This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0916
Commission Regulation (EC) No 916/2007 of 31 July 2007 amending Regulation (EC) No 2216/2004 for a standardised and secured system of registries pursuant to Directive 2003/87/EC of the European Parliament and of the Council and Decision No 280/2004/EC of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 916/2007 tal- 31 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2216/2004 għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 916/2007 tal- 31 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2216/2004 għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 200, 1.8.2007, p. 5–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011; Impliċitament imħassar minn 32010R0920
1.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 200/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 916/2007
tal-31 ta’ Lulju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2216/2004 għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Komunità u għall-implimentazzjoni tal-Protokoll ta’ Kyoto (2), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 (3) stipula dispożizzjonijiet ġenerali, speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi u kundizzjonijiet operattivi u ta’ manutenzjoni li jikkonċernaw is-sistema ta’ reġistri standardizzata u sikura li tikkonsisti minn reġistri, fil-forma ta’ databases elettroniċi standardizzati li fihom elementi komuni ta’ data, u l-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet (Community independent transaction log – CITL). |
(2) |
Minħabba n-natura ta’ l-arkitettura tas-sistemi tar-reġistri, jekk ir-reġistri jkunu qed jikkomunikaw mal-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet permezz tal-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazjonijiet Uniti dwar il-Bdil fil-Klima (UNFCCC), ikun possibbli li jinbidel ir-routing għar-reġistri kollha fl-istess ħin biss. Kwalunkwe reġistru li jista’ ma jkunx lest għall-iskadenza li tingħata, għandu wkoll jieqaf milli jipparteċipa fl-iskema Komunitarja ta’ skambju tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jekk Stati Membri oħrajn ikunu konnessi mal-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC mingħajru. Għalhekk, meta l-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC jsir operattiv, għandu jiġi żgurat li jkun marbut mal-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u mar-reġistri, jew meta l-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistri kollha jkunu teknikament kapaċi jagħmlu din il-konnessjoni jew meta l-Komunità tqis li jkun xieraq li ż-żewġ loggs tat-tranżazzjonijiet jiġu konnessi. |
(3) |
Bħalissa huwa previst li meta tkun teżisti konnessjoni bejn il-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC u l-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet, ir-reġistri jkunu jistgħu jiġu konnessi mal-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet permezz tal-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC. Madanakollu, l-interazzjonijiet bejn il-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistri jkun ħafna iktar sempliċi u flessibbli jekk ir-reġistri jkunu konessi mal-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC permezz tal-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet. L-Amministratur Ċentrali għandu b’hekk jingħata s-setgħa li jiddetermina l-ordni tal-konnsessjonijiet. |
(4) |
Kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Komunità għandhom jaċċertaw li r-reġistri tagħhom ikunu konnessi mal-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet ta’ l-UNFCC mill-iktar fis possibbli u għandhom jgħaddu lill-amministratur tal-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC id-dokumentazzjoni meħtieġa għall-inizjalizzazzjoni tar-reġistri tagħhom ma’ dan il-logg, skond l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi ta’ l-istandards dwar l-iskambju ta’ data għas-sistemi tar-reġistri skond il-Protokoll ta’ Kyoto, elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenzi tal-Partijiet tal-UNFCCC. |
(5) |
