Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1068

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1068/2007 tas- 17 ta’ Settembru 2007 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Queso Nata de Cantabria (DPO))

    ĠU L 243, 18.9.2007, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1068/oj

    18.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 243/22


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1068/2007

    tas-17 ta’ Settembru 2007

    li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Queso Nata de Cantabria (DPO))

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1), u bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta' Spanja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “Queso de Cantabria”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

    (2)

    Peress li l-emenda kkonċernata mhijiex emenda minuri fit-tifsira ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għal emenda fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, skond l-Artikolu 6 tar-Regolament imsemmi (3). Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emenda għandha tiġi approvata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-25.11.2006 marbuta mad-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament hija approvata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2007 (ĠU L 210, 10.8.2007, p. 26).

    (2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2156/2005 (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 54).

    (3)  ĠU C 288, 25.11.2006, p. 8.


    ANNESS

    Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

    Klassi 1.3.

    Ġobon

    SPANJA

    Queso Nata de Cantabria (DPO)


    Top