Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1382

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1382/2007 tas- 26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettalljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda s-sistema ta’ l-importazzjoni għal-laħam tal-majjal

    ĠU L 309, 27.11.2007, p. 28–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/05/2009; Imħassar b' 32009R0442

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1382/oj

    27.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 309/28


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1382/2007

    tas-26 ta’ Novembru 2007

    li jistabbilixxi regoli dettalljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda s-sistema ta’ l-importazzjoni għal-laħam tal-majjal

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tad-29 ta’ Marzu 1994 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta’ nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1556/2006 tat-18 ta’ Ottubru li jistabbilixxi regoli dettalljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda s-sistema ta’ l-importazzjoni għal-laħam tal-majjal (3) [titlu mhux uffiċjali] kien emedat sostanzjalment u jeħtieġ li jsirulu emendi ġodda. Ir-Regolament (KE) Nru 1556/2006 għandu għalhekk jitħassar u jinbidel b'Regolament ġdid.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 fetaħ, mill-1 ta’ Jannar 1994, kwoti tariffarji annwali ġodda għal ċerti prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal. L-applikazzjoni tal-kwoti msemmija hija għal perjodu indefinit.

    (3)

    Jeħtieġ li l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tiġi żgurata permezz ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu definiti r-regoli għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet u t-tagħrif li għandu jingħata fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti permezz ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (5) għandhom japplikaw, ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

    (5)

    Sabiex tiġi żgurata r-regolarità ta’ l-importazzjonijiet, jeħtieġ li l-perjodu tal-kwota mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara jinqasam f'diversi subperjodi. F'kull każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita t-tul tal-validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja.

    (6)

    Ir-riskju ta’ l-ispekulazzjoni li hemm fis-sistema kkonċernata fis-settur tal-laħam tal-majjal jitlob li jiġu stabbiliti kundizzjonjiet preċiżi biex l-operaturi jingħataw aċċess għas-sistema tal-kwota tariffarja.

    (7)

    Biex tiġi żgurata ġestjoni adegwata tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li l-ammont tal-garanzjia relattiva għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni jiġi stabbilit fil-livell ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

    (8)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-laħam tal-majjal frisk, imkessaħ jew iffriżat, kopert bil-kodi tan-NM 0203 19 13 u 0203 29 15 miftuħa bl-Artikolu 2 ta-Regolament (KE) Nru 774/94.

    2.   Il-kwota tariffarja hija miftuħa fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara.

    3.   Il-kwantità tal-prodotti li tgawdi mill-kwota msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli kif ukoll in-numru tas-serje, huma stabbiliti fl-Anness I.

    Artikolu 2

    Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ħlief fejn ir-Regolament preżenti jipprovdi mod ieħor.

    Artikolu 3

    Il-kwantità stabbilita għall-perjodu annwali tal-kwota għandha titqassam kif ġej f'erba' subperjodi:

    (a)

    25 % mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu,

    (b)

    25 % mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju,

    (ċ)

    25 % mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru,

    (d)

    25 % mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru,

    Artikolu 4

    1.   B'applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, min japplika għal liċenzja ta’ l-importazzjoni, fil-waqt tat-tressiq ta’ l-ewwel applikazzjoni tiegħu fir-rigward ta’ perjodu partikolari annwali tal-kwota, għandu jagħti prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi stipulati fl-imsemmi Artikolu 5, ikun importa jew esporta talanqas 50 tunnellata ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75.

    2.   L-applikazzjoni għal-liċenzja għandha ssemmi n-numru tas-serje definit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Tista' tkopri diversi prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet tan-NM differenti. F'dan il-każ, jeħtieġ li l-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deżinjazzjonijiet tagħhom jitniżżlu, rispettivament, fil-kaxex 16 u 15 ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja nnifisha.

    Applikazzjoni għal liċenzja jeħtiġilha tkopri minimu ta’ 20 tunnellata u massimu ta’ 20 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul is-subperjodu kkonċernat.

    3.   L-applikazzjoni għal liċenzja u l-liċenzja nnifisha għandu jkun fihom:

    a)

    fil-kaxxa 8, indikazzjoni tal-pajjiż ta’ l-oriġini.

    b)

    fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati li jingħataw fl-Anness II, il-parti A.

    Il-liċenzja għandu jkun fiha, fil-kaxxa 24, waħda mill-entrati li jingħataw fl-Anness II, il-parti B.

    Artikolu 5

    1.   Applikazzjoni għal liċenzja ma tistax titressaq ħlief matul l-ewwel seba' ġranet tax-xahar qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 3.

