This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1097
Commission Regulation (EC) No 1097/2007 of 20 September 2007 on the issuing of export licences for wine-sector products
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1097/2007 ta’ l- 20 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1097/2007 ta’ l- 20 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid
ĠU L 246, 21.9.2007, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/31 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1097/2007
ta’ l-20 ta’ Settembru 2007
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ terzi pajjiżi ta’ prodotti fis-settur ta’ l-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 63(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (2), illimita l-għoti tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti fis-settur ta' l-inbid għall-volumi u għan-nefqiet miftiehma fil-ftehim dwar l-agrikoltura, konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta' l-Uruguay Round. |
|
(2) |
L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, jiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri partikolari sabiex jiġi evitat li jinqabżu l-kwantitajiet stipulati jew il-baġit disponibbli fil-qafas ta' dan il-ftehim. |
|
(3) |
Fid-dawl ta' l-informazzjoni li għandha f'idejha l-Kummissjoni fid-19 ta’ Settembru 2007 dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni, hemm riskju li l-kwantità li għadha disponibbli għall-perjodu sal-15 ta' Novembru 2007, għaż-żoni ta' destinazzjoni 1) l-Afrika u 3) l-Ewropa tal-Lvant, stipulata fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, tinqabeż kemm-il darba ma jkunx hemm restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw ir-rifużjoni bil-quddiem. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi applikat perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni ta' l-applikazzjonijiet imressqa mis-16 sat-18 ta’ Settembru 2007 u li sas-16 ta' Novembru 2007 jiġu sospiżi, għal dawn iż-żoni, il-ħruġ tal-liċenzji għall-applikazzjonijiet imressqa, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw bil-quddiem ir-rifużjoni fis-settur ta' l-inbid u li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu mis-16 sat-18 to’ Settembru 2007 skond ir-Regolament (KE) Nru 883/2001, huma maħruġa sal-limitu ta' 55,94 % tal-kwantitajiet mitluba għaż-żona 1) l-Afrika, sal-limitu ta' 72,83 % tal-kwantitajiet mitluba, għaż-żona 3) l-Ewropa tal-Lvant.
2. Għall-prodotti tas-settur ta' l-inbid stipulati fil-paragrafu 1, il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li l-applikazzjonijiet għalihom ġew ppreżentati mid-19 ta’ Settembru 2007 kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni mill-21 ta’ Settembru 2007 huma sospiżi għaż-żoni 1) Afrika u 3) l-Ewropa tal-Lvant sas-16 ta' Novembru 2007.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Settembru 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 560/2007 (ĠU L 132, 24.5.2007, p. 31).
(2) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).