EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1153

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1153/2007 tas- 26 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2597/97 li jiddetta regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb

ĠU L 258, 4.10.2007, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R1234

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1153/oj

4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/6


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1153/2007

tas-26 ta’ Settembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2597/97 li jiddetta regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 (2) jistabbilixxi l-prodotti li għandhom ikunu kkunsidrati bħala ħalib tax-xorb, b’mod partikolari rigward il-kontenut tagħhom ta’ xaħam.

(2)

Sabiex tkun iffaċilitata l-bidla minn regoli nazzjonali eżistenti qabel l-adeżjoni għal regoli Komunitarji, ġew adottati diversi derogi transizzjonali fl-okkażjoni ta’ adeżjonijiet reċenti.

(3)

B’kont meħud tad-diversi drawwiet tal-konsumaturi fi Stati Membri differenti kif ukoll id-derogi li qed jiskadu jidher xieraq li tkun permessa l-kummerċjalizzazzjoni, bħala ħalib tax-xorb, ta’ prodotti b’kontenut ta’ xaħam differenti mit-tliet kategoriji eżistenti.

(4)

Sabiex ikun hemm kjarezza għall-konsumaturi, tali ħalib madankollu m’għandux jissejjaħ ħalib sħiħ, ħalib nofsu xkumat jew ħalib xkumat iżda l-persentaġġ tal-kontenut tiegħu ta’ xaħam għandu jkun indikat b’mod ċar fuq l-imballaġġ.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2597/97 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2597/97 huwa miżjud it-tieni subparagrafu li ġej:

“Ħalib ittrattat bis-sħana li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti ta’ kontenut ta’ xaħam stabbiliti fil-punti (b), (ċ) u (d) ta’ l-ewwel subparagrafu għandu jkun ikkunsidrat ħalib tax-xorb sakemm il-kontenut ta’ xaħam ikun indikat b’mod ċar b’deċimali waħda u jinqara b’mod faċli fuq l-imballaġġ f’forma ta’ ‘… % xaħam’. Tali ħalib m’għandux jiġi deskritt bħala ħalib sħiħ, ħalib nofsu xkumat jew ħalib xkumat.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  Opinjoni tal-5 ta’ Settembru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 351, 23.12.1997, p. 13. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1602/1999 (ĠU L 189, 22.7.1999, p. 43).


Top