    2.   Mat-tressiq ta’ applikazzjoni għal liċenzja, għandha tiġi ddepożitata garanzija ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

    3.   B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, kull applikant jista' jressaq diversi applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni għal prodotti li jaqgħu taħt l-istess numru tas-serje, jekk il-prodotti jkunu joriġinaw minn pajjiżi differenti. L-applikazzjonijiet, li kull waħda minnhom tinvolvi biss pajjiż ta’ l-oriġini wieħed, jeħtiġilhom jitressqu fl-istess waqt għand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. F'dak li jirrigwarda l-massimu msemmi fl-Artikolu 4(2), t-tieni inċiż, ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu bħala applikazzjoni waħda.

    4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol wara dak ta’ tmiem il-perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali li għalhom ikunu tressqu applikazzjonijiet għal kull grupp, espressi f'kilogrammi.

    5.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu mis-seba' ġurnata tax-xogħol, u mhux aktar tard mill-ħdax-il ġurnata tax-xogħol, wara tmiem il-perjodu ta’ komunikazzjoni pprovdut bil-paragrafu 4.

    6.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, jekk ikun il-każ, il-kwantitajiet li għalihom ma jkunux tressqu applikazzjonijiet u li għandhom jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota ta’ wara.

    l-Artikolu 6

    1.   B'deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem l-ewwel xahar ta’ kull subperjodu tal-kwota, il-kwantitajiet totali espressi f'kilogrammi li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu tal-kwota annwali, il-kwantitajiet effettivament imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat għal kull numru tas-serje, espressi f'kilogrammi.

    3.   B'deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, il-kwantitajiet totali, espressi f'kilogrammi, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx jew intużaw biss parzjalment, l-ewwel darba fl-istess waqt tat-talba għall-aħħar subperjodu, u darba oħra qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali.

    Artikolu 7

    1.   B'deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandha tkun mija u ħamsin jum mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih ikunu nħarġu.

    2.   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment tad-drittijiet mogħtija bil-liċenzji huwa limitat għall-konċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament preżenti.

    Artikolu 8

    Ir-Regolament (KE) Nru 1556/2006 huwa abrogat.

    Ir-referenzi li jsiru għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu li jkunu qed isiru għar-Regolament preżenti, u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza li tingħata fl-Anness III.

    Artikolu 9

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2007.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 91, 8.4.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2198/95 (ĠU L 221, 19.9.1995, p. 3).

    (3)  ĠU L 288, 19.10.2006, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1940/2006 (ĠU L 407, 30.12.2006, p. 153), ikkoreġuta bil-ĠU L 44, 15.2.2007, p. 77.

    (4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

    (5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).


    ANNESS I

    Numru tas-serje

    Kodiċijiet tan-NM

    Dazju applikabbli

    Kwantitajiet f'tunnellati

    (il-piż tal-prodotti)

    09.4046

    0203 19 13

    0203 29 15

    0  %

    7 000


    ANNESS II

    PARTI A

    Elementi msemmija fl-Artikolu 4(3), l-ewwel inċiż, punt b):

    bil-Bulgaru

    :

    Регламент (ЕО) № 1382/2007

    bl-Ispanjol

    :

    Reglamento (CE) no 1382/2007

    biċ-Ċek

    :

    Nařízení (ES) č. 1382/2007

    bid-Daniż

    :

    Forordning (EF) nr. 1382/2007

    bil-Ġermaniż

    :

    Verordnung (EG) Nr. 1382/2007

    bl-Estonjan

    :

    Määrus (EÜ) nr 1382/2007

    bil-Grieg

    :

    Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1382/2007

    bl-Ingliż

    :

    Regulation (EC) No 1382/2007

    bil-Franċiż

    :

    Règlement (CE) no 1382/2007

    bit-Taljan

    :

    Regolamento (CE) n. 1382/2007

    bil-Latvjan

    :

    Regula (EK) Nr. 1382/2007

    bil-Litwan

    :

    Reglamentas (EB) Nr. 1382/2007

    bl-Ungeriż

    :

    1382/2007/EK rendelet

    bil-Malti

    :

    Ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007

    bl-Olandiż

    :

    Verordening (EG) nr. 1382/2007

    bil-Pollakk

    :

    Rozporządzenie (WE) nr 1382/2007

    bil-Portugiż

    :

    Regulamento (CE) n.o 1382/2007

    bir-Rumen

    :

    Regulamentul (CE) nr. 1382/2007

    bis-Slovakk

    :

    Nariadenie (ES) č. 1382/2007

    bis-Sloven

    :

    Uredba (ES) št. 1382/2007

    bil-Finlandiż

    :

    Asetus (EY) N:o 1382/2007

    bl-Iżvediż

    :

