EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1123

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1123/2007 tas- 27 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Settembru 2007 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

ĠU L 253, 28.9.2007, p. 34–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1123/oj

28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1123/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Settembru 2007 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' l-10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skond il-pajjiż ta' l-oriġini u f'diversi subperjodi skond l-Anness IX tar-Regolament imsemmi.

(2)

Is-subperjodu tax-xahar ta' Settembru huwa r-raba' subperjodu għall-kwota prevista fil-punt (a) ta' l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98 u t-tielet subperjodu għall-kwoti previsti fil-punt (d) tal-paragrafu imsemmi u l-ewwel subperjodu għall-kwota prevista fil-punt (e) tal-paragrafu msemmi.

(3)

Min-notifika magħmula skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4130, 09.4117, 09.4118, 09.4119, u 09.4168, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Settembru 2007, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwoti kkonċernati.

(4)

Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, u 09.4112, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Settembru 2007, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, ma jaqbżux jew huma daqs il-kwantitajiet disponibbli.

(5)

Il-kwantitajiet mhux użati għas-subperjodu ta' Settembru tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, huma trasferiti fil-kwota bin-numru tas-serje 09.4138 għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 327/98.

(6)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ffissati għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4138 u 09.4168 l-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, skond l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 327/98,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numri tas-serje 09.4130, 09.4117, 09.4118, 09.4119, u 09.4168 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2007, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali mitluba fil-kuntest tal-kwoti li jaqgħu taħt in-numri tas-serje 09.4138 u 09.4168 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98 għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2019/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 48).


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' Settembru 2007 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

(a)   Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2007

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2007

(kg)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4127

 (2)

 

It-Tajlandja

09.4128

 (2)

 

L-Awstralja

09.4129

 (2)

 

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

83,630141  %

 

Il-pajjiżi kollha

09.4138

 

16 206 129


(b)   Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 40 , prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2007

It-Tajlandja

09.4112

 (2)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4116

 (3)

L-Indja

09.4117

19,261642  %

Il-Pakistan

09.4118

33,333333  %

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4119

20,000000  %

Il-pajjiżi kollha

09.4166

 (3)


(ċ)   Kwota ta' ross miksur li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 40 , prevista fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2007

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2007

(kg)

Il-pajjiżi kollha

09.4168

1,505425  %

0


(1)  Ma japplikax il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa.

(3)  Ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu


Top