This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1432
Commission Regulation (EC) No 1432/2007 of 5 December 2007 amending Annexes I, II and VI to Regulation (EC) No 1774/2002 of the European Parliament and of the Council as regards the marking and transport of animal by-products (Text with EEA relevance )
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2007 tal- 5 ta’ Diċembru 2007 li jemenda l-Annessi I, II u VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq u t-trasport ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2007 tal- 5 ta’ Diċembru 2007 li jemenda l-Annessi I, II u VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq u t-trasport ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 320, 6.12.2007, p. 13–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2011; Impliċitament imħassar minn 32009R1069
6.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 320/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1432/2007
tal-5 ta’ Diċembru 2007
li jemenda l-Annessi I, II u VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq u t-trasport ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali li mhumiex maħsuba għall-konsum uman (1), u partikolarment l-Artikolu 32(1) u l-punt 8 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness VI tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula rekwiżiti speċifiċi għal regoli li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman. |
(2) |
L-Artikoli 4, 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipulaw li l-materjali tal-Kategorija 1, 2 u 3 għandhom jinġabru, jiġu trasportati u identifikati mingħajr telf ta’ żmien skond l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
L-Artikolu 7 u l-Anness II jistipulaw ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni, il-ġabra u t-trasport tal-kategoriji differenti tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali u tal-prodotti proċessati. Sabiex jitjieb il-kontroll u t-traċċabbiltà, għandhom jintużaw kuluri standardizzati biex jiġi identifikat l-imballaġġ, il-kontenituri u l-vetturi użati għall-kummerċ ta’ dawn il-prodotti sekondarji u proċessati. Il-kuluri għandhom jintagħżlu b’tali mod li jiżguraw li jistgħu jiġu ddistingwiti faċilment, kif ukoll mill-individwi li għandhom vista tal-kuluri mgħarrqa. |
(4) |
Għall-iskop ta’ ċarezza, għandha tiżdied definizzjoni ta’ “l-għoti tal-kuluri għall-identifikazzjoni” mad-definizzjonijiet speċifiċi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
(5) |
L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jistabbilixxu sistemi jew jistipulaw regoli supplimentari b’rigward għall-użu ta’ l-għoti ta’ kuluri biex jiġi identifikat l-imballaġġ, il-kontenituri u l-vetturi użati għat-trasport tal-kategoriji differenti tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali u l-prodotti proċessati fi ħdan it-territorju tagħhom. Sistemi jew regoli bħal dawn ma għandhomx iħawwdu s-sistema ta’ l-użu tal-kuluri għall-identifikazzjoni standardizzata għall-kummerċ. |
(6) |
L-Istati Membri għandhom ukoll ikollhom il-possibbiltà li jeħtieġu l-immarkar tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali li joriġinaw fi u li jibqgħu fit-territorju tagħhom, minn barra l-immarkar tal-materjali ta’ riskju speċifikati meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (2). Madankollu, immarkar bħal dan ma għandux joħloq xkiel għall-kummerċ jew għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
(7) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula r-regoli għall-mudell tad-dokument kummerċjali li għandu jakkumpanja l-prodotti sekondarji ta’ l-annimali u l-prodotti proċessati tul it-trasport. Regoli supplimentari għal dokumenti bħal dawn għandhom jiġu stipulati sabiex itejbu l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali. |
(8) |
L-Artikoli 4, 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipulaw li ċerti prodotti sekondarji proċessati ta’ l-annimali għandhom jiġi mmarkati b’mod permanenti, fejn teknikament possibbli bir-riħa, skond il-Kapitlu I ta’ l-Anness VI ta’ dak ir-Regolament. |
(9) |
Il-Kapitlu I ta’ l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula l-prodotti pproċessati derivati minn materjali ta’ Kategorija 1 jew 2, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti likwidi maħsuba għall-impjanti bijogass jew fejn isir il-kompost, iridu jiġu mmarkati b’mod permanenti, fejn teknikament possibbli bir-riħa, permezz ta’ sistema approvata mill-awtorità kompetenti. S’issa, minħabba nuqqas ta’ data xjentifika fuq l-immarkar, l-ebda regoli dettaljati għal mmarkar bħal dan ma ġew stabbiliti. |
(10) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2006, iċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni ħareġ studju ta’ implimentazzjoni biex jevalwa l-Glyceroltriheptanoate (GTH) bħala l-għodda li timmarka xierqa għall-prodotti sekondarji ta’ l-annimali fis-sistemi tal-biċċerija. Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, għandhom jiġu stipulati rekwiżiti dettaljati għall-immarkar ta’ prodotti sekondarji proċessati ta’ l-annimali. |
(11) |
Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx jagħmlu ħsara lill-immarkar tal-prodotti proċessati użati fil-fertilizzanti organiċi jew sustanzi li jtejbu l-ħamrija sabiex jissodisfaw l-obbligu li ma jiġux applikati direttament lill-art li l-annimali tar-razzett jista' jkollhom aċċess għaliha skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 181/2006 ta’ l-1 ta’ Frar 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 fir-rigward tal-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija li mhumiex demel u li jemenda lil dak ir-Regolament (3). |
(12) |
Ċerti eċċezzjonijiet mir-rekwiżit biex jiġu mmarkati l-prodotti pproċessati bil-GTH għandhom jiġu stipulati, b’mod partikolari b’rigward għall-prodotti mmexxija għall-użu jew rimi b’metodu skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2005 tad-19 ta’ Jannar 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mezzi ta’ rimi jew użi ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u li jemenda l-Anness VI tiegħu dwar it-trasformazzjoni tal-bijogass u l-ipproċessar tax-xaħmijiet li jirriżultaw (4). |
(13) |
Għalhekk, l-Annessi I, II u VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom jiġu emendati kif xieraq. |
(14) |
Sabiex l-Istati Membri u l-industrija jkollhom il-ħin jaddattaw ir-regoli l-ġodda stipulati minn dan ir-Regolament, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2008. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, II u VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/2007 (ĠU L 191, 21.7.2007, p. 1).
(2) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 8).
(4) ĠU L 19, 21.1.2005, p. 27. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1678/2006 (ĠU L 314, 15.11.2006, p. 4).
ANNESS
L-Annessi I, II u VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness 1, dan il-punt li ġej huwa miżjud:
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|