EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1144

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1144/2007 ta’ l- 1 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità stabbiliti taħt il-GATT għal ċerti frott u ħxejjex u frott ipproċessat u prodotti veġetali mill-1996

ĠU L 256, 2.10.2007, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R1987 Ara Art. 4

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1144/oj

2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1144/2007

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità stabbiliti taħt il-GATT għal ċerti frott u ħxejjex u frott ipproċessat u prodotti veġetali mill-1996

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 34(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim f'forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Arġentina skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 (2), li kien approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/930/KE (3), jipprovdi għal żieda fil-kwota tariffarja tal-GATT għat-tuffieħ.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/96 tat-23 ta’ Settembru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Kommunità stabbiliti taħt il-GATT għal ċerti frott u ħxejjex u frott ipproċessat u prodotti veġetali mill-1996 (4) għandu jiġi emendat skond dan.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix Frisk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1831/96, il-volum tal-kwota (f'tunnellati) għan-Numru tas-Serje 09.0061 għat-Tuffieħ, frisk, għajr it-tuffieħ tas-sidru, għandu jinbidel b' “696”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Mariann FISCHER BOEL


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 92.

(3)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 91.

(4)  ĠU L 243, 24.9.1996, p. 5 Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 973/2006 (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 63).


Top