This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1232
Commission Regulation (EC) No 1232/2007 of 22 October 2007 derogating from Regulations (EC) No 2058/96, (EC) No 1964/2006 and (EC) No 1002/2007 as regards the dates for the lodging of applications for import licences and the issuing of such licences in December 2007 under tariff quotas in the rice sector
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1232/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 1964/2006 u (KE) Nru 1002/2007 f'dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet u tal-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni f’Diċembru 2007 fil-qafas tal-kwoti tarriffarji fis-settur tar-ross
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1232/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 1964/2006 u (KE) Nru 1002/2007 f'dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet u tal-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni f’Diċembru 2007 fil-qafas tal-kwoti tarriffarji fis-settur tar-ross
ĠU L 279, 23.10.2007, pp. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
23.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 279/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1232/2007
tat-22 ta’ Ottubru 2007
li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 1964/2006 u (KE) Nru 1002/2007 f'dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet u tal-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni f’Diċembru 2007 fil-qafas tal-kwoti tarriffarji fis-settur tar-ross
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2058/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta’ kwota ta’ tariffa għal ross miksur (broken rice) ta’ kodiċi NK 1006 40 00 għal produzzjoni ta’ tħejjijiet ta’ l-ikel ta’ kodiċi NM 1901 10 (3), jipprevedi dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni tar-ross miksur fil-qafas tal-kwota 09.4079. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jipprevedi l-ftuħ u t-tmexxija ta’ kwota ta’ l-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladexx, bl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 (4) dwar id-dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet u l-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladexx fil-qafas tal-kwota 09.4517. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2007 tad-29 ta’ Awwissu 2007 li jipprevedi l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 dwar l-importazzjoni lejn il-Komunità, tar-ross li joriġina u li ġej mill-Eġittu (5) dwar id-dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet u l-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni tar-ross fil-qafas tal-kwota 09.4094. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-btajjel għas-sena 2007, jeħtieġ li tingħata deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 1964/2006 u (KE) Nru 1002/2007 f'dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-ħruġ ta’ dawn il-liċenzji, biex ikun jista' jiġi żgurat ir-rispett tal-volumi tal-kwoti kkonċernati. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B'deroga mill-Artikolu 2(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 2058/96, għas-sena 2007, ma jistgħux jitressqu applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni tar-ross mitħun fil-qafas tal-kwota 09.4079 wara s-13h, ħin ta’ Brussell, tas-17 ta’ Diċembru 2007.
2. B'deroga mill-Artikolu 4(3), tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2007, ma jistgħux jitressqu applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladexx fil-qafas tal-kwota 09.4517 wara s-13h, ħin ta’ Brussell tas-17 ta’ Diċembru 2007.
3. B'deroga mill-Artikolu 2(3), tar-Regolament (KE) Nru 1002/2007, għas-sena 2007, ma jistgħux jitressqu applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu fil-qafas tal-kwota 09.4094 wara s-13h, ħin ta’ Brussell ta’ l-14 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.
(2) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).
(3) ĠU L 276, 29.10.1996, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2019/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 48).
(4) ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19. Il-verżjoni korreġuta fil-ĠU L 47, 16.2.2007, p. 15.