Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008B0514

    2008/514/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l- 24 ta' April 2007 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għal Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga għas-sena finanzjarja 2005

    ĠU L 187, 15.7.2008, p. 104–105 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/514/oj

    15.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 187/104


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    ta' l-24 ta' April 2007

    dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għal Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga għas-sena finanzjarja 2005

    (2008/514/KE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga għas-sena finanzjarja 2005 (1),

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga għas-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 – C6-0080/2007),

    wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 tat-8 ta' Frar 1993 dwar it-twaqqif taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 11a tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0100/2007),

    1.

    Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għal Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga huma kif ġej:

    Kont tad-dħul u l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2005

    (f'EUR 1000)

     

    2005

    2004

    Dħul

    Sussidji mill-Kummissjoni

    12 000

    11 730

    Sussidji min-Norveġja

    516

    514

    Dħul assenjat

    190

    211

    Dħul mixxellanju

    93

    33

    Dħul totali (a)

    12 799

    12 488

    Infiq baġitarju għas-sena finanzjarja

    Staff – Titolu I tal-baġit

    Ħlasijiet

    5 762

    5 832

    Approprjazzjonijiet trasferiti

    154

    122

    Amministrazzjoni – Titolu II tal-baġit

    Ħlasijiet

    1 094

    1 088

    Approprjazzjonijiet trasferiti

    650

    356

    Attivitajiet operattivi – Titolu III tal-baġit (minbarra d-dħul assenjat)

    Ħlas kontra approprjazzjonijiet ta' ħlas għas-sena finanzjarja

    4 159

    2 342

    Approprjazzjonijiet trasferiti

     

    1 260

    Dħul assenjat (PHARE u pajjiżi terzi)

    101

    201

    Nefqa totali (b)

    11 920

    11 200

    Riżultat għas-sena finanzjarja (a - b)

    879

    1 288

    Bilanċ trasferit mis-sena finanzjarja preċedenti

    1 508

    295

    Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena ta' qabel u kanċellati

    1 239

    245

    Ammonti mis-sena finanzjarja preċedenti li jridu jintużaw mill-ġdid jew li ma ntużawx

    -58

    15

    Rimborsi lill-Kummissjoni

    -1 508

    -3

    Rimborsi lin-Norveġja

    -128

    81

    Differenzi tar-rata tal-kambju

    1

    -1

    Bilanċ għas-sena finanzjarja (għotja tal-KE + il-kontribuzzjoni tan-Norveġja)

    1 933

    1 920

     

     

     

    Għotja tan-Norveġja 2005

    -516

     

    Bilanċ għas-sena finanzjarja għotja KE biss

    1 417

     

    Sors: Informazzjoni provduta miċ-Ċentru ta' Monitoraġġ. Din it-tabella tagħti fil-qosor id-data provduta miċ-Ċentru ta' Sorveljanza fil-kotba annwali tiegħu

    2.

    Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2005;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni tal-Parlament lid-direttur taċ-Ċentru Ewropew għal Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura/tiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Hans-Gert PÖTTERING

    Is-Segretarju Ġenerali

    Harald RØMER


    (1)  ĠU C 266, 31.10.2006, p. 43.

    (2)  ĠU C 312, 19.12.2006, p. 86.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru. 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

    (4)  ĠU L 36, 12.2.1993, p. 1. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1651/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 30).

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


    Top