Il-Komunità għandha tagħmel l-isforzi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li kull reġistru ta’ l-Isati Membri, il-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonjiet u l-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC jkunu konnessi ma’ xulxin qabel l-1 ta’ Diċembru 2007. |
(6) |
Ir-reġistri għandhom ikunu jistgħu jaċċertaw li l-inklużjoni ta’ emissjonijiet ivverifikati fir-reġistri tkun possibbli biss jekk ir-rapport dwar l-emissjonijiet ivverifikati jkun wasal għand l-awtorità kompetenti, u wara l-iskadenza għaċ-ċediment tal-kwoti, id-data dwar emissjonijiet ivverifikati għandha tiġi kkoreġuta biss jekk id-deċiżjoni ta’ l-awtorità kompetenti tindirizza wkoll l-istatus ta’ konformità ta’ l-installazzjoni li l-emissjonijiet ivverifikati tagħha jkunu kkoreġġuti. |
(7) |
Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet biex jaċċertaw li l-Istati Membri li ma jkunux jistgħu joħorġu AAUs minħabba raġunijiet apparti dawk li tqiesu mhux eliġibbli għat-trasferiment u l-akkwist ta’ ERUs u AAUs, u li jużaw CERs skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 11/CMP.1 tal-Protokoll ta’ Kyoto tal-UNFCCC, ikunu jistgħu jkomplu bis-sehem ugwali tagħhom fl-iskema Komunitarja għall-iskambji ta’ kwoti ta’ emissjonijiet; sitwazzjoni li tkun imfixkla fil-perjodu 2008-2012 minħabba li, kontrarjament għall-Istati Membri l-oħrajn kollha, dawn ma jkunux jistgħu joħorġu kwoti konvertiti mill-AAUs. Tali parteċipazzjoni ugwali għandha tkun tista’ ssir permezz ta’ mekkaniżmu fi ħdan ir-reġistru Komunitarju li jippermetti lill-operaturi fl-Istati Membri li ma jkollhomx AAUs li jiskambjaw kwoti li mhumiex konvertiti mill-AAUs għal kwoti kkonvertiti minn AAUs meta jittrasferixxu kwoti lejn kontijiet fir-reġistri ta’ l-Istati Membri li għandhom AAUs. Proċess ekwivalenti għandu jippermetti trasferimenti simili fid-direzzjoni opposta. Billi jiġu mmodifikati r-regoli għall-kalkolu ta’ l-istatus ta’ konformità ta’ installazzjoni, li hija ċ-ċifra li r-reġistri jużaw biex jesprimu jekk l-operatur ikunx ikkonforma ma’ l-obbligu tiegħu li jċedi kwoti skond id-Direttiva 2003//87/KE, l-operaturi ma għandhomx jiġu rikonoxxuti bħala mhux konformi ma’ l-obbligi tagħhom skond id-Direttiva 2003/87/KE minħabba ċedimenti ta’ kwoti għal sena li mhux dik li tippreċedi s-sena attwali. |
(8) |
L-għoti ta’ kwoti mir-riżerva minn Stati Membri lejn tallazzjonijiet ġodda li qed jissieħbu u l-fluss ta’ kwoti lejn ir-riżerva minħabba l-għeluq ta’ installazzjonijiet, għandhom jiġu rrappreżentati fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni, u b’hekk il-pubbliku jkun jista’ jkollu aċċess għal informazzjoni komprensiva u aġġornata marbuta ma’ tali tranżazzjonijiet. |
(9) |
Sabiex tkun aċċertata l-kapaċità tal-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet li jiffunzjona indipendentement fil-każ ta’ malfunzjonament tal-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet ta’ l-UNFCC, dawk il-kontrolli definiti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi ta’ l-istandards għall-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistri skond il-Protokoll ta’ Kyoto, elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li għandhom jitwettqu mil-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet ta’ l-UNFCC u li bħalissa jiġu implimentati mil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. |
(10) |
Hija ta’ importanza kruċjali li tiġi speċifikata l-aħħar data ta’ skadenza għall-esponiment ta’ informazzjoni dwar l-emissjonijiet ivverifikati ta’ l-installazzjonijiet sabiex ikun komplut iċ-ċiklu annwali ta’ konformità. Fid-dawl ta’ l-esperjenza li nkisbet, l-aħħar data kurrenti għall-esponiment ta’ din l-informazzjoni għandha tiġi sostitwita b’dispożizzjoni li taċċerta li l-esponiment mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni jsir malajr kemm jista’ jkun u f’mod ikkoordinat u armonizzat. |
(11) |
