EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1244
Commission Regulation (EC) No 1244/2007 of 24 October 2007 amending Regulation (EC) No 2074/2005 as regards implementing measures for certain products of animal origin intended for human consumption and laying down specific rules on official controls for the inspection of meat (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1244/2007 ta’ l- 24 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 rigward miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jistipula regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għall-ispezzjoni tal-laħam (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1244/2007 ta’ l- 24 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 rigward miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jistipula regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għall-ispezzjoni tal-laħam (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 281, 25.10.2007, p. 12–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
25.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 281/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1244/2007
ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 rigward miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jistipula regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għall-ispezzjoni tal-laħam
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 u l-Artikoli 18 (3), (7) u (12) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2), ir-Regolament (KE) Nru 854/2004, u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar kontrolli uffiċjali li twettqu biex jiżguraw il-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u l-benessri ta’ l-annimali (3) jistipulaw ir-regoli u l-ħtiġijiet dwar is-saħħa fir-rigward ta’ l-ikel li joriġina mill-annimali u l-kontrolli uffiċjali meħtieġa. |
(2) |
Ir-regoli ta’ implimentazzjoni għal dawk ir-Regolamenti huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistipula l-miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (4). |
(3) |
Skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li l-veterinarju uffiċjali jista’ ma jkunx preżenti il-ħin kollu waqt l-ispezzjonijiet ta’ l-awtopsja f’ċerti biċċeriji jew stabbilimenti li jittrattaw it-tjur li jiġu identifikati fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ riskju. F’każijiet bħal dawn, l-ispezzjoni ta’ l-awtopsja għandha titwettaq minn awżiljarju uffiċjali, li jista’ jikkontribwixxi biex inaqqas il-piż finanzjarju għall-istabbilimenti b’ kapaċità baxxa. |
(4) |
Il-kriterji għal derogi bħal dawn għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ riskju. B’mod partikolari, stabbilimenti tal-qatla jew li jwettqu attivitajiet ta’ trattament tat-tjur b’mod mhux kontinwu jaqdu funzjoni soċjali u ekonomika f’komunitajiet rurali. Għalhekk għandu jkun possibbli għal dawk l-istabbilimenti li jibbenefikaw minn derogi bħal dawn sakemm huma jikkonformaw mal-ħtiġijiet legali u ta’ iġjene. |
(5) |
Skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li l-ħnieżer għat-tismin miżmuma taħt kundizzjonijiet kontrollati ta’ abitazzjoni f’sistemi ta’ produzzjoni sa mill-fatma jeħtieġu biss spezzjoni viżwali. Għandhom jiġu stipulati rekwiżiti aktar speċifiċi għall-kundizzjonijiet li taħthom għandhom ikunu permessi proċeduri ta’ spezzjonijiet ta’ laħam simplifikati iżda bbażati fuq ir-riskju. |
(6) |
Fl-24 ta’ Frar 2000, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Miżuri Veterinarji relatati mas-Saħħa Pubblika adotta opinjoni dwar “Ir-reviżjoni tal-proċeduri ta’ spezzjonijiet ta’ laħam”, li għandha x’taqsam mal-prinċipji ġenerali relatati ma’ l-ispezzjonijiet ta’ laħam. Huwa jikkonkludi li s-sistemi kurrenti ta’ spezzjonijiet ta’ laħam jistgħu jittejbu meta supplimentati b’tagħrif mill-katina kollha ta’ produzzjoni, l-użu ta’ Analiżi ta’ Riskju, il-prinċipji tal-Punt ta’ Kontroll Kritiku (HACCP) fl-istabbiliment tal-qatla u s-sorveljanza mikrobijoloġika ta’ l-organiżmi indikaturi tal-feċi. |
