This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0189
2008/189/EC: Council Decision of 18 February 2008 on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Government of Georgia on certain aspects of air services
2008/189/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Frar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
2008/189/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Frar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
ĠU L 60, 5.3.2008, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/189/oj
5.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 60/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Frar 2008
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
(2008/189/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Permezz ta’ deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(2) |
F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru konformement mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness mad-deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003. |
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità suġġett għal konklużjoni eventwalment possibbli tiegħu f’data aktar tard, konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/357/KE tal-Kunsill (2). |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) Opinjoni tas-6 ta’ Settembru 2005 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 134, 20.5.2006, p. 23.