This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1152
Council Regulation (EC) No 1152/2007 of 26 September 2007 amending Regulation (EC) No 1255/1999 on the common organisation of the market in milk and milk products
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 tas- 26 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 tas- 26 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib
ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R1234
4.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 258/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1152/2007
tas-26 ta’ Settembru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 (2) jistabbilixxi r-rekwiżit minimu għall-kontenut ta’ proteina fit-trab tal-ħalib xkumat miġjub għall-intervent f’35,6 % ta’ l-estratt niexef mhux xaħmi. Wara li fil-Komunità ġiet permessa standardizzazzjoni għal 34 % ta’ ċertu ħalib ippriservat disidratat, huwa xieraq għall-ġestjoni tajba ta’ ħażniet ta’ intervent li jkun previst li l-kwalità ta’ intervent tkun fissa f’dak il-livell. Il-prezz ta’ intervent tat-trab tal-ħalib xkumat, stabbilit fl-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament għandu jkun emendat biex jieħu kont ta’ l-istandard ġdid għall-kontenut ta’ proteina. |
(2) |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprevedi għax-xiri ta’ butir mill-aġenziji ta’ intervent meta l-prezzijiet tas-suq tal-butir matul ġimagħtejn huma anqas minn 92 % tal-prezzijiet ta’ intervent. It-tħaddim ta’ tali arranġament huwa ta’ piż amministrattiv. Fid-dawl ta’ l-emendi l-aktar reċenti tas-sistema ta’ intervent u bil-għan li tkun issimplifikata dik is-sistema, l-arranġament ta’ skattament għandu jitneħħa. |
(3) |
L-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 jipprevedi li l-għajnuna għall-ħżin privat ta’ butir tista’ tingħata biss għal butir ikklassifikat skond il-gradi ta’ kwalità nazzjonali. L-applikazzjoni ta’ gradi differenti ta’ kwalità fl-Istati Membri twassal għal trattament differenti rigward l-għajnuna. Sabiex ikun pprovdut trattament ugwali u tkun issimplifikata l-amministrazzjoni għall-għajnuna għall-ħżin privat, il-kriterji nazzjonali ta’ kwalità għandhom jinbidlu bi kriterji Komunitarji użati għal appoġġ ieħor għas-suq. |
(4) |
Skond l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, l-għajnuna għall-ħżin privat ta’ krema għandha tingħata bħala miżura ta’ appoġġ għas-suq. Bl-istess mod, skond l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament tista’ tingħata għajnuna għall-ħżin privat ta’ trab tal-ħalib xkumat. Fil-prattika, dawn iż-żewġ miżuri ta’ appoġġ ilhom inattivi għal żmien twil, anki meta kien hemm żbilanċ serju tas-swieq tax-xaħam tal-ħalib u tal-proteini tal-ħalib. Għalhekk huma jistgħu jitqiesu obsoleti u għandhom jitneħħew. |
(5) |
L-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprevedi għall-possibbiltà li l-forzi militari jixtru butir bi prezzijiet imnaqqsa. Madankollu, dik id-dispożizzjoni ilha ma tkun applikata mill-1989 u tali skema ta’ appoġġ hija meqjusa mhux neċessarja. |
(6) |
L-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jistabbilixxi l-livell ta’ għajnuna għall-ħalib mogħti lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi u jipprevedi għall-adattament tal-livell ta’ għajnuna għal prodotti eliġibbli oħrajn. Bil-ħsieb li tkun issimplifikata l-iskema tal-ħalib fl-iskejjel, fil-waqt li twieġeb għat-tendenzi nutrittivi u tas-saħħa tal-lum, għandha tkun stabbilita għajnuna b’rata fissa għall-kategoriji kollha tal-ħalib. |
(7) |
L-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprevedi għall-użu obbligatorju ta’ liċenzja ta’ importazzjoni għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tiegħu. Issa huma disponibbli sistemi oħra ta’ monitoraġġ diversi mis-sistema ta’ liċenzjar li jipprovdu informazzjoni aktar preċiża, aġġornata u trasparenti. Fejn xieraq, tali sistemi għandhom ikunu applikati ugwalment għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-ħalib. Għaldaqstant it-talba għal liċenzja ta’ importazzjoni m’għandhiex tkun obbligatorja, filwaqt li l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tintroduċi sistema ta’ liċenzjar meta meħtieġ. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt (b) ta’ l-Artikolu 4(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
Il-punt (a) ta’ l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
(5) |
Il-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(1) għandu jitħassar. |
(6) |
L-Artikolu 14(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “3. L-għajnuna Komunitarja għandha tkun:
L-ammonti ta’ għajnuna għal prodotti tal-ħalib eliġibbli oħrajn għandhom jiġu stabbiliti b’kont meħud tal-komponenti tal-ħalib tal-prodott konċernat.” |
(7) |
L-Artikolu 26 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008. Madankollu, il-punti 1 u 3 ta’ l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Settembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007
Għall-Kunsill
Il-President
J. SILVA
(1) Opinjoni tal-5 ta’ Settembru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).