(7) |
Fl-20 u fil-21 ta’ Ġunju 2001, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Miżuri Veterinarji relatati mas-Saħħa Pubblika adotta opinjoni dwar “L-identifikazzjoni ta’ speċi/kategoriji ta’ annimali li jipproduċu l-laħam f’sistemi ta’ produzzjoni integrati fejn l-ispezzjoni tal-laħam tista’ tiġi riveduta”. Huwa jikkonkludi li diġà hemm għadd ta’ sistemi ta’ produzzjoni fl-Istati Membri fejn il-kriterji għall-applikazzjoni ta’ sistema simplifikata ta’ spezzjoni ta’ laħam qed jintlaħqu. |
(8) |
Fl-14 u l-15 ta’ April 2003, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Miżuri Veterinarji relatati mas-Saħħa Pubblika adotta opinjoni dwar “Ir-reviżjoni ta’ l-ispezzjoni ta’ laħam fl-għoġiela tal-vitella”, li tgħid li l-ispezzjoni viżwali ta’ għoġiela tal-vitella mrobbija f’sistemi integrati hija biżżejjed għall-ispezzjoni ta’ rutina, iżda li sakemm ma tkunx inqerdet it-tuberkolożi ta’ l-ifrat, is-sorveljanza għat-tuberkolożi ta’ l-ifrat għandha titkompla fl-annimali bovini kemm fl-azjendi kif ukoll fil-biċċeriji. |
(9) |
Fis-26 ta’ Novembru 2003, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni dwar “It-tuberkolożi fl-annimali ta’ l-ifrat: ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-istrateġiji ta’ kontroll”, li tikkonkludi li eżaminazzjoni effiċjenti fl-awtopsja tan-nodi linfatiċi speċifiċi u tal-pulmuni tirrappreżenta element importanti fil-programmi nazzjonali ta’ qirda tat-tuberkolożi ta’ l-ifrat, barra li dawn huma parti integrali tal-programmi ta’ spezzjonijiet veterinarji ta’ laħam immirati lejn il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. |
(10) |
Fl-1 ta’ Diċembru 2004, l-EFSA adottat opinjoni dwar “Reviżjoni ta’ l-ispezzjoni ta’ laħam għaċ-ċanga mrobbija f’sistemi ta’ produzzjoni integrata”, li tgħid li l-inċizjoni tan-nodi linfatiċi għandha tkompli bħala parti minn sistema ta’ spezzjoni riveduta waqt l-awtopsja fir-rigward ta’ laħam biex ikunu jistgħu jinstabu l-leżjonijiet tat-tuberkolożi. |
(11) |
Fit-18 ta’ Mejju 2006, l-EFSA adottat opinjoni dwar “Evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali assoċjati ma’ l-adozzjoni ta’ sistema ta’ spezzjoni viżwali fl-għoġiela tal-vitella mrobbija fi Stat Membru (jew parti minn Stat Membru) meqjus bħala ħieles mit-tuberkolożi ta’ l-ifrat.” Din tgħid li fil-każ ta’ għoġiela tal-vitella mrobbija f’unitajiet ta’ produzzjoni integrati u f’merħliet ħielsa uffiċjalment mit-tuberkolożi ta’ l-ifrat, l-ispezzjoni waqt l-awtopsja tista’ tiġi ristretta għall-osservazzjoni u l-palpazzjoni tan-nodi linfatiċi. |
(12) |
Fit-22 ta’ April 2004, l-EFSA adottat opinjoni dwar “Proċeduri ta’ spezzjoni ta’ laħam għall-ħrief u l-gidien”. Din tgħid li kundizzjonijiet patoloġiċi importanti osservati dwar spezzjonijiet ta’ laħam tal-ħrief u l-gidien jistgħu jkunu djanjostikati permezz ta’ spezzjoni viżwali, u għalhekk jipprevjenu l-kontaminazzjoni minn post għall-ieħor minħabba f’inqas manipulazzjoni. |
(13) |
Fis-27 u t-28 ta’ Settembru 2000, il-Kumitat Xjentifiku dwar Miżuri Veterinarji relatati mas-Saħħa Pubblika adotta opinjoni dwar “Il-kontroll ta’ taeniosis/cysticercosis fil-bniedem u fl-annimali”. Din tispeċifika l-prerekwiżiti meħtieġa biex jiżguraw kundizzjonijiet ħielsa mis-cysticercosis. |
(14) |
Fis-26 u s-27 ta’ Jannar 2005, l-EFSA adottat opinjoni dwar “L-evalwazzjoni tar-riskju ta’ spezzjoni riveduta ta’ annimali għall-qatla f’żoni bi prevalenza baxxa ta’ Cysticercus”. Din tenfasizza l-ħtieġa li tevalwa r-riskju preżenti fis-sistemi ta’ produzzjoni differenti ta’ l-għoġiela. Tista’ titwettaq spezzjoni simplifikata waqt l-awtopsja għall-għoġiela li ġejjin minn sistemi ta’ produzzjoni integrati li qabel kienu ġew evalwati li huma ta’ riskju minimu. |
(15) |
