This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1241
Commission Regulation (EC) No 1241/2007 of 24 October 2007 amending Regulation (EC) No 1555/96 as regards the trigger levels for additional duties on cucumbers, artichokes, clementines, mandarins and oranges
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1241/2007 ta’ l- 24 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1555/96 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali tal-ћjar, tal-qaqoċċ, tal-klementina, tal-mandolina u tal-larinġ
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1241/2007 ta’ l- 24 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1555/96 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali tal-ћjar, tal-qaqoċċ, tal-klementina, tal-mandolina u tal-larinġ
ĠU L 281, 25.10.2007, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1580
25.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 281/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1241/2007
ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1555/96 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali tal-ћjar, tal-qaqoċċ, tal-klementina, tal-mandolina u tal-larinġ
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 33(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1555/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 dwar ir-regoli ta’ applikazzjoni għal dazji addizzjonali ta’ importazzjoni fuq frott u ħxejjex (2) jipprevedi sorveljanza ta’ l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3). |
(2) |
Għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar il-Biedja (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta’ l-Uruguay Round, u abbażi ta’ l-aħħar dejta disponibbli għall-2004, 2005 u 2006, jeħtieġ li jiġu emendati l-limiti li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali tal-ћjar, tal-qaqoċċ, tal-klementina, tal-mandolina u tal-larinġ. |
(3) |
Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1555/96 għandu jiġi emendat. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-frott u l-ħaxix frisk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1555/96 huwa sostitwit bit-test ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).
(2) ĠU L 193, 3.8.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1118/2007 (ĠU L 253, 28.9.2007, p. 21).
(3) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).
(4) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
ANNESS
“ANNESS
Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa biss bħala indikattiva. L-ambitu ta’ l-applikazzjoni tad-dazji addizzjonali hija stabbilita fil-qafas ta’ dan l-Anness, abbażi tal-kodiċijiet NM fis-seħħ fil-mument ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Numru tas-serje |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Perjodu ta’ applikazzjoni |
Limiti li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali (f'tunnellati) |
||
78.0015 |
0702 00 00 |
Tadam |
|
325 606 |
||
78.0020 |
|
25 103 |
||||
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
|
101 736 |
||
78.0075 |
|
61 547 |
||||
78.0085 |
0709 90 80 |
Qaqoċċ |
|
19 799 |
||
78.0100 |
0709 90 70 |
Zukkini (qara' bagħli żgħir) |
|
37 250 |
||
78.0110 |
0805 10 20 |
Larinġ |
|
454 253 |
||
78.0120 |
0805 20 10 |
Klementina |
|
606 155 |
||
78.0130 |
0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90 |
Mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru |
|
104 626 |
||
78.0155 |
0805 50 10 |
Lumi |
|
326 811 |
||
78.0160 |
|
61 504 |
||||
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
|
70 731 |
||
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
|
882 977 |
||
78.0180 |
|
78 670 |
||||
78.0220 |
0808 20 50 |
Lanġas |
|
239 427 |
||
78.0235 |
|
35 716 |
||||
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
|
14 163 |
||
78.0265 |
0809 20 95 |
Ċirasa, għajr għaċ-ċirasa qarsa |
|
114 530 |
||
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż nuċiprisk |
|
11 980 |
||
78.0280 |
0809 40 05 |
Għanbaqar |
|
5 806 ” |