Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0084

    2008/84/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Jannar 2008 li tawtorizza lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Repubblika tal-Polonja biex japplikaw miżuri ta’ deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

    ĠU L 27, 31.1.2008, p. 17–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/84(2)/oj

    31.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 27/17


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-22 ta’ Jannar 2008

    li tawtorizza lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Repubblika tal-Polonja biex japplikaw miżuri ta’ deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

    (It-testi bil-Ġermaniż u l-Polakk biss huma awtentiċi)

    (2008/84/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Permezz ta’ l-ittri rreġistrati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fit-22 ta’ Ottubru 2007 u s-27 ta’ Lulju 2007, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Polonja talbu awtorizzazjoni biex japplikaw miżuri speċjali ta’ taxxa rigward il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ ċertu pontijiet fuq il-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi.

    (2)

    Skond l-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni, b’ittra bid-data ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007, għarrfet lill-Istati Membri l-oħra dwar it-talbiet magħmula mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Polonja. B’ittra bid-data tal-25 ta’ Ottubru 2007, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Repubblika tal-Polonja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tikkunsidra t-talbiet.

    (3)

    L-għan tal-miżura speċjali huwa li, għal provvisti ta’ oġġetti jew servizzi u akkwisti intraKomunitarji ta’ oġġetti intenzjonati għall-kostruzzjoni u manutenzjoni ta’ pontijiet transkonfinali, il-pontijiet għandhom jitqiesu, flimkien mas-sit tagħhom ta’ kostruzzjoni fil-każ ta’ bini, li huma kollha kemm huma fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri skond ftehim konkluż bejniethom dwar id-diviżjoni ta’ responsabbiltà għall-kostruzzjoni u manutenzjoni ta’ dawn il-pontijiet transkonfinali.

    (4)

    Fl-assenza ta’ miżura speċjali, ikun hemm bżonn, li għal kull provvista ta’ oġġetti jew servizzi jew akkwisti intraKomunitarji ta’ oġġetti, jiġi żgurat jekk il-post ta’ tassazzjoni kienx ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja jew ir-Repubblika tal-Polonja. Xogħol li jsir fuq pont tal-fruntiera fuq territorju Ġermaniż għandu jkun suġġett għal taxxa fuq il-valur miżjud fil-Ġermanja waqtli dak ix-xogħol li jsir fuq territorju Pollakk għandu jkun suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud fil-Polonja.

    (5)

    Għalhekk, l-għan ta’ din id-deroga huwa li jissimplifika l-proċedura għal ħlas tat-taxxa fuq il-kostruzzjoni u manutenzjoni tal-pontijiet ikkonċernati.

    (6)

    Din id-deroga mhux se jkollha impatt negattiv fuq ir-riżorsi tal-Komunità Ewropea nnifisha ipprovduti mit-taxxa fuq il-valur miżjud.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Polonja huma awtorizzati, skond il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 2 u 3, biex japplikaw miżuri ta’ deroga mid-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-kostruzzjoni u manutenzjoni sussegwenti ta’ pont wieħed fuq il-fruntiera li jaqsam l-Oder (Odra) u pont wieħed fuq il-fruntiera li jaqsam il-Lausitzer Neiße (Nysa Łużycka), u l-manutenzjoni ta’ żewġ pontijiet eżistenti fuq il-fruntiera li jaqsmu l-Oder (Odra) u disa’ pontijiet eżistenti fuq il-fruntiera fuq il-Lausitzer Neiße (Nysa Łużycka), li kollha kemm huma qegħdin parti fuq it-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u parti fuq it-territorju tar-Repubblika tal-Polonja. Id-dettalji tal-pontijiet ikkonċernati huma elenkati fl-Anness għal din id-deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE, fir-rigward tal-pont fuq il-fruntiera li l-kostruzzjoni u manutenzjoni tiegħu huma r-responsabbiltà tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u rigward il-pontijiet fuq il-fruntiera li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija responsabbli biss għal manutenzjoni tagħhom, dawn il-pontijiet u, fejn xieraq, is-sit ta’ kostruzzjoni jekk ikun fuq territorju Pollakk, għandhom jitqiesu li huma parti mit-territorju Ġermaniż għall-fini ta’ provvisti ta’ oġġetti u servizzi u akkwisti intraKomunitarji ta’ oġġetti intenzjonati għall-kostruzzjoni jew manutenzjoni ta’ dawn il-pontijiet.

