Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1298

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1298/2007 tas- 6 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 900/2007 sabiex jiddistingwi bejn pajjiżi terzi u territorji ta’ Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità

    ĠU L 289, 7.11.2007, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1298/oj

    7.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 289/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1298/2007

    tas-6 ta’ Novembru 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 900/2007 sabiex jiddistingwi bejn pajjiżi terzi u territorji ta’ Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u partikolarment l-Artikolu 40(1)(g) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2007 tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar sejħa permanenti għall-offerti biex ikunu deċiżi r-rifużjonijiet fuq esportazzjonijiet ta’ zokkor abjad sa tmiem is-sena kummerċjali 2007/2008 (2) jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti biex ikunu deċiżi r-rifużjonijiet fuq esportazzjoni ta’ zokkor abjad kopert bil-kodiċi tan-NM 1701 99 10 għad-destinazzjonijiet kollha bl-esklużjoni ta’ Andorra, Ġibiltà, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (l-Istat tal-Vatikan), Liechtenstein, il-komuni ta’ Livigno u Campione d’Italia, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faeroe, iż-żoni ta’ Ċipru li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv, l-Albanija, il-Kroazja, il-Bosnja u l-Ħerzegovina, is-Serbja u l-Montenegro (3) u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

    (2)

    Sabiex ma jkunx hemm misinterpretazzjonijiet ta’ l-istatus ta’ dawn id-destinazzjonijiet, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn pajjiżi terzi u territorji ta’ Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 900/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 900/2007, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   Ser tinfetaħ sejħa permanent għall-offerti sabiex jiġu determinati rifużjonijiet fuq esportazzjoni ta’ zokkor abjad kopert mill-kodiċi tan-NM 1701 99 10 għad-destinazzjonijiet kollha inkluż:

    a)

    pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Vatikan), Liechtenstein, l-Albanija, il-Kroazja, il-Bosnja u l-Ħerzegovina, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja (*) u l-Montenegro;

    b)

    it-territorji ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione d’Italia, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faeroe u ż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

    Matul il-perjodu tal-validità ta’ din is-sejħa permanenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, ser joħorġu sejħiet parzjali għall-offerti.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Novembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 (ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1).

    (2)  ĠU L 196, 28.7.2007, p. 26.

    (3)  Inkluż il-Kosovo, taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, skond ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.


    Top