Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1135

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1135/2007 ta’ l- 10 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata tal-konverżjoni għall-euro għal Ċipru

    ĠU L 256, 2.10.2007, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1135/oj

    2.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 256/2


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1135/2007

    ta’ l-10 ta’ Lulju 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata tal-konverżjoni għall-euro għal Ċipru

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 123(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2866/98 tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-rati ta’ konverżjoni bejn l-euro u l-muniti ta’ l-Istati Membri li jadottaw l-euro (2) jiddetermina r-rati ta’ konverżjoni mill-1 ta’ Jannar 1999.

    (2)

    Skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, Ċipru huwa Stat Membru b’deroga kif definit fl-Artikolu 122 tat-Trattat.

    (3)

    Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 bi qbil ma’ l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Ċipru tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2008 (3), Ċipru jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-munita unika u d-deroga favur Ċipru għandha tiġi revokata mill-1 ta’ Jannar 2008.

    (4)

    L-introduzzjoni ta’ l-euro f’Ċipru teħtieġ li r-rata ta’ konverżjoni bejn l-euro u l-lira Ċiprijotta tiġi adottata. Din ir-rata ta’ konverżjoni għandha tkun determinata bħala 0,585274 liri Ċiprijotti għal kull euro, li tikkorrispondi mar-rata ċentrali preżenti tal-lira fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II).

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2866/98 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2866/98, il-linja li ġejja għandha tiddaħħal bejn ir-rati ta’ konverżjoni applikabbli għal-lira Taljana u l-franc tal-Lussemburgu:

    “= 0,585274 liri Ċiprijotti”,

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. TEIXEIRA DOS SANTOS


    (1)  ĠU C 160, 13.7.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 359, 31.12.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1086/2006 (ĠU L 195, 15.7.2006, p. 1).

    (3)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.


    Top