EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1142

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2007 ta’ l- 1 ta’ Ottubru 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal 3-phytase (Natuphos) bħala addittiv fl-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 256, 2.10.2007, p. 20–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/02/2020; Imħassar b' 32020R0172

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1142/oj

2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1142/2007

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal 3-phytase (Natuphos) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u l-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għall-preparazzjoni ta’ l-enżima 3-phytase (Natuphos 5 000, Natuphos 5 000 G, Natuphos 5 000 L, Natuphos 10 000 G u Natuphos 10 000 L) prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 101 672) għat-tiġieġ li jbidu u għa d-dundjani tas-summa li għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żutekniċi”.

(4)

L-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi kien awtorizzat għal ħnienes li nfatmu, ħnieżer tas-summa u tiġieġ tas-summa mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 243/2007 (2).

(5)

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tas-17 ta’ April 2007 li l-preparazzjoni ta’ enżimi 3-phytase (Natuphos 5 000, Natuphos 5 000 G, Natuphos 5 000 L, Natuphos 10 000 G u Natuphos 10 000 L) prodott mill-Aspergillus niger (CBS 101 672) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent (3). Hija kkonkludiet ukoll li dik il-preparazzjoni ma tippreżenta l-ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. Skond dik l-opinjoni, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ma għandux effett negattiv fuq dawn il-kategoriji addizzjonali ta’ annimali. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sigurtà ta’ min jużaha. Hija ma tikkunsidrax li hemm il-bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittiv ta’ l-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfaċenti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żutekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 73, 13.3.2007, p. 4.

(3)  L-opinjoni tal-Panel Xjentifku dwar Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effikaċja tal-preparazzjoni ta’ l-enżimi Natuphos (3-phytase) prodotta mill-Aspergillus niger għat-tiġieġ li jbidu u d-dundjani għat-tismin, adottata fis-17 ta’ April 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 472, 1-4.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà.

4a1600

BASF Aktiengesellschaft

3-phytase EC 3.1.3.8

(Natuphos 5 000 Natuphos 5 000 G Natuphos 5 000 L Natuphos 10 000 G Natuphos 10 000 L)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

3-phytase prodott minn Aspergillus niger (CBS 101 672) li għandu attività minima ta’:

Forma solida: 5 000 FTU (1)/g

Forma likwida: 5 000 FTU/ml

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

3-phytase prodott minn Aspergillus niger (CBS 101 672)

 

Metodu analitiku (2)

Metodu kolorimetriku li jkejjel il-fosfati inorganiċi rilaxxati mill-enżima mill-phytate substrate.

Tiġieġ li jbidu

250 FTU

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ: 300-400 FTU.

3.

Għall-użu f’għalf li fih aktar minn 0,23 % ta’ fosfru li huwa phytin bound.

22.10.2017

Dundjani għat-tismin

 

250 FTU

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ: 500 FTU.

3.

Għall-użu f’għalf li fih aktar minn 0,23 % ta’ fosfru li huwa phytin bound.


(1)  1 FTU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f’pH ta’ 5.5 u 37 °C.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli f’dan l-indirizz elettroniku tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


Top