Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0949

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 949/2007 tad- 9 ta’ Awwissu 2007 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 38/2007

    ĠU L 210, 10.8.2007, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/949/oj

    10.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 210/6


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 949/2007

    tad-9 ta’ Awwissu 2007

    li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 38/2007

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 38/2007 tas-17 ta' Jannar 2007 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, ta' Spanja, ta' l-Irlanda, ta' l-Italja, ta' l-Ungerija, tal-Polonja, tas-Slovakkja u ta' l-Iżvezja (2), jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

    (2)

    F'konformità ma' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 38/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-8 ta’ Awwissu 2007, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

    (3)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-8 ta’ Awwissu 2007, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 38/2007 huwa ffissat għal 471,16 EUR/t.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Awwissu 2007.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Awwissu 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

    (2)  ĠU L 11, 18.1.2007, p. 4. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 203/2007 (ĠU L 61, 28.2.2006, p. 3).


    Top