Minħabba li l-informazzjoni attwali li tidher fuq il-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-konformità ma’ l-obbligi ta’ ċediment mill-installazzjonijiet kif inhu meħtieġ mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness XVI tar-Regolament (KE) Nru 2216/2004 mhux dejjem tkun ċara, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kull tibdil li jista’ jsir fl-istatus ta’ konformità ta’ installazzjoni wara l-iskadenza għaċ-ċedimenti, l-informazzjoni li tirrigwarda l-konformità ma’ l-obbligi ta’ ċedimenti għandha tkun iktar dettaljata u iktar speċifika. |
(12) |
Sabiex ikun aċċertat l-aċċess ugwali għal informazzjoni li hija relatata mas-suq u li huwa kundizzjoni fundamentali għal suq li jiffunzjona sew, il-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjoniiet għandu jagħmel aċċessibbli għall-pubbliku kwistjonijiet addizzjonali, bħalma hija l-informazzjoni dwar jekk kont huwiex ibblokkat, l-ispejjeż li jitolbu ċerti reġistri, it-tabella ta’ x’inhu mwarrab li hija rikjesta skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/780/KE tat-13 ta’ Novembru 2006 dwar l-evitar ta’ l-għadd doppju ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra skond l-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ emissjonijiet għal attivitajiet ta’ proġett taħt il-Protokoll ta’ Kyoto skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-għadd ta’ l-installazzjonijiet li diġà ressqu l-emissjonijiet ivverifikati tagħhom, l-għadd tal-kwoti li qatt ma pparteċipaw fi tranżazzjoni bejn allokazzjoni u ċediment. |
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2216/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Bdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2216/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 3(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Kull reġistru għandu jkun kapaċi jwettaq korrettament il-proċessi kollha li jikkonċernaw il-modifiki awtomatiċi fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni stipulati fl-Anness XIa mill-1 ta’ Frar 2008.” |
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 6(2) jinbidel b’dan li ġej: “2. Mill-1 ta’ Frar 2008 sakemm tiġi stabbilita r-rabta ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7, il-proċessi kollha li jikkonċernaw il-kwoti, l-emissjonijiet ivverifikati, il-modifiki awtomatiċi tat-tabelli tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni, u l-kontijiet għandhom isiru permezz ta’ skambju ta’ data mil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet.” |
(5) |
L-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 7 Rabta ta’ komunikazzjoni bejn il-loggs indipendenti tat-tranżazzjonijiet 1. Rabta ta’ komunikazzjoni bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru indipendenti tal-UNFCCC tat-tranżazzjonijiet għandha titqies li tkun ġiet stabbilita meta dawn is-sistemi jkunu kollegati fuq il-bażi ta’ deċiżjoni li tittieħed mill-Amministratur Ċentrali wara li jikkonsulta l-Kumitat dwar il-Bdil fil-Klima. L-Amministratur Ċentrali għandu jistabbilixxi u jżomm din ir-rabta meta
2. Jekk il-kundizzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew sodisfatti, il-Kummissjoni tista’, soġġetta għall-appoġġ tal-maġġoranza tal-Kumitat tal-Bdil fil-Klima, tgħid lill-Amministratur Ċentrali biex jistabbilixxi u jżomm din ir-rabta. 3. Wara li tkun ġiet stabbilita r-rabta deskritta f’1., il-proċessi kollha li jikkonċernaw il-kwoti, l-emissjonijiet ivverifikati, il-modifiki awtomatiċi tat-tabelli tal-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni, u l-unitajiet ta’ Kyoto għandhom isiru permezz ta’ skambju ta’ data mil-logg indipendenti tal-UNFCCC tat-tranżazzjonijiet u mbagħad lil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet. 4. Il-Kummissjoni għandha tevalwa u tirrapporta lill-Kumitat dwar il-Bdil fil-Klima dwar il-possibilitajiet għall-kollegament tar-reġistri, il-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC u l-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet differenti minn dak deskritt fi 3. Għandha tqis partikolarment jekk il-proċessi kollha li jikkonċernaw il-kwoti u l-unitajiet Kyoto għandhomx isiru permezz ta’ skambju ta’ data mil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u mbagħad