Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1164

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1164/2007 ta’ l- 4 ta’ Ottubru 2007 li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Holsteiner Karpfen (IĠP))

ĠU L 260, 5.10.2007, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1164/oj

5.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 260/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1164/2007

ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007

li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Holsteiner Karpfen (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) ta’ l-imsemmi Regolament, l-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Holsteiner Karpfen”, ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ġiet innotifikata dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni. Billi din id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni ġiet sussegwentement irtirata, id-denominazzjoni għandha għaldaqstant tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)   ĠU C 306, 15.12.2006, p. 9.


ANNESS

1. Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.7

Ħut, molluski, krostaċji friski u prodotti magħmulin minnhom

IL-ĠERMANJA

Holsteiner Karpfen (IĠP)


Top