Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1248

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1248/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2040/2000 dwar id-dixxiplina tal-baġit

    ĠU L 282, 26.10.2007, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1248/oj

    26.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 282/3


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1248/2007

    tat-22 ta’ Ottubru 2007

    li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2040/2000 dwar id-dixxiplina tal-baġit

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37, 279 u 308 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri (2),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2040/2000 tas-26 ta’ Settembru 2000 dwar id-dixxiplina tal-baġit (3) jistipula regoli maħsuba sabiex jiżguraw il-ġestjoni korretta ta’ l-infiq tal-Komunità, kemm fir-rigward tat-Taqsima dwar il-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija kif ukoll fir-rigward tar-riżervi għal operazzjonijiet esterni, skond il-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba miftiehma stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib tal-proċedura baġitarja (4).

    (2)

    Fir-rigward tal-Parti I tar-Regolament (KE) Nru 2040/2000, dwar in-nefqa fuq l-agrikoltura, il-limiti stabbiliti fil-qafas finanzjarju 2007-2013 stabbilit fl-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba tas-17 ta’ Mejju 2006 (5) (il-“Ftehim Interistituzzjonali ta’ l-2006”) jipprekludu l-ħtieġa li tinżamm il-linja gwida dwar l-agrikoltura stipulata fih.

    (3)

    Id-dispożizzjonijiet l-oħra li jikkonċernaw id-dixxiplina baġitarja għall-agrikoltura fil-Parti I tar-Regolament (KE) Nru 2040/2000 ġew superati mill-Artikoli 18, 19 u 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tad-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (6);

    (4)

    Rigward il-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 2040/2000, dwar ir-riżervi għal operazzjonijiet esterni, m’għadx hemm il-ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet u miżuri speċifiċi li jkunu eċċezzjonali fil-kuntest tas-sistema ta’ riżorsi proprji għall-finanzjament tal-Fond ta’ Garanzija u tar-riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza. Ir-riżerva għall-garanziji fuq is-self inbidlet fil-qafas finanzjarju 2007-2013 tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ l-2006 b’linja tal-baġit taħt l-intestatura 4 “l-UE bħala attur globali”. Il-prinċipji ewlenin rigward ir-riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7), filwaqt li l-ammont u l-kondizzjonijiet ta’ l-użu jinsabu stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali ta’ l-2006. Billi m’hemmx involuti direttament interessi ta’ partijiet terzi, m’hemmx il-ħtieġa li dawn ta’ l-aħħar jiġu inkorporati f’regolament.

    (5)

    Għaldaqstant, id-dispożizzjoniet kollha stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2040/2000 saru obsoleti.

    (6)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2040/2000 għandu għalhekk jitħassar,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2040/2000 huwa b’dan imħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 22 ta’ Ottubru 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. SILVA


    (1)  Opinjoni tat-13 ta’ Marzu 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU C 8, 12.1.2007, p. 3.

    (3)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 27.

    (4)  ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1.

    (5)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (6)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).

    (7)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1)


    Top