Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 32008D0183

2008/183/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta' Frar 2008 li taħtar membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 59, 4.3.2008, pagg. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Stato giuridico del documento Non più in vigore, Data di fine della validità: 25/01/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/183/oj

4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Frar 2008

li taħtar membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/183/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur CONDORELLI sar vakanti post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sur Giovanni SPERANZA, Sindaco del Comune di Lamezia Terme, huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


In alto