Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1300

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1300/2007 tas- 6 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiċi u proċessi enoloġiċi

    ĠU L 289, 7.11.2007, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/06/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1300/oj

    7.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 289/8


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1300/2007

    tas-6 ta’ Novembru 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiċi u proċessi enoloġiċi

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness V, is-Sezzjoni B punt 3, tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jipprovdi l-possibilità ta’ deroga mill-kontenut massimu permissibbli fl-aċidità volatili għal ċerti kategoriji ta’ nbejjed.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 (2) jiddefinixxi ċerti regoli dettaljati ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 li jirrigwardaw b’mod partikolari l-kontenuti massimi totali ta’ aċidità volatili fl-inbejjed. B’mod partikolari, l-Artikolu 20 jipprovdi li għall-inbejjed li għalihom id-derogi huma applikabbi jinsabu fl-Anness XIII tar-Regolament imsemmi.

    (3)

    Ċerti nbejjed likorużi ta’ kwalità prodotti f’reġjuni determinati ta’ Spanja, kif ukoll l-inbejjed ta’ kwalità prodotti f’reġjuni determinati Taljani ta’ l-Alto Adige, li huma żviluppati skond metodi partikolari u għandhom qawwa alkoħolika ogħla minn 13 % vol, jippreżentaw normalment kontenut ta’ aċidità volatili ogħla mil-limiti stabbiliti fl-Anness V, Sezzjoni B, punt 1 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 iżda fi kwanlunkwe każ mhux anqas minn 35 jew 40 milli-ekwivalenti għal kull litru, skond il-każ. Għaldaqstant dawn l-inbejjed għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000.

    (4)

    Ir-Reġolament (KE) Nru 1622/2000 għandu jiġi emendat skond dan.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbid,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Novembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 556/2007 (ĠU L 132, 24.5.2007, p. 3).


    ANNESS

    L-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 huwa emendat kif ġej:

    1.

    Il-punt (ċ) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(ċ)

    għall-inbejjed Taljani:

    (i)

    25 milliekwivalenti kull litru għal:

    l-inbejjed likorużi ta’ kwalità prodotti f’reġjuni determinati Marsala,

    l-inbejjed ta’ kwalità prodotti f’reġjuni determinati Moscato di Pantelleria naturale, Moscato di Pantelleria, u Malvasia delle Lipari,

    l-inbejjed ta’ kwalità prodotti f’reġjuni determinati Colli orientali del Friuli accompagnés de l’indication ‘Picolit’,

    l-inbejjed ta’ kwalità prodotti f’reġjuni determinati u l-inbejjed likorużi ta’ kwalità prodotti f’reġjuni determinati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiġu ddenominati bit-termini jew wieħed mit-termini li ġejjin: ‘vin santo’, ‘passito’, ‘liquoroso’ u ‘vendemmia tardiva’, minbarra l-inbejjed ta’ kwalità prodotti f’reġjuni determinati li għandhom id-dritt ta’ denominazzjoni ta’ l-oriġini Alto Adige denominati bit-termini jew wieħed mit-termini li ġejjin: ‘passito’ u ‘vendemmia tardiva’,

    l-inbejjed tal-mejda b’indikazzjoni ġeografika li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiġu ddenominati bit-termini jew wieħed mit-termini li ġejjin: ‘vin santo’, ‘passito’, ‘liquoroso’ u ‘vendemmia tardiva’,

    l-inbejjed tal-mejda miksuba mill-varjetà tad-dielja mkabbra f’Sardinja ‘Vernaccia di Oristano B’ u li jissodisfaw ir-rekwiżiti biex jiġu ddenominati bħala ‘Vernaccia di Sardegna’;

    (ii)

    40 milliekwivalenti kull litru għall-inbejjed ta’ kwalità prodotti f’reġjuni determinati intitolati li jġibu d-denominazzjoni ta’ l-oriġini Alto Adige, denominati bit-termini jew wieħed mit-termini ‘passito’ jew ‘vendemmia tardiva’;”.

    2.

    Il-punt (f) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “(f)

    għall-inbejjed li joriġinaw fi Spanja:

    (i)

    25 milliekwivalenti kull litru ta’ nbid ta’ kwalità prodotti f’reġjuni determinati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiġu ddenominati bħala ‘vendimia tardía’;

    (ii)

    35 milliekwivalenti kull litru għal:

    l-inbejjed ta’ kwalità prodotti f’reġjuni determinati minn għeneb li jkun misjur iżżejjed li għandhom id-dritt ta’ denominazzjoni ta’ oriġini Ribeiro,

    l-inbejjed likorużi ta’ kwalità prodotti f’reġjuni determinati ddenominati bit-terminu ‘generoso’ jew ‘generoso de licor’ u li għandhom id-dritt ta’ denominazzjoni ta’ oriġini Condado de Huelva, Jerez-Xerez-Sherry, Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda, Málaga u Montilla-Moriles;”


    Top