Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1396

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1396/2007 tat- 28 ta’ Novembru 2007 li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1975/2006 li jistipula r-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, rigward l-implemantazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rispett ta’ miżuri ta’ appoġġ ta’ l-iżvilupp rurali.

ĠU L 311, 29.11.2007, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32011R0065

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1396/oj

29.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 311/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1396/2007

tat-28 ta’ Novembru 2007

li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1975/2006 li jistipula r-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, rigward l-implemantazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rispett ta’ miżuri ta’ appoġġ ta’ l-iżvilupp rurali.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRG) (1) (titlu mhux uffiċjali), u b'mod partikolari l-Artikoli 51(4), tiegħu,

Billi:

(1)

Sar żball amministrattiv fiż-żmien ta’ l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 (2), li b'riżultat tiegħu, il-perċentwal ta’ l-għajnuna li jista' jitħallas wara t-tmiem tal-kontrolli amministrattivi kien stabbilit għal 70 % minflok 75 % kif kien oriġinalment maħsub.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ghall-Iżvilupp Rulari

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006, “70 %” għandu jinbidel b' “75 %”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika ghall-appoġġ Komunitarju rigward il-perjodu ta’ programmar li jibda mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolamenti kif emendati l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2012/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 8).

(2)   ĠU L 368, 23.12.2006, p. 74.


Top