Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1319

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2007 tad- 9 ta’ Novembru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fir-rigward ta’ l-għalf minn pakketti fl-ewwel sena tagħhom ta’ konverżjoni għall-biedja organika

ĠU L 293, 10.11.2007, pp. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1319/oj

10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 293/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1319/2007

tad-9 ta’ Novembru 2007

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fir-rigward ta’ l-għalf minn pakketti fl-ewwel sena tagħhom ta’ konverżjoni għall-biedja organika

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jipprovdi għall-bhejjem biex jingħalfu primarjament bl-għalf imkabbar fuq l-istabbiliment innifsu u użu wiesa' tal-mergħa għall-erbivori. Sabiex tikkonforma mar-rekwiżit, il-bdiewa organiċi jkabbru l-istabbilimenti tagħhom b’mod partikolari billi jixtru u jikru l-mergħa u l-artijiet perenni tal-mergħa.

(2)

Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 art mhux organika mixtrija jew mikrija għandha tgħaddi minn perjodu ta’ konverżjoni qabel ma ssir organika. Barra minn hekk, l-għalf waqt l-ewwel sena ta’ konverżjoni mhuwiex meqjus bħala għalf f’konverżjoni, lanqas ma jista’ jinbiegħ faċilment għall-użu fil-biedja konvenzjonali, għaliex hemm suq limitat sew għal mergħa perenni mhux organika bħal din.

(3)

L-użu ta’ l-għalf prodott b’mod mhux organiku għall-erbivori mhux se jkun kompatibbli ma’ l-Anness I, il-parti B, il-punt 4.8 (a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 wara l-31 ta’ Diċembru 2007. Kwalunkwe rekwiżit biex titkompla l-mergħa f’art mixtrija jew mikrija għall-istabbiliment innifsu waqt l-ewwel sena ta’ konverżjoni għall-biedja organika se jkun diffiċli biex jiġi sodisfat wara dik id-data.

(4)

Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi permessa l-inklużjoni ta’ ċertu perċentwali ta’ għalf miksub mill-ewwel sena ta’ artijiet fil-konverżjoni fil-formula ta’ l-għalf tar-razzjonijiet.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti minn dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti B ta’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, il-punt 4.4 għandu jitbiddel b’dan li ġej:

“4.4.

Sal-31 ta’ Diċembru 2008, fuq medja sa 50 % tal-formula ta’ l-għalf ta’ razzjonijiet jistgħu jinkludu l-għalf fil-konverżjoni. Meta l-għalf fil-konverżjoni jiġi minn unità mill-istabbiliment innifsu, dan il-perċentwal jista' jitla' għal 80 %.

Sa mill-1 ta’ Jannar 2009, fuq medja, sa 30 % tal-formula ta’ l-għalf ta’ razzjonijiet jistgħu jinkludu l-għalf fil-konverżjoni. Meta l-għalf fil-konverżjoni jiġi minn unità mill-istabbiliment innifsu, dan il-perċentwali jista' jitla' għal 60 %.

Sa 20 % tal-ammont totali medju ta’ l-għalf li jintagħlef lill-bhejjem jista' joriġina mill-mergħa jew il-ħsad ta’ mergħat permanenti jew artijiet ta’ mergħa perenni fl-ewwel sena ta’ konverżjoni tagħhom, sakemm jagħmlu parti minn stabbiliment innfsu u ma kinux parti minn unità ta’ produzzjoni organika ta’ dak l-istabbiliment fl-aħħar ħames snin. Meta jkunu qed jintużaw kemm l-għalf fil-konverżjoni jew l-għalf mill-pakketti fl-ewwel sena ta’ konverżjoni tagħhom, il-perċentwali kumplessiv tat-total ta’ għalf bħal dan m’għandux jaqbeż il-perċentwali massimi ffissati fl-ewwel jew it-tieni paragrafi.

Dawn iċ-ċifri għandhom jiġu kkalkolati annwalment bħala perċentwali ta’ materja niexfa ta’ oriġini agrikola.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 807/2007 (ĠU L 181, 11.7.2007, p. 10).


Top