Imsejsa fuq dawn l-opinjonijiet xjentifiċi għandhom jiġu stipulati l-kundizzjonijiet għal proċedura ta’ spezzjoni simplifikata iżda bbażata fuq ir-riskju fir-rigward ta’ l-annimali li jixtarru. |
(16) |
Id-disponibilità ta’ tagħrif dwar il-katina ta’ l-ikel 24 siegħa qabel il-qatla għandha tkun prerekwiżit qabel issir spezzjoni fuq il-laħam ibbażata fuq ir-riskju mingħajr l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ inċiżjoni. Għalhekk, kull meta tiġi applikata proċedura simplifikata ta’ spezzoni ta’ laħam, l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel m’għandux ikun jista’ jibbenefika mill-arranġamenti tranżitorji stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-arranġamenti trażitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) No 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (5). |
(17) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 jistabbilixxi l-metodi analitiċi għas-sejba tal-kontenut tal-velenu amnesiku fil-frott tal-baħar (amnesic shellfish poison (ASP)) fil-partijiet tal-molluski li jittieklu. Il-Metodu 2006.02 ASP ELISA, kif ippubblikat fil-Ġurnal AOAC ta’ Ġunju 2006, għandu jitqies bħala metodu ta’ screening alternattiv għall-metodu kromatografiku likwidu ta’ rendiment għoli (high-performance liquid chromatography (HPLC)) għas-sejba ta’ l-ASP fil-molluski bivalvi. Il-metodu ELISA għandu l-vantaġġ li jista’ jeżamina għadd kbir ta’ kampjuni b’mod relattivament ekonomiku. |
(18) |
Il-Parti D tal-Kapitolu IX tat-Taqsima IV ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tistipula li, fejn xieraq, is-solipedi għandhom jiġu eżaminati għal glanders. Eżaminazzjoni dettaljata ta’ l-awtopsja għal glanders għandha tkun obbligatorja għal dawk is-solipedi jew għal-laħam li ġej minnhom li joriġina minn pajjiżi li mhumiex ħielsa minn din il-marda. |
(19) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(20) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 hu emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu li ġej qiegħed jiddaħħal: “Artikolu 6 b Rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-kontrolli uffiċjali għall-ispezzjoni ta’ laħam għall-fini tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 Ir-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-kontrolli uffiċjali għall-ispezzjoni ta’ laħam huma stipulati fl-Anness VI b.” |
(2) |
Il-Kapitolu II ta’ l-Anness III huwa emendat skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
It-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament qiegħed jiddaħħal bħala l-Anness VI b. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206; kif ikkoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; kif ikkoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.
(3) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; kif ikkoreġut bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.
(4) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1664/2006 (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 13).
(5) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 479/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 46).
ANNESS I
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005, il-Kapitolu II qiegħed jinbidel b’dan li ġej:
“KAPITOLU II
METODU GĦAS-SEJBA TA’ VELENU AMNESIKU FIL-FROTT TAL-BAĦAR (ASP)
Il-kontenut totali ta’ velenu amnesiku fil-frott tal-baħar (ASP) fil-partijiet ta’ molluski li jittieklu (il-ġisem kollu jew kwalunkwe parti separata) għandu jinstab permezz ta’ l-użu tal-metodu kromatografiku likwidu ta’ rendiment għoli (HPLC) jew kwalunkwe metodu ieħor internazzjonali rikonoxxut.
Madankollu, għall-finijiet ta’ screening, jista’ jintuża wkoll il-metodu 2006.02 ASP ELISA kif ippubblikat fil-Ġurnal AOAC ta’ Ġunju 2006 għas-sejba tal-kontenut totali ta’ ASP fil-partijiet tal-molluski li jittieklu.
Jekk ir-riżultati jiġu kkontestati, il-metodu ta’ riferiment għandu jkun il-metodu HPLC.”
