EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0191

2008/191/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Frar 2008 dwar il-konklużjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

ĠU L 60, 5.3.2008, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/191(1)/oj

Related international agreement

5.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 60/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Frar 2008

dwar il-konklużjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(2008/191/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 300(3),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità ftehim mar-Repubblika tal-Libanu dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru skond il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003.

(3)

Il-ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità suġġett għal-possibbiltà tal-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, konformi mad-Deċiżjoni 2006/543/KE tal-Kunsill (2).

(4)

Il-ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar ċerti aspetti tas-servizz ta’ l-ajru huwa approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna bis-setgħa li tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  Opinjoni tas-6.9.2005 (għadha mhux ippubblikata fil-ĠU)

(2)  ĠU L 215, 5.8.2006, p. 15.


Top