Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0134

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/134/PESK tat- 18 ta’ Frar 2008 li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani

    ĠU L 43, 19.2.2008, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/06/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/134/oj

    19.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 43/38


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/134/PESK

    tat-18 ta’ Frar 2008

    li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK tal-14 ta’ Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fl-14 ta’ Novembru 2005 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK li tistabbilixxi Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) għal perijodu ta’ tlett snin. Il-fażi operattiva tal-EUPOL COPPS bdiet fl-1 ta’ Jannar 2006.

    (2)

    Fl-20 ta’ Novembru 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/807/PESK (2) li tistabbilixxi l-baġit finali għall-EUPOL COPPS għas-sena 2007.

    (3)

    Fis-6 ta’ Diċembru 2007 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/808/PESK, li tipprevedi li l-baġit għandu jkopri wkoll l-ispiża relatata mal-Missjoni mill-1 ta’ Jannar 2007 sad-29 ta’ Frar 2008.

    (4)

    Skond l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2007/808/PESK, il-baġit finali tal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 għandu jkun deċiż mill-Kunsill qabel id-29 ta’ Frar 2008,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) mill-1 ta’ Marzu 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 għandu jkun ta’ EUR.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. RUPEL


    (1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.

    (2)  ĠU L 329, 25.11.2006, p. 76. Deciżjoni kif emendata b'Deciżjoni 2007/808/PESK (ĠU L 323, 8.12.2007, p. 56)


    Top