Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1488

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/2007 ta’ l- 14 ta’ Diċembru 2007 li jerġa' jiftaħ is-sajd għall-alfonsinos fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV ta' l-ICES (l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

    ĠU L 330, 15.12.2007, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1488/oj

    15.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 330/18


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1488/2007

    ta’ l-14 ta’ Diċembru 2007

    li jerġa' jiftaħ is-sajd għall-alfonsinos fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV ta' l-ICES (l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-Sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond [titlu mhux uffiċjali] (3) jistabbilixi l-kwoti għall-2007 u l-2008.

    (2)

    Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2007.

    (3)

    Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    Il-kwota tas-sajd allokati għall-2007 lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    Is-sajd ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Fokion FOTIADIS

    Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


    (1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

    (2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

    (3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


    ANNESS

    Nru

    87

    Stat Membru

    Il-Portugall

    Stokk

    ALF/3X14-

    Speċi

    Alfonsinos (Beryx spp.)

    Żona

    L-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi fiż-żoni żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

    Data

    24.11.2007


    Top