lil-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC u l-proċessi kollha li jikkonċernaw l-emissjonijiet ivverifikati, u l-modifiki awtomatiċi tat-tabelli tal-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni għandhom isiru permezz ta’ skambju ta’ data mil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet. 5. Kull Stat Membru għandu jgħaddi lill-amministratur tal-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC u lill-Amministratur Ċentrali, id-dokumentazzjoni meħtieġa għall-inizjalizzazzjoni ta’ kull reġistru mal-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC, u sa l-1 ta’ Settembru 2007 kull reġistru għandu jitħejja teknikament sabiex jibda l-proċess ta’ inizjalizzazzjoni, bi qbil ma’ l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi fl-istandards għall-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistri skond il-Protokoll ta’ Kyoto, elaborati skond id-deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC. 6. Id-deċiżjonijiet li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 għandhom, fejn dan ikun possibbli, jiġu adottati mill-inqas tliet xhur qabel l-implimentazzjoni tagħhom.” |
(6) |
L-Artikolu 10(3) huwa ssostitwit b’li ġej: “3. Kull awtorita kompetenti u amminstratur ta’ reġistru għandhom iwettqu biss proċessi li jikkonċernaw il-kwoti, l-emissjonijiet ivverifikati, modifiki awtomatiċi fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni, il-kontijiet jew l-unitajiet Kyoto fejn ikun meħtieġ biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom bħala awtorità kompetenti jew amministratur tar-reġistru.” |
(7) |
L-Artikolu 15(1) huwa ssostitwit b’li ġej: “1. Fi żmien 14-il jum mid-dħul fis-seħħ ta’ kull permess għal emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra maħruġ lill-operatur ta’ installazzjoni fejn l-installazzjoni qabel ma kinitx koperta minn tali permess jew l-attivazzjoni tar-rabta ta’ komunikazzjoni bejn ir-reġistru u l-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet, liema wieħed minnhom iseħħ l-aħħar, l-awtorità kompetenti, jew l-operatur fejn l-awtorità kompetenti tkun tirrikjedi hekk, għandha tipprovdi lill-amministratur tar-reġistru ta’ l-Istat Membru bl-informazzjoni stipulata fl-Anness III.” |
(8) |
Fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Fejn l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-amministratur tar-reġistru bir-revoka jew iċ-ċediment ta’ permess ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra li jkun ta’ installazzjoni marbuta ma’ kont li għandu entrata fil-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet rilevanti mressqa skond l-Artikolu 44, l-amministratur tar-reġistru għandu, qabel ma jagħlaq il-kont, jipproponi lill-Amministratur Ċentrali l-bidliet li ġejjin lit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet:
Il-proposta għandha tiġi mressqa lil, u ċċekkjata u implimentata awtomatikament, mil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet skond il-proċessi stipulati fl-Anness XIa.” |
(9) |
L-Artikolu 28 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 28 Individwazzjoni ta’ diskrepanzi mil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet 1. L-Amministratur Ċentrali għandu jiżgura li l-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet iwettaq il-kontrolli awtomatizzati stipulati fl-Annessi VIII, IX, XI U XIa għall-proċessi kollha li jikkonċernaw il-kwoti, l-emissjonijiet ivverifikati, il-kontijiet, il-modifiki awtomatiċi tat-tabelli tal-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni, u l-unitajiet ta’ Kyoto sabiex ikun żgurat li m’hemmx diskrepanzi. 2. Jekk il-kontrolli awtomatizzati msemmija fil-paragrafu 1 jidentifikaw diskrepanza fi proċess taħt l-Annessi VIII, IX, XI u XIa, l-Amministratur Ċentrali għandu jinforma minnufih lill-amministratur jew l-amministraturi tar-reġistru kkonċernati billi jirritorna rispons awtomatizzat li jispeċifika n-natura eżatta tad-diskrepanza bl-użu tal-kodiċi ta’ rispons stipulati fl-Annessi VII, IX, XI u XIa. Malli jirċievi dan il-kodiċi ta’ rispons għal proċess taħt l-Anness VII, l-Anness IX jew l-Anness XIa, l-amministratur tar-reġistru ta’ l-inizjazzjoni għandu jittermina l-proċess u jinforma lil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet. L-Amministratur Ċentrali ma għandux jaġġorna l-informazzjoni li tkun tinsab fil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet. L-amministratur jew l-amministraturi tar-reġistru kkonċernati għandhom minnufih jinfurmaw lid-detenturi tal-kont rilevanti li l-proċess ġie tterminat.” |
