Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1305

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1305/2007 tas- 7 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2006 li fih modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 tal-Kunsill, f’dak li għandu x’jaqsam maż-żamma tal-kontijiet ta’ l-entitajiet li jħallsu, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet għall-ħlas lura ta’ l-ispejjeż fil-qafas ta’ FAEGG u tal-FAEŻR

    ĠU L 290, 8.11.2007, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/09/2014; Imħassar b' 32014R0907

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1305/oj

    8.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 290/17


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1305/2007

    tas-7 ta’ Novembru 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2006 li fih modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 tal-Kunsill, f’dak li għandu x’jaqsam maż-żamma tal-kontijiet ta’ l-entitajiet li jħallsu, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet għall-ħlas lura ta’ l-ispejjeż fil-qafas ta’ FAEGG u tal-FAEŻR

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(7) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 16(2) it-tielet subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (2) jipprovdi li l-ħlasijiet minn quddiem mill-Istati Membri li jkun saru taħt ir-responsabbiltà tagħhom qabel l-approvazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali tal-perjodu 2007-2013 iridu jiġu ddikjarati globalment flimkien ma’ l-ewwel dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż wara l-adozzjoni ta’ dawn il-programmi. Din ir-regola kienet ġiet ipprovduta għall-programmi mhux approvati qabel il-31 ta’ Marzu 2007.

    (2)

    L-approvazzjoni ta’ għadd imdaqqas ta’ programmi ma tistax isseħħ ħlief wara s-16 ta’ Ottubru 2007. Jidher minn dan li għas-sena 2007, l-ewwel sena tal-perjodu ta’ programmazzjoni, il-biċċa l-kbira tal-ħlasijiet minn quddiem li saru mill-Istati Membri ma jistgħux ikunu dikjarazzjoni ta’ spejjeż fi żmien li jippermetti l-kunsiderazzjoni tagħhom għas-sena 2007.

    (3)

    Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni finanzjarja tal-programmi ta’ żvilupp rurali, jeħtieġ tiġi ffissata skadenza ġdida li tippermetti lill-Istati Membri, b’deroga mill-Artikolu 16(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, jistabbilixxu dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż speċifika kumplimentari għall-ħlasijiet minn qabel li jkunu saru f’isem il-programmi approvati mill-Kummissjoni bejn il-15 ta’ Ottubru u t-12 ta’ Diċembru 2007.

    (4)

    Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 883/2006 jigi emendat skond dan.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    It-test li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 16(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 883/2006:

    “Barra min hekk, b’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għall-programmi ta’ żvilupp rurali approvati mill-Kummissjoni bejn il-15 ta’ Ottubru u t-12 ta’ Diċembru 2007, l-ispejjeż mħallsa minn qabel mill-entitajiet li jħallsu sal-15 ta’ Ottubru 2007 inkluż, huma soġġetti għal dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż speċifika sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Diċembru 2007.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).

    (2)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.


    Top