EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1417

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1417/2007 tat- 28 ta’ Novembru 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

ĠU L 316, 4.12.2007, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1417/oj

4.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 316/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1417/2007

tat-28 ta’ Novembru 2007

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWOPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta’ l-istatistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta’ l-oġġetti riferiti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjoni addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni ta’ tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili.

(3)

Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna 3.

(4)

Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhix skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun evokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan il-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhix skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tiġi evokata għal perjodu ta’ tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1352/2007 (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Sett għad-dekorazzjoni tad-dwiefer li jikkonsisti fi:

 

48 difer falz

 

stoċċ żgħir tal-kolla

 

lima għad-dwiefer

 

lapes tal-manikjur u

 

stikers għad-dekorazzjoni tad-dwiefer

Id-dwiefer foloz huma plastik iffurmat u huma f'diversi qisien.

Is-sett imqiegħed għal bejgħ bl-imnut.

3926 90 97

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 3926 , 3926 90 u 3926 90 97 .

L-oġġetti, kif ippreżentati, jikkonstitwixxu f'sett fis-sens tar-Regola Interprettativa Ġenerali 3 (b).

Is-sett ma jikkonsistix fi prodotti ta' manikjur skond titlu 3304 30 00 għax dan fih iż-żieda ta' dwiefer foloz li jeħlu fuq il-ponta tas-saba’ u ma jinkludix preparazzjonijiet tal-manikjur li sempliċement jikkuraw u jsebbħu l-id u d-dwiefer naturali (Noti ta' Spjega SA ta' titlu 3304 , (B)).

Is-sett jikkonsisti f' oġġetti differenti u għandu jkun ikklassifikat fis-subtitlu 3926 90 97 skond id-dwiefer foloz tal-plastik, li jagħtu lis-sett il-karattru essenzjali tiegħu.

2.

Dwiefer foloz ta’ plastik iffurmat.

Huma ddisinjati biex jitwaħħlu mad-difer naturali billi tintuża soluzzjoni akrilika li tgħaqqad.

Huma ppakkjati fi kwantitajiet ta' 50, ta' l-istess daqs.

3926 90 97

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 3926 , 3926 90 u 3926 90 97 .

Il-prodotti m'humiex ikkunsidrati li jikkostitwixxu prodotti ta' manikjur tas-subtitlu 3304 30 00 għax dawn jinkludu ż-żieda tad-dwiefer foloz li jeħlu fuq il-ponta tas-saba’ u ma jikkonsistux fi preparazzjonijiet tal-manikjur li sempliċement jikkuraw u jsebbħu l-id u d-dwiefer naturali (Noti ta' Spjega tas-Sisetema Armonizzata għal titlu 3304 , (B)).

Għalhekk għandhom ikunu kklassifikati bħala oġġetti oħrajn tal-plastik f’subtitlu 3926 90 97 skond il-materjal kostitwenti tagħhom.

3.

Soluzzjoni li tgħaqqad magħmula minn:

 

Ċjanoakrilat ta’ l-etil

 

Silika

 

Poli( metakrilat metiliku)

 

Kaliksarene

 

Idrokinone

 

Trigliċeridi.

Is-soluzzjoni hija intenzjonata biex twaħħal dwiefer tal-plastik iffurmat mad-difer naturali. Hija tibbies bil-mod sabiex tippermetti l-iffurmar tad-dwiefer foloz.

Is-soluzzjoni hija ppakkjata fi stoċċijiet żgħar biż-żennuna għall-iffaċilitar u applikazzjoni preċiża. Piż nett ta' mhux aktar minn 1 kg.

3506 10 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 3506 u 3506 10 00 .

Il-prodott m'huwiex ikkunsidrat li jikkostitwixxi preparazzjonijiet ta' manikjur jew ta' pedikjur ta' titlu 3304 .

Il-prodott huwa kolla jew adeżiv skond it-termini ta' titlu 3506 .


Top