ANNESS II
L-ANNESS VI b
REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FL-ISPEZZJONI TA’ LAĦAM
1. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
‘kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ akkomodazzjoni u sistemi integrati ta’ produzzjoni’ tfisser tip ta’ biedja ta’ l-annimali fejn l-annimali jinżammu taħt kundizzjonijiet li huma konformi mal-kriterji stipulati fl-Appendiċi; |
(b) |
‘annimal żgħir bovin’ tfisser annimal żgħir ta’ kwalunkwe sess, li m’għandux aktar minn 8 xhur; |
(c) |
‘annimal żgħir ovin’ tfisser annimal ovin ta’ kwalunkwe sess, li m’għandu l-ebda inċiżur permanenti ħiereġ mill-ħanek u li m’għandux aktar minn 12-il xahar; |
(d) |
‘annimal żgħir kaprin’ tfisser annimal kaprin ta’ kwalunkwe sess, li m’għandux aktar minn 6 xhur; |
(e) |
‘merħla’ tfisser annimal jew grupp ta’ annimali miżmuma f’impriża bħala unità epidemjoloġika; jekk iktar minn merħla waħda tkun miżmuma fuq waħda mill-impriżi, kull waħda minn dawn il-merħliet għandha tifforma unità epidemjoloġika distinta; |
(f) |
‘impriża’ tfisser kull stabbiliment, kostruzzjoni jew, fil-każ ta’ razzett fil-miftuħ, kull post li jinsab ġewwa t-territorju ta’ l-istess Stat Membru, li fih jinżammu, jitrabbew jew jitqandlu l-bhejjem; |
(g) |
‘stabbiliment li jwettaq qtil mhux kontinwu jew attivitajiet mhux kontinwi ta’ trattament tat-tjur’ tfisser biċċerija jew stabbiliment li jittratta t-tjur magħżul/a mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ riskju, li fih/a, b’mod partikolari, il-qtil jew l-attivitajiet ta’ trattament tat-tjur ma jsiru la waqt il-jum kollu kemm hu ta’ xogħol u lanqas waqt jiem sussegwenti ta’ xogħol matul il-ġimgħa. |
2. Spezzjonijiet ta’ awtopsja fi stabbilimenti li jwettqu qtil mhux kontinwu jew attivitajiet mhux kontinwi ta’ trattament tat-tjur.
(a) Skond il-punt 2(b) tal-Kapitolu II tat-Taqsima III ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li l-veterinarju uffiċjali jista’ ma jkunx preżenti l-ħin kollu tul l-ispezzjoni ta’ l-awtopsja, sakemm jitħarsu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) |
l-istabbiliment ikkonċernat huwa stabbiliment li jwettaq qtil mhux kontinwu jew attivitajiet mhux kontinwi ta’ trattament tat-tjur u li għandu biżżejjed faċilitajiet biex jaħżen il-laħam b’anormalitajiet sakemm tkun tista’ ssir spezzjoni finali ta’ l-awtopsja mill-veterinarju uffiċjali; |
(ii) |
awżiljarju uffiċjali jwettaq l-attivitajiet ta’ spezzjoni waqt l-awtopsja; |
(iii) |
il-veterinarju uffiċjali huwa preżenti fl-istabbiliment mill-inqas darba kuljum waqt l-attivitajiet tal-qatla jew wara li dawn ikunu diġà twettqu; |
(iv) |
l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet proċedura biex tevalwa fuq bażi regolari ir-rendiment ta’ l-awżiljarji uffiċjali f’dawn l-istabbilimenti, inklużi:
|
(b) L-analiżi tar-riskju mwettqa mill-awtorità kompetenti kif imsemmi fil-punt 1(g) biex jiġu identifikati l-istabbilimenti li jistgħu jibbenefikaw mid-deroga stipulata fil-punt 2(a) għandha tikkunsidra mill-inqas wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:
(i) |
l-għadd ta’ annimali maqtula jew ittrattati kull siegħa jew kuljum; |
(ii) |
l-ispeċi u l-klassi ta’ annimali maqtula jew ittrattati; |
(iii) |
il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ l-istabbiliment; |
(iv) |
it-twettiq ta’ l-attivitajiet ta’ qatla jew trattament fil-passat; |
(v) |
l-effettività ta’ miżuri addizzjonali fil-katina ta’ l-ikel għax-xiri ta’ annimali għall-qatla li jittieħdu biex tiġi ggarantita s-sikurezza fl-ikel; |
(vi) |
l-effettività tas-sistema msejsa fuq l-HACCP; |
(vii) |
ir-rekords ta’ verifika; |
(viii) |
ir-rekords storiċi ta’ l-awtorità kompetenti ta’ spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem. |
