Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1109

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 tas- 27 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2007/2008

    ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1109/oj

    28.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 253/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1109/2007

    tas-27 ta’ Settembru 2007

    li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2007/2008

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), jipprovdi li l-prezzijiet ta' importazzjoni CIF taz-zokkor abjad u taz-zokkor mhux ipproċessat jitqiesu bħala l-“prezzijiet rappreżentattivi”. Dawn il-prezzijiet huma ffissati għall-kwalità standard iddefinita fl-Anness I, punti II u III tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

    (2)

    Biex dawn il-prezzijiet rappreżentattivi jiġu stabbiliti, jeħtieġ jittieħed qies ta' l-informazzjoni kollha pprovduta fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, ħlief fil-każi previsti fl-Artikolu 24 tar-Regolament imsemmi.

    (3)

    Biex ikunu aġġustati l-prezzijiet li mhumiex ibbażati fuq il-kwalità standard, għaz-zokkor abjad, huwa f'loku li għall-offerti aċċettati jiġu applikati ż-żidiet jew it-tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament Nru 951/2006. Rigward iz-zokkor mhux ipproċessat, huwa f'loku li jiġi applikat il-metodu tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni ddefinit fil-punt b) ta' l-istess paragrafu.

    (4)

    Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv, huwa f'loku li jiġu stabbiliti dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni, dejjem jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

    (5)

    Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, skond l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

    (6)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 huma stabbiliti fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).


    ANNESS

    Prezzijiet rappreżentattivi u dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 99 , applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2007 'l quddiem

    (EUR)

    Kodiċi NM

    Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

    Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

    1701 11 10  (1)

    20,08

    6,26

    1701 11 90  (1)

    20,08

    11,89

    1701 12 10  (1)

    20,08

    6,07

    1701 12 90  (1)

    20,08

    11,37

    1701 91 00  (2)

    19,69

    16,62

    1701 99 10  (2)

    19,69

    11,18

    1701 99 90  (2)

    19,69

    11,18

    1702 90 99  (3)

    0,20

    0,44


    (1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

    (2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

    (3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


    Top