    Förordning (EG) nr 1382/2007

    PARTI B

    Elementi msemmija fl-Artikolu 4(3), it-tieni inċiż:

    bil-Bulgaru

    :

    Мито, определено на 0 %, съгласно Регламент (ЕО) № 1382/2007

    bl-Ispanjol

    :

    Derecho de aduana del 0 % en aplicación del Reglamento (CE) no 1382/2007

    biċ-Ċek

    :

    Clo stanoveno na 0 % podle nařízení (ES) č. 1382/2007

    bid-Daniż

    :

    Told fastsat til 0 % i henhold til forordning (EF) nr. 1382/2007

    bil-Ġermaniż

    :

    Auf 0 v. H. festgesetzter Zoll gemäß der Verordnung (EG) Nr. 1382/2007

    bl-Estonjan

    :

    Vastavalt määrusele (EÜ) nr 1382/2007 on kinnitatud 0 % tollimaks

    bil-Grieg

    :

    Δασμός καθοριζόμενος σε 0 % κατ’ εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1382/2007

    bl-Ingliż

    :

    Customs duty fixed at 0 % pursuant to Regulation (EC) No 1382/2007

    bil-Franċiż

    :

    droit de douane fixé à 0 % en application du règlement (CE) no 1382/2007

    bit-Taljan

    :

    Dazio doganale fissato allo 0 % in applicazione del regolamento (CE) n. 1382/2007

    bil-Latvjan

    :

    Noteikts 0 % muitas nodoklis, ievērojot Regulu (EK) Nr. 1382/2007

    bil-Litwan

    :

    0 % muitas, nustatytas pagal Reglamentą (EB) Nr. 1382/2007

    bl-Ungeriż

    :

    0 %-os vámtétel az 1382/2007/EK rendelet alapján

    bil-Malti

    :

    Rata ta’ dazju doganali ffissat għal 0 % skond ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007

    bl-Olandiż

    :

    Douanerecht 0 % op grond van Verordening (EG) nr. 1382/2007

    bil-Pollakk

    :

    Cło ustalone na poziomie 0 % na podstawie Rozporządzenia (WE) nr 1382/2007

    bil-Portugiż

    :

    Direito aduaneiro fixado em 0 %, nos termos do Regulamento (CE) n.o 1382/2007

    bir-Rumen

    :

    Taxe vamale fixate la 0 % în conformitate cu Regulamentul (CE) nr. 1382/2007

    bis-Slovakk

    :

    Clo stanovené na úrovni 0 % podľa nariadenia (ES) č. 1382/2007

    bis-Sloven

    :

    0 % dajatev v skladu z Uredbo (ES) št. 1382/2007

    bil-Finlandiż

    :

    Tulliksi vahvistettu 0 % asetuksen (EY) N:o 1382/2007 mukaisesti

    bl-Iżvediż

    :

    Tullsats fastställd till 0 % i enlighet med Förordning (EG) nr 1382/2007


    ANNESS III

    Tabella ta' korrispondenza

    Ir-Regolament (KE) Nru 1556/2006

    Dan ir-Regolament

    l-Artikolu 1(1)

    l-Artikolu 1(1)

    l-Artikolu 1(2)

    l-Artikolu 2

    l-Artikolu 1(3)

    l-Artikolu 1(2)

    l-Artikolu 2

    l-Artikolu 3

    l-Artikolu 3(1)

    l-Artikolu 4(1)

    l-Artikolu 3(2)

    l-Artikolu 4(2)

    l-Artikolu 3(3)

    L-Artikolu 4(3)(a)

    l-Artikolu 3(4)

    l-Artikolu 4(3)(b)

    l-Artikolu 3(5)

    l-Artikolu 4(3), it-tieni inċiż

    l-Artikolu 4(1), l-ewwel inċiż

    l-Artikolu 5(1)

    l-Artikolu 4(1), it-tieni inċiż

    l-Artikolu 4(2)

    l-Artikolu 5(3)

    l-Artikolu 4(3)

    l-Artikolu 5(4)

    l-Artikolu 4(4)

    l-Artikolu 5(5)

    l-Artikolu 4(5)

    l-Artikolu 6(2)

    l-Artikolu 5(1)

    l-Artikolu 7(1)

    l-Artikolu 5(2)

    l-Artikolu 7(2)

    l-Artikolu 6

    l-Artikolu 5(2)

    l-Artikolu 8

    l-Artikolu 8

    l-Artikolu 9

    l-Artikolu 9

    Anness I

    Anness I

    Anness II a

    Anness II, Parti A

    Anness II b

    Anness II, Parti B

    Anness III

    Anness IV

    Anness V

    Anness VI


    Top