3. Rekwiżiti għal spezzjoni msejsa fuq ir-riskju ta’ laħam, mingħajr inċiżjonijiet.
(a) Skond il-punt 2 tal-Parti B tal-Kapitolu IV tat-Taqsima IV ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, l-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-proċeduri ta’ spezzjonijiet ta’ l-awtopsja ta’ ħnieżer għat-tismin għal spezzjoni viżwali, sakemm jitħarsu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) |
l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel irid jiżgura li l-annimali jinżammu taħt kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ abitazzjoni u sistemi ta’ produzzjoni integrati kif stipulat fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness; |
(ii) |
l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel m’għandux jibbenefika mill-arranġamenti transitorji fir-rigward tat-tagħrif tal-katina ta’ l-ikel kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005; |
(iii) |
l-awtorità kompetenti għandha timplimenta jew tordna l-implimentazzjoni ta’ sorveljanza seroloġika u/jew mikrobijoloġika regolari ta’ għadd magħżul ta’ annimali msejsa fuq analiżi ta’ riskju fir-rigward ta’ sogru eżistenti fejn tidħol is-sikurezza ta’ l-ikel f’annimali ħajjin u li hija rilevanti f’livell ta’ azjenda. |
(b) Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti speċifiċi tal-Kapitoli I u II tat-Taqsima IV ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, il-proċeduri ta’ spezzjoni ta’ annimali bovini, ovini u kaprini żgħar jistgħu jitnaqqsu għal spezzjoni viżwali b’palpazzjoni limitata, sakemm jitħarsu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) |
l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel irid jiżgura li l-annimali jinżammu taħt kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ abitazzjoni u sistemi ta’ produzzjoni integrati kif stipulat fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness; |
(ii) |
l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel irid jiżgura li l-annimali żgħar bovini jitrabbew f’merħla uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi ta’ l-ifrat; |
(iii) |
l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel m’għandux jibbenefika mill-arranġamenti transitorji fir-rigward tat-tagħrif tal-katina ta’ l-ikel kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005; |
(iv) |
l-awtorità kompetenti għandha timplimenta jew tordna l-implimentazzjoni ta’ sorveljanza seroloġika u/jew mikrobijoloġika regolari ta’ għadd magħżul ta’ annimali msejsa fuq analiżi ta’ riskju fir-rigward ta’ sogru eżistenti fejn tidħol is-sikurezza ta’ l-ikel f’annimali ħajjin u li hija rilevanti f’livell ta’ azjenda; |
(v) |
spezzjoni ta’ l-awtopsja ta’ annimali bovini żgħar għandha tinkludi f’kull ħin il-palpazzjoni tan-nodi linfatiċi retrofarinġali, tal-bronki u medjastinali. |
(c) Fil-każ li tinstab xi anormalità, il-karkassi u l-ġewwieni għandhom ikunu suġġetti għal spezzjoni sħiħa ta’ awtopsja kif stipulat fil-Kapitoli I u II tat-Taqsima IV ta’ l-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004. Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi fuq il-bazi ta’ analiżi ta’ riskju li laħam b’ċerti anormalitajiet żgħar kif definit mill-awtoritajiet kompetenti, li m’huma ta’ ebda riskju għas-saħħa ta’ l-annimali jew tal-bniedem, m’għandux għalfejn ikun suġġett għal spezzjoni sħiħa ta’ awtopsja.
(d) Annimali bovini, ovini u kaprini żgħar u ħnieżer miftuma li ma jmorrux direttament mill-azjenda fejn twieldu ġo biċċerija jistgħu jitpoġġew f’azjenda oħra darba biss (għat-trobbija jew għat-tismin) qabel ma jintbagħtu f’biċċerija. F’każi bħal dawn:
(i) |
ċentri regolatorji ta’ assemblaġġ jistgħu jintużaw għal annimali żgħar bovini, ovini jew kaprini bejn l-azjenda ta’ l-oriġini u l-azjenda ta’ trobbija jew ta’ tismin, kif ukoll bejn dawn l-azjendi u l-biċċerija; |
(ii) |
it-traċċabilità għandha tiġi żgurata f’livell ta’ l-annimal individwali jew f’dak ta’ grupp ta’ annimali. |
