
|
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità suġġett għal possibiltà tal-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/592 (2). |
|
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapor dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa approvat f’isem il-Komunità.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna bis-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 7(1) tal-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) Opinjoni tat-12.10.2006 (għadha mhux ippubblikata fil-ĠU).