Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0952

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2007 tad- 9 ta’ Awwissu 2007 li jħassar ir-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

ĠU L 210, 10.8.2007, pp. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/952/oj

10.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 210/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 952/2007

tad-9 ta’ Awwissu 2007

li jħassar ir-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel (1), (mhux traduzzjoni uffiċjali) partikolarment l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità ma' l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skond l-Artikolu 17(2) ta' dan ir-Regolament, it-talba tar-Renju Unit għat-tħassir tar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Newcastle Brown Ale” ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Peress li ma ġiet notifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ir-reġistrazzjoni ta' din id-denominazzjoni għalhekk għandha titħassar.

(3)

Fid-dawl ta' dawn l-elementi, id-denominazzjoni għalhekk trid titħassar mir-“Reġistru ta' denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”.

(4)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għad-denominazzjonijiet ġeografiċi protetti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni murija fl-Anness ta' dan ir-Regolament hija mħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)   ĠU C 280, 18.11.2006, p. 13.


ANNESS

L-oġġetti ta' l-ikel elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 510/2006

Klassi 2.1

Birer

IR-RENJU UNIT

Newcastle Brown Ale (IĠP)


Top