EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0146
2008/146/EC: Council Decision of 28 January 2008 on the conclusion, on behalf of the European Community, of the Agreement between the European Union, the European Community and the Swiss Confederation on the Swiss Confederation's association with the implementation, application and development of the Schengen acquis
2008/146/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- Acquis ta' Schengen
2008/146/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- Acquis ta' Schengen
ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/146/oj
27.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 53/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta' Jannar 2008
dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Acquis ta' Schengen
(2008/146/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62, il-punt 3 ta' l-Artikolu 63, u l-Artikoli 66 u 95, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fis-17 ta' Ġunju 2002, in-negozjati ma' l-Awtoritajiet Żvizzeri, dwar l-assoċjazzjoni ta' l-Isvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen ġew konklużi. |
(2) |
Konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE (2), u suġġett għall-konklużjoni tagħha f'data aktar tard, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Acquis ta' Schengen ġie ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea fis-26 ta' Ottubru 2004. |
(3) |
Il-Ftehim għandu issa jiġi approvat. |
(4) |
Sa fejn għandu x'jaqsam l-iżvilupp ta' acquis ta' Schengen, li jaqa' taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, applikazzjoni u zvilupp ta' l-acquis ta' Schengen (3), japplikaw, mutatis mutandis, għar-relazzjonijiet ma' l-Iżvizzera. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tar-Renju Unit, taħt il-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq sabiex jieħu sehem f'uħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (4). |
(6) |
Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni ta' l-Irlanda, taħt il-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba ta' l-Irlanda sabiex tieħu sehem f'uħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (5). |
(7) |
Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tad-Danimarka, taħt il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Aquis ta' Schengen, u d-dokumenti relatati li jikkonsistu fl-Att Finali, il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri dwar il-Kumitati li jassistu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat eżekuttivi tagħha, u d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar laqgħat konġunti tal-Kumitati Mħallta huma hawnhekk approvati f'isem l-Unjoni Ewropea.
It-test ta' dan il-Ftehim, l-Att Finali, l-Iskambju ta' l-Ittri u d-Dikjarazzjoni Konġunta huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni (6).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tapplika fl-oqsma koperti mid-dispożizzjonijiet elenkati fl-Annessi A u B tal-Ftehim u għall-iżvilupp tagħhom sa tali punt fejn dawk id-dispożizzjonijiet għandhom, jew, konformement mad mad-Deċiżjoni 1999/436/KE (7), ġew determinati li għandhom, bażi legali fi ħdan it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE għandhom japplikaw, bl-istess mod, għall-assoċjazzjoni ta' l-Iżvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Acquis ta' Schengen, li jaqa' taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiddepożita f'isem il-Komunità Ewropea l-Istrument ta' approvazzjoni previst fl-Artikolu 14 tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens ta' l-Unjoni Ewropea li tintrabat.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 28 ta' Jannar 2008.
Għall-Kunsill
D. RUPEL
Il-President
(1) Opinjoni tat-13 ta' Ottubru 2005 (għadha mhijiex Pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.
(3) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(4) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(6) Ara paġna 52 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(7) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 17.