This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1464
Commission Regulation (EC) No 1464/2007 of 12 December 2007 determining the extent to which the applications for import licences submitted in November 2007 for certain dairy products under certain tariff quotas opened by Regulation (EC) No 2535/2001 can be accepted
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/2007 tat- 12 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi sa fejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti f'Novembru 2007 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-qafas ta' ċerti kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/2007 tat- 12 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi sa fejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti f'Novembru 2007 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-qafas ta' ċerti kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001
ĠU L 327, 13.12.2007, p. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 327/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1464/2007
tat-12 ta’ Diċembru 2007
li jistabbilixxi sa fejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti f'Novembru 2007 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-qafas ta' ċerti kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/1999 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta' importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestita b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni, (2) u b'mod partikulari l-artikolu 7(2) tiegħu.
Billi:
L-applikazzjonijiet li saru mill-20 sa l-30 ta' Novembru 2007 għal ċerti kwoti msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 ta' l-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta' l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (3), huma għal kwantitajiet akbar minn dawk disponibbli. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni għall-kwantitajiet mitluba,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom intalbu l-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kwota msemmija fil-partijiet I.A, I.D, I.E, I.F, I.H u I.I ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, introdotti bejn l-20 u l-30 ta' Novembru 2007 huma modifikati skond il-koeffiċjent ta' allokazzjoni mniżżel fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 238 ta' l-1.9.2006, p. 13. Regolament kif emendat l-aħħar bir-regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(3) ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 487/2007 (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 8).
ANNESS I.A
Numru tal-kwota |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni |
09.4590 |
100 % |
09.4599 |
100 % |
09.4591 |
100 % |
09.4592 |
— |
09.4593 |
— |
09.4594 |
100 % |
09.4595 |
1,396665 % |
09.4596 |
100 % |
ANNESS I.D
Prodotti li joriġinaw mit-Turkija
Numru tal-kwota |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni |
09.4101 |
— |
ANNESS I.E
Prodotti li joriġinaw mill-Afrika t'Isfel
Numru tal-kwota |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni |
09.4151 |
— |
ANNESS I.F
Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera
Numru tal-kwota |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni |
09.4155 |
— |
ANNESS I.H
Prodotti li joriġinaw mill-Ġordan
Numru tal-kwota |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni |
09.4179 |
100 % |
ANNESS I.I
Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda
Numru tal-kwota |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni |
09.4205 |
100 % |
09.4206 |
100 % |