EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1462

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1462/2007 tal- 11 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja

ĠU L 326, 12.12.2007, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1776

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1462/oj

12.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1462/2007

tal-11 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 dwar iktar miżuri restrittivi li għandhom x’jaqsmu mal-Liberja (1), u partikolarment l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 jelenka l-persuni naturali u legali, il-korpi u l-entitajiet li fuqhom huwa impost l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fit-28 ta' Novembru 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li fuqhom għandha tapplika l-friża ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 32. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif ġej:

Għandhom jitneħħew dawn il-persuni naturali li ġejjin:

Grace Beatrice Minor. Data tat-twelid: 31.5.1942. Informazzjoni oħra: Konsulent ewlieni ta’ l-eks President Charles Taylor.


Top