    Artikolu 3

    Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE, fir-rigward tal-pont fuq il-fruntiera li l-kostruzzjoni u manutenzjoni tiegħu huma r-responsabbiltà tar-Repubblika tal-Polonja u rigward il-pontijiet fuq il-fruntiera li r-Repubblika tal-Polonja hija responsabbli biss għal manutenzjoni tagħhom, dawn il-pontijiet u, fejn xieraq, is-sit ta’ kostruzzjoni jekk ikun fuq territorju Ġermaniż, għandhom jitqiesu li huma parti mit-territorju Pollakk għall-fini ta’ provvisti ta’ oġġetti u servizzi u akkwisti intraKomunitarji ta’ oġġetti intenzjonati għall-kostruzzjoni jew manutenzjoni ta’ dawn il-pontijiet.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Repubblika tal-Polonja.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Jannar 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. BAJUK


    (1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/75/KE (ĠU L 346, 29.12.2007, p. 13)


    ANNESS

    Pontijiet imsemmija fl-Artikolu 1:

    1.

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tkun responsabbli għall-kostruzzjoni ta’ dan il-pont fuq il-fruntiera:

    (a)

    il-pont fuq il-fruntiera li jaqsam l-Oder (Odra) bejn Frankfurt (Oder) u Kunowice fil-punt 580,640.

    2.

    Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tkun responsabbli għall-kostruzzjoni ta’ dan il-pont fuq il-fruntiera:

    (a)

    il-pont fuq il-fruntiera li jaqsam il-Lausitzer Neiße (Nysa Łużycka) bejn Horka u Węgliniec fil-punt 130,470.

    3.

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tkun responsabbli għall-manutenzjoni ta’ dawn il-pontijiet fuq il-fruntiera:

    (a)

    il-pont fuq il-fruntiera li jaqsam l-Oder (Odra) bejn Neurüdnitz u Siekierki fil-punt 653,903;

    (b)

    il-pont fuq il-fruntiera li jaqsam l-Oder (Odra) bejn Küstrin Kietz u Küstrin Kostrzyn fil-punt 615,102;

    (ċ)

    il-pont fuq il-fruntiera li jaqsam l-Oder (Odra) bejn Frankfurt (Oder) u Kunowice fil-punt 580,640;

    (d)

    il-pont fuq il-fruntiera li jaqsam il-Lausitzer Neiße (Nysa Łużycka) bejn Hagenwerder u Ręczyn fil-punt 169,611;

    (e)

    il-pont fuq il-fruntiera li jaqsam il-Lausitzer Neiße (Nysa Łużycka) bejn Hirschfelde u Trzciniec Zgorzelecki fil-punt 186,281.

    4.

    Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tkun responsabbli għall-manutenzjoni ta’ dawn il-pontijiet fuq il-fruntiera:

    (a)

    il-pont fuq il-fruntiera li jaqsam il-Lausitzer Neiße (Nysa Łużycka) bejn Guben u Gubin fil-punt 13,375;

    (b)

    il-pont fuq il-fruntiera li jaqsam il-Lausitzer Neiße (Nysa Łużycka) bejn Guben u Gubinek fil-punt 17,625;

    (ċ)

    il-pont fuq il-fruntiera li jaqsam il-Lausitzer Neiße (Nysa Łużycka) bejn Forst u Tuplice fil-punt 51,935;

    (d)

    il-pont fuq il-fruntiera li jaqsam il-Lausitzer Neiße (Nysa Łużycka) bejn Bad Muskau u Łęknica fil-punt 80,530;

    (e)

    il-pont fuq il-fruntiera li jaqsam il-Lausitzer Neiße (Nysa Łużycka) bejn Horka u Węgliniec fil-punt 130,470;

    (f)

    il-pont fuq il-fruntiera li jaqsam il-Lausitzer Neiße (Nysa Łużycka) bejn Görlitz u Zgorzelec fil-punt 153,885;

    (g)

    il-pont fuq il-fruntiera li jaqsam il-Lausitzer Neiße (Nysa Łużycka) bejn Krzewina Zgorzelecka u Trzciniec Zgorzelecki fil-punt 184,220;

    (h)

    il-pont fuq il-fruntiera li jaqsam il-Lausitzer Neiße (Nysa Łużycka) bejn Krzewina u Zgorzelecka u Trzciniec Zgorzelecki fil-punt 184,780.


    Top