4. Rekwiżit addizzjonali għall-eżaminazzjoni ta’ l-awtopsja fis-solipedi.
(a) Laħam frisk ġej minn solipedi mrobbija f’pajjiżi li mhumiex ħielsa mill-marda tal-glanders skond l-Artikolu 2.5.8.2. tat-Terrestrial Animal Health Code ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali m’għandux jitpoġġa fuq is-suq, sakemm laħam bħal dan ma jkunx ġej mis-solipedi li jkunu ġew eżaminati għall-glanders skond il-punt D tal-Kapitolu IX tat-Taqsima IV ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.
(b) Laħam frisk mis-solipedi li ġie djanjostikat bil-glanders għandu jiġi ddikjarat bħala mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem kif stipulat fil-punt D tal-Kapitolu IX tat-Taqsima IV ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.
Appendiċi għall-Anness VI b
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ‘kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ akkomodazzjoni u sistemi integrati ta’ produzzjoni’ tfisser li l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel għandu jikkonforma mal-kriterji stipulati hawn taħt:
(a) |
l-għalf kollu għandu jkun inkiseb minn faċilità li tipprovdi l-għalf skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); meta fibra jew prodotti tar-rabà jingħataw lill-annimali bħala għalf, dawn għandhom jiġu ttrattati kif xieraq, u fejn possibbli, fil-forma mnixxfa u/jew irrumblati; |
(b) |
safejn ikun possibbli għandha tiġi applikata sistema all-in/all-out. Fejn l-annimali jiddaħħlu ġo merħla, dawn għandhom jinżammu iżolati skond kemm meħtieġ mis-servizzi veterinarji biex tiġi evitata l-okkorrenza ta’ mard; |
(c) |
l-ebda annimal m’għandu jkollu aċċess għall-faċilitajiet ta’ barra sakemm l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel ma jkunx jista’ juri permezz ta’ analiżi ta’ riskju għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li l-perjodu ta’ żmien, il-faċilitajiet u ċ-ċirkostanzi tal-faċilitajiet ta’ barra ma jservux ta’ perikolu biex jintroduċu l-mard fil-merħla; |
(d) |
għandu jkun disponibbli tagħrif li jikkonċerna l-annimali mit-twelid sal-qatla u dwar il-kundizzjonijiet ta’ kif jiġu ttrattati kif stipulat fit-Taqsima III ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(e) |
jekk jiġu pprovduti faċilitajiet għall-irqad lill-annimali, il-preżenza ta’ mard għandha tiġi evitata permezz ta’ trattament xieraq għall-materjal użat f’dawn il-faċilitajiet; |
(f) |
il-persunal fl-azjendi għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ iġjene stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004; |
(g) |
għandhom jiġu stipulati proċeduri li jikkontrollaw l-aċċess għall-post fejn jinżammu l-annimali; |
(h) |
l-istabbiliment m’għandux jipprovdi faċilitajiet għat-turisti jew għall-kampeġġ sakemm l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel ma jkunx jista’ juri permezz ta’ analiżi tar-riskju għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li l-faċilitajiet huma separati kif meħtieġ mill-unitajiet ta’ trobbija ta’ l-annimali u li l-kuntatt dirett u indirett bejn il-bnedmin u l-annimali mhuwiex possibbli; |
(i) |
l-annimali m’għandux ikollhom aċċess għal munzelli ta’ skart jew għal skart ġej mid-djar; |
(j) |
għandu jkun hemm pjan ta’ kontroll u ta’ ġestjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara; |
(k) |
l-għalf m’għandux jintuża sakemm l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel ma jurix permezz ta’ analiżi ta’ riskju għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li l-għalf ma jista’ jittrażmetti l-ebda riskju lill-annimali; |
(l) |
l-iskart u s-sediment minn pjanti tat-trattament tad-drenaġġ m’għandhomx jintremew f’żoni aċċessibbli għall-annimali jew jintużaw bħala fertilizzanti fil-mergħat biex jikbru l-ħxejjex, li jintużaw biex jagħlfu l-annimali, sakemm dawn ma jiġux ittrattati kif xieraq u ma jissoddisfawx lill-awtorità kompetenti. |