(10) |
L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
L-Artikolu 32 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 32 Il-Proċessi Kull proċess għandu jsegwi s-sekwenza sħiħa għall-iskambju ta’ messaġġi għal dak it-tip ta’ proċess kif stipulat fl-Annessi VII, IX, X, XI, u l-Anness XIa. Kull messaġġ għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ format u informazzjoni deskritti permezz tal-lingwa deskrittiva tas-servizzi tal-webb kif elaborati skond l-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kyoto.” |
(12) |
L-Artikolu 33 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 33 Kodiċijiet ta’ identifikazzjoni L-amministratur tar-reġistru għandu jassenja lil kull proċess imsemmi fl-Annessi VIII u XIa kodiċi uniku għall-identifikazzjoni tal-korrelazzjoni u għal kull proċess imsemmi fl-Anness IXa, kodiċi uniku għall-identifikazzjoni tat-tranżazzjoni. Kull kodiċi ta’ identifikazzjoni bħal dawn għandu jinkludi l-elementi stipulati fl-Anness VI.” |
(13) |
L-Artikolu 34 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 34 Finalizzazzjoni ta’ proċessi li jikkonċernaw il-kontijiet, il-modifiki awtomatiċi fit-tabelli tal-pjanijiet nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet u l-emissjonijet ivverifikati Fejn hemm rabta ta’ komunikazzjoni stabbilita bejn iż-żewġ loggs indipendenti tat-tranżazzjonijiet u jekk il-proċessi kollha li jikkonċernaw il-kontijiet, il-modifiki awtomatiċi fit-tabella tal-pjanijiet nazzjonali u l-emissjonijiet ivverifikati jitwettqu permezz ta’ l-iskambju ta’ data mil-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC, dawn għandhom ikunu finali meta ż-żewġ loggs indipendenti tat-tranżazzjonijiet ikunu infurmaw b’suċċess lir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni li ma sabu ebda diskrepanza fil-proposta mibgħuta mir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni. Fil-każijiet l-oħra kollha minbarra dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu, il-proċessi kollha l jikkonċernaw il-kontijiet, il-modifiki awtomatiċi fit-tabelli tal-pjanijiet nazzjonali ta’ l-allokazzjoni u l-emissjonijet ivverifikati għandhom ikunu finali meta l-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet ikun informa b’suċċess lir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni li ma sab ebda diskrepanza fil-proposta mibgħuta mir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni.” |
(14) |
Jiddaħħal l-Artikolu 34a li jmiss: “Artikolu 34a Riverżjoni manwali ta’ tranżazzjonijiet finalizzati mibdija bi żball 1. Jekk detentur ta’ kont jew amministratur tar-reġistru li jaġixxi f’isem id-detentur tal-kont, jibda tranżazzjoni skond l-Artikoli 52, 53, 58 jew 62(2) bi żball jew b’mod żbaljat, huwa jista’ jipproponi lill-amministratur tar-reġistru tiegħu li jwettaq riverżjoni manwali tat-tranżazzjoni fuq talba bil-miktub iffirmata kif imiss mir-rappreżentant jew ir-rappreżentanti awtorizzat/i tad-detentur tal-kont li jistgħu jibdew tranżazzjoni, u mpustata fi żmien ħamest ijiem mill-finalizzazzjoni tat-tranżazzjoni jew id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, liema minnhom ikun l-iktar tard. It-talba għandu jkun fiha dikjarazzjoni li tindika li t-tranżazzjoni nbdiet bi żball jew b’mod żbaljat. 2. L-amministratur tar-reġistru jista’ jinnotifika lill-Amministratur Ċentrali bit-talba u l-ħsieb tiegħu li jwettaq intervent manwali speċifiku fid-database tiegħu sabiex ireġġa’ lura t-tranżazzjoni, fi żmien 30 jum kalendarju mid-deċiżjoni tiegħu dwar ir-riverżjoni tat-tranżazzjoni, iżda mhux iktar tard minn 60 jum kalendarju mill-finalizzazzjoni tat-tranżazzjoni jew id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, liema minnhom ikun l-iktar tard. L-Amministratur Ċentrali għandu, fi żmien 30 jum kalendarju mill-wasla tan-notifika ta’ l-amministratur tar-reġistru skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, iwettaq intervent manwali fid-database tal-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet li jikkorrispondi ma’ dak speċifikat fin-notifika ta’ l-amministratur tar-reġistru jekk:
