Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1389

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1389/2007 tas- 26 ta’ Novembru 2007 li jemenda għad-89 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    ĠU L 310, 28.11.2007, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1389/oj

    28.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 310/6


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1389/2007

    tas-26 ta’ Novembru 2007

    li jemenda għad-89 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

    (2)

    Fl-14 ta' Novembru 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Eneko LANDÁBURU

    Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1291/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 287, 1.11.2007, p. 12).


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-annotazzjoni li ġejja għandha titneħħa mill-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet legali”:

    “(a)

    AKIDA BANK PRIVATE LIMITED (f.k.a. AKIDA ISLAMIC BANK INTERNATIONAL LIMITED); (f.k.a. IKSIR INTERNATIONAL BANK LIMITED); c/o Arthur D. Hanna & Company; 10 Deveaux Street, Nassau, il-Baħamas; Kaxxa Postali N-4877, Nassau, il-Baħamas.

    (b)

    AKIDA INVESTMENT CO. LTD., (a.k.a. AKIDA INVESTMENT COMPANY LIMITED); (f.k.a. AKIDA BANK PRIVATE LIMITED); c/o Arthur D. Hanna & Company; 10 Deveaux Street, Nassau, il-Baħamas; Kaxxa Postali N-4877, Nassau, il-Baħamas.

    (ċ)

    GULF CENTER S.R.L., Corso Sempione 69, 20149 Milan, l-Italja; Kodiċi fiskali Taljan: 07341170152; Nru tal-V.A.T.: IT 07341170152.

    (d)

    MIGA-MALAYSIAN SWISS, GULF AND AFRICAN CHAMBER (qabel magħrufa bħala GULF OFFICE ASSOC. PER LO SVILUPPO COMM. IND. E TURIS. FRA GLI STATI ARABI DEL GOLFO E LA SVIZZERA). Indirizz: Via Maggio 21, P.O. Box 216, 6909 Lugano, l-Iżvizzera. Informazzjoni oħra: Il-President ta' MIGA huwa Ahmed Idris Nasreddin.

    (e)

    Hotel Nasco (alias Nasco Business Residence Center SAS Di Nasreddin Ahmed Idris EC). Indirizz: Corso Sempione 69, 20149, Milan, l-Italja. Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi Fiskali: 01406430155, (b) Nru tal-V.A.T.: IT 01406430155.

    (f)

    Nasco Nasreddin Holding A.S. Indirizz: (a) Demirhane Caddesi, No: 219, Zemin Kat, Zeytinburnu, Istanbul, it-Turkija, (b) Cobancesme San. Genc Osman Sok. Nru: 12, Yenibosna, Istanbul, it-Turkja. Kummenti: l-indirizz f'(b) huwa l-aħħar indirizz li jidher għal din l-entratura fl-Arkivji ta' l-Investiment Barrani tat-Teżor tat-Turkija.

    (ġ)

    NASCOSERVICE S.R.L., Corso Sempione 69, 20149 Milan, l-Italja; Kodiċi fiskali Taljan: 08557650150; Nru tal- V.A.T.: IT 08557650150.

    (g)

    NASCOTEX S.A., (a.k.a. INDUSTRIE GENERALE DE FILATURE ET TISSAGE); (a.k.a. INDUSTRIE GENERALE DE TEXTILE); KM 7 Route de Rabat, BP 285, Tangiers, il-Marokk; KM 7 Route de Rabat, Tangiers, il-Marokk.

    (għ)

    NASREDDIN COMPANY NASCO SAS DI AHMED IDRIS NASREDDIN EC, Corso Sempione 69, 20149 Milan, l-Italja; Kodiċi fiskali Taljan: 03464040157; Nru tal-V.A.T.: IT 03464040157.

    (ħ)

    NASREDDIN FOUNDATION, (a.k.a. NASREDDIN STIFTUNG); c/o Rechta Treuhand-Anstalt, Vaduz, Liechtenstein.

    (h)

    NASREDDIN GROUP INTERNATIONAL HOLDING LIMITED, (a.k.a. NASREDDIN GROUP INTERNATIONAL HOLDINGS LIMITED); c/o Arthur D. Hanna & Company; 10 Deveaux Street, Nassau, l-Baħamas; Kaxxa Postali N-4877, Nassau, il-Baħamas.

    (i)

    NASREDDIN INTERNATIONAL GROUP LIMITED HOLDING, (a.k.a. NASREDDIN INTERNATIONAL GROUP LTD. HOLDING); c/o Rechta Treuhand-Anstalt, Vaduz, Liechtenstein; Corso Sempione 69, 20149, Milan, l-Italja.”

    (2)

    L-annotazzjoni li ġejja għandha titneħħa mill-intestatura “Persuni naturali”:

    “Ahmed Idris Nasreddin (alias (a) Nasreddin, Ahmad I.; (b) Nasreddin, Hadj Ahmed; (ċ) Nasreddine, Ahmed Idriss; (d) Idris Ahmed Nasreddin). Indirizz: (a) Corso Sempione 69, 20149 Milan, l-Italja, (b) Piazzale Biancamano, Milan, l-Italja, (ċ) 10, Rue De Cap Spartel, Tangier, il-Marokk, (d) Nru 10, Rmilat, Villa Nasreddin f'Tanġier, il-Marokk, (e) Via Maggio 21, P.O. Box 216, 6909 Lugano, l-Iżvizzera. Data tat-twelid: 22.11.1929. Post tat-twelid: Adi Ugri, Etjopja (issa l-Eritrea). Nazzjonalità: Taljana. Nru ta' l-identifikazzjoni nazzjonali: Karta ta' l-Identità Taljana AG 2028062 (Data ta' l-Iskadenza 7.9.2005); Nru tal-karta ta' l-identità barranija: K 5249. Kodiċi fiskali Taljan: NSRDRS29S22Z315Y. Informazzjoni oħra: (a) Fl-1994, is-Sur. Nasreddin ħalla r-residenza tiegħu f'1 via delle Scuole, 6900 Lugano, l-Iżvizzera u mar joqgħod il-Marokk. (b) President tal-Miga-Malaysian Swiss, Gulf and African Chamber.”


    Top