This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1134
Council Regulation (EC) No 1134/2007 of 10 July 2007 amending Regulation (EC) No 2866/98 as regards the conversion rate to the euro for Malta
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1134/2007 ta’ l- 10 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata ta’ konverżjoni għall-euro għal Malta
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1134/2007 ta’ l- 10 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata ta’ konverżjoni għall-euro għal Malta
ĠU L 256, 2.10.2007, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
2.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 256/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1134/2007
ta’ l-10 ta’ Lulju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata ta’ konverżjoni għall-euro għal Malta
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 123(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2866/98 tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-rati ta’ konverżjoni bejn l-euro u l-muniti ta’ l-Istati Membri li jadottaw l-euro (2) jiddetermina r-rati ta’ konverżjoni mill-1 ta’ Jannar 1999. |
(2) |
Skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, Malta hija Stat Membru b’deroga kif definit fl-Artikolu 122 tat-Trattat. |
(3) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta’ l-10 ta' Lulju 2007 bi qbil ma’ l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2008 (3), Malta tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-munita unika u d-deroga favur Malta għandha tiġi rrevokata mill-1 ta’ Jannar 2008. |
(4) |
L-introduzzjoni ta’ l-euro f’Malta teħtieġ l-adozzjoni tar-rata ta’ konverżjoni bejn l-euro u l-lira Maltija. Din ir-rata ta’ konverżjoni għandha tkun stabbilita għal 0,4293 liri Maltin għal kull euro, li tikkorrispondi mar-rata ċentrali preżenti tal-lira fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II). |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2866/98 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2866/98, il-linja li ġejja għandha tiddaħħal bejn ir-rati ta’ konverżjoni applikabbli għall-frank tal-Lussemburgu u għall-guilder Olandiż:
“= 0,429300 liri Maltin”,
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F. TEIXEIRA DOS SANTOS
(1) ĠU C 160, 13.7.2007, p. 1.
(2) ĠU L 359, 31.12.1998, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1086/2006 (ĠU L 195, 15.7.2006, p. 1).
(3) ĠU L 186, 18.7.2007, p. 32.