3. L-amministratur tar-reġistru ma jistax ireġġa’ lura tranżazzjonijiet skond l-Artikoli 52 u 53 jekk, b’riżultat ta’ dan, l-operatur isir mhux konformi għal sena preċedenti.” |
(15) |
L-Artikolu 44(2) huwa ssostitwit b’li ġej: “2. Stat Membru għandu jinnotifika kull korrezzjoni lill-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tiegħu flimkien ma’ kull korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni. Jekk il-korrezzjoni lit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tkun ibbażata fuq il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni nnotifikat lill-Kummissjoni li ma ġiex irrifjutat skond l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jew li l-Kummissjoni aċċettat emendi għalih u l-korrezzjoni tirriżulta minn titjib fid-data, il-Kummissjoni għandha tgħid lill-Amministratur Ċentrali biex idaħħal il-korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni miżmuma fil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet. Dawn il-korrezzjonijiet kollha marbuta ma’ entrati ġodda għandhom isiru skond il-proċess għall-modifiki awtomatiċi fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni kif stipulat fl-Anness XIa ta’ dan ir-Regolament. Dawn il-korrezzjonijiet kollha marbuta ma’ entrati ġodda għandhom isiru skond il-proċeduri ta’ inizjalizzazzjoni kif stipulat fl-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament. Fil-każjiet l-oħra kollha, l-Istat Membru għandu jinnotifika l-korrezzjoni fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni u jekk il-Kummissjoni ma tirrifjutax din il-korrezzjoni skond il-proċedura fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha tgħid lill-Amministratur Ċentrali biex idaħħal il-korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni miżmuma fil-logg Komunitarju indipendenti tal-Komunità skond il-proċeduri ta’ inizjalizzazzjoni stipulati fl-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament.” |
(16) |
L-Artikolu 46 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 46 L-allokazzjoni tal-kwoti lill-operaturi Mingħajr preġudizzju lill-Artikoli 44(2) u 47, sat-28 ta’ Frar 2008 u sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena minn hemm ’il quddiem, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi mill-kont ta’ depożitu tal-Parti lejn il-kont ta’ depożitu ta’ l-operatur, il-proporzjon mill-kwantità totali ta’ kwoti maħruġa minn kwalunkwe amministratur tar-reġistru skond l-Artikolu 45 li ġie allokat lil installazzjoni korrispondenti għal dik is-sena skond it-taqsima rilevanti tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni. Fejn previst għal installazzjoni fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ l-Istat Membru, l-amministratur tar-reġistru jista’ jittrasferixxi dak il-proporzjon f’data aktar tard ta’ kull sena. Il-kwoti għandhom jiġu allokati skond il-proċess ta’ allokazzjoni tal-kwoti stipulat fl-Anness IX.” |
(17) |
L-Artikolu 48 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 48 L-allokazzjoni tal-kwoti lill-entrati ġodda Jekk mitlub li jagħmel hekk mill-awtorità kompetenti, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi proporzjon tal-kwoti maħruġa minn kwalunkwe amministratur tar-reġistru skond l-Artikolu 45 li jkunu fil-kont ta’ depożitu tal-Parti lill-kont ta’ depożitu ta’ l-operatur ta’ entrata ġdida skond it-taqsima rilevanti tat-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni għal dik l-entrata l-ġdida għas-sena kkonċernata. Il-kwoti għandhom jiġu ttrasferiti skond il-proċess ta’ allokazzjoni tal-kwoti stipulat fl-Anness IX.” |
(18) |
