This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0190
2008/190/EC: Council Decision of 18 February 2008 on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Republic of Moldova on certain aspects of air services
2008/190/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Frar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
2008/190/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Frar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
ĠU L 60, 5.3.2008, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/190/oj
5.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 60/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Frar 2008
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
(2008/190/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ftehim mar-Repubblika tal-Moldova dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru skond il-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003. |
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità suġġett għal konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/345/KE (2). |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ċerti aspetti tas-servizz ta’ l-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li tagħmel jew jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) Opinjoni tas-16 ta’ Mejju 2006.
(2) ĠU L 126, 13.5.2006, p. 23.