This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0063
2008/63/EC: Commission Decision of 20 December 2007 amending Decisions 2002/231/EC, 2002/255/EC, 2002/272/EC, 2002/371/EC, 2003/200/EC and 2003/287/EC in order to prolong the validity of the ecological criteria for the award of the Community eco-label to certain products (notified under document number C(2007) 6800) (Text with EEA relevance)
2008/63/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjonijiet 2002/231/KE, 2002/255/KE, 2002/272/KE, 2002/371/KE, 2003/200//KE u 2003/287/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6800) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/63/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjonijiet 2002/231/KE, 2002/255/KE, 2002/272/KE, 2002/371/KE, 2003/200//KE u 2003/287/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6800) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 16, 19.1.2008, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2010
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 16/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007
li temenda d-Deċiżjonijiet 2002/231/KE, 2002/255/KE, 2002/272/KE, 2002/371/KE, 2003/200//KE u 2003/287/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6800)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/63/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Bord ta’ l-Ittikkettjar Ekoloġiku ta’ l-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/231/KE tat-18 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja lix-xedd tar-riġel u li temenda d-Deċiżjoni 1999/179/KE (2) tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2008. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/255/KE tal-25 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (3) tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2008. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/272/KE tal-25 ta’ Marzu 2002 li tistabilixxi l-kriterji sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja lill-kisi iebes ta’ l-art (4) tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2008. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/371/KE tal-15 ta’ Mejju 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili u li temenda d-Deċiżjoni 1999/178/KE (5) tiskadi fil-31 ta’ Mejju 2008. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/200/KE ta’ l-14 ta’ Frar 2003 li tistabilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal deterġenti tal-londri u li temenda d-Deċiżjoni 1999/476/KE (6) tiskadi fid-29 ta’ Frar 2008. |
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/287/KE ta’ l-14 ta’ April 2003 li tistabilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ l-akkommodazzjoni turistika (7) tiskadi fit-30 ta’ April 2008. |
(7) |
B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, saret reviżjoni f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, stabbiliti minn dawk id-Deċiżjonijiet. |
(8) |
Minħabba l-istadji differenti tal-proċess ta’ reviżjoni għal dawn id-Deċiżjonijiet huwa xieraq li jittawwal il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tad-Deċiżjoni 2002/255/KE u d-Deċiżjoni 2002/371/KE għal perjodu ta’ 12-il xahar, id-Deċiżjoni 2003/287/KE għal perjodu ta’ 18-il xahar, u d-Deċiżjoni 2002/231/KE, d-Deċiżjoni 2002/272/KE u d-Deċiżjoni 2003/200/KE għal perjodu ta’ 24 xahar. |
(9) |
Peress li l-obbligu ta’ reviżjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jikkonċerna biss il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, huwa xieraq li d-Deċiżjonijiet 2002/231/KE, 2002/255/KE, 2002/272/KE, 2002/371/KE 2003/200/KE u 2003/287/KE jibqgħu fis-seħħ. |
(10) |
Id-Deċiżjonijiet 2002/231/KE, 2002/255/KE, 2002/272/KE, 2002/371/KE, 2003/200/KE, 2003/287/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/231/KE hu mibdul b’dan li ġej:
“Artikolu 5
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tax-xedd tar-riġel, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Marzu 2010.”
Artikolu 2
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2002/255/KE hu mibdul b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tat-televiżjonijiet, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Marzu 2009.”
Artikolu 3
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2002/272/KE hu mibdul b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tal-kisi iebes ta’ l-art, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Marzu 2010.”
Artikolu 4
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/371/KE hu mibdul b’dan li ġej:
“Artikolu 5
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tal-prodotti tessili, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Mejju 2009.”
Artikolu 5
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2003/200/KE hu mibdul b’dan li ġej:
“Artikolu 5
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tad-deterġenti tal-londri, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sat-28 ta’ Frar 2010.”
Artikolu 6
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2003/287/KE hu mibdul b’dan li ġej:
“Artikolu 5
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tas-servizz ta’ l-akkommodazzjoni turistika, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Ottubru 2009.”
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Danuta HÜBNER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.
(2) ĠU L 77, 20.3.2002, p. 50. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/783/KE (ĠU L 295, 11.11.2005, p. 51).
(3) ĠU L 87, 4.4.2002, p. 53. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/207/KE (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 16).
(4) ĠU L 94, 11.4.2002, p. 13. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/783/KE.
(5) ĠU L 133, 18.5.2002, p. 29. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/207/KE.
(6) ĠU L 76, 22.3.2003, p. 25.
(7) ĠU L 102, 24.4.2003, p. 82.