Jiddaħħal l-Artikolu 48a li jmiss: “Artikolu 48a L-allokazzjoni ta’ kwoti wara l-bejgħ tagħhom minn Stat Membru Jekk mitlub jagħmel hekk mill-awtorità kompetenti, wara l-bejgħ ta’ kwoti miżmuma minn Stat Membru, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi kwantità ta’ kwoti mill-kont ta’ depożitu tal-Parti lill-kont ta’ depożitu tal-persuna jew lill-kont ta’ depożitu ta’ l-operatur tax-xerrej tal-kwoti. Il-kwoti ttrasferiti fi ħdan l-istess reġistru għandhom jiġu ttrasferiti skond il-proċess ta’ ‘trasferiment intern’ stipulat fl-Anness IX. Kwoti ttrasferiti minn reġistru għal ieħor jiġu ttrasferiti skond il-proċess ta’ ‘trasferiment estern’ (2008-2012 ’il quddiem) stipulat fl-Anness IX.” |
(19) |
L-Artikolu 50 huwa emendat kif ġej:
|
(20) |
L-Artikolu 51 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 51 Emissjonijiet ivverifikati ta’ installazzjoni 1. Malli l-verifika tkun sodisfaċenti, skond ir-rekwiżiti dettaljati stabbiliti mill-Istat Membru skond l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE, ta’ rapport ta’ operatur dwar l-emissjonijiet minn installazzjoni matul sena preċedenti, kull verifikatur, inkluż dawk l-awtoritajiet kompetenti li jaġixxu bħala verifikaturi, għandu jdaħħal jew japprova l-entrata ta’ l-emissjonijiet ivverifikati annwali għal din l-installazzjoni għal dik is-sena fit-taqsima tat-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati ddeżinjata għal din l-installazzjoni għal dik is-sena skond il-proċess ta’ l-aġġornament ta’ l-emissjonijiet ivverifikati stipulati fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament. 2. L-amministratur tar-reġistru jista’ jipprojbixxi d-dħul ta’ l-emissjonijiet ivverifikati annwali ta’ installazzjoni sakemm l-awtorità kompetenti tkun irċeviet ir-rapport ta’ emissjonijiet ivverifikati mressaq mill-operaturi skond l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/87/KE għal din l-installazzjoni, u ppermettiet lir-reġistru li jirċievi l-emissjonijiet ivverifikati annwali. 3. L-awtorità kompetenti tista’ tgħid lill-amministratur tar-reġistru biex jikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati annwali għal installazzjoni għal sena preċedenti biex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti annwali stabbiliti mill-Istat Membru skond l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE, billi jiddaħħlu l-emissjonijiet ivverifikati annwali kkoreġuti għal din l-installazzjoni għal dik is-sena skond il-proċess ta’ l-aġġornament ta’ l-emissjonijiet ivverifikati stipulat fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament. 4. Jekk l-awtorità kompetenti tgħid lill-amministratur tar-reġistru biex jikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati annwali għal installazzjoni għal sena preċedenti wara l-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2003/87/KE għaċ-ċediment tal-kwoti ekwivalenti għall-emissjonijiet ta’ dik is-sena preċedenti, l-Amministratur Ċentrali għandu jippermetti biss din il-korrezzjoni jekk kien infurmat bid-deċizjoni ta’ l-awtorità kompetenti dwar l-istatus ta’ konformità l-ġdid applikabbli għall-installazzjoni b’riżultat tal-korrezzjoni ta’ l-emissjonijiet ivverifikati.” |
(21) |
L-Artikolu 55 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 55 Kalkolu taċ-ċifri ta’ l-istatus tal-konformità Malli ssir entrata fit-taqsima tat-tabella tal-kwoti ċeduti jew it-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati ddeżinjata għal installazzjoni, l-amministratur tar-reġistru għandu jiddetermina dan li ġej:
Il-fattur ta’ korrezzjoni msemmi fil-punt (b) għandu jkun żero jekk iċ-ċifra ta’ l-2007 tkun ikbar minn żero, iżda għandu jibqa’ bħaċ-ċifra ta’ l-2007 jekk iċ-ċifra ta’ l-2007 tkun żero jew inqas.” |
(22) |
L-Artikolu 57 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 57 Entrati fit-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati Meta, fl-1 ta’ Mejju 2006 u fl-1 ta’ Mejju ta’ kull sena minn dak inhar ’il quddiem, ebda ċifra ta’ l-emissjonijiet ivverifikati ma tkun iddaħħlet fit-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati għal installazzjoni għal sena preċedenti, kwalunkwe ċifra sostituta ta’ l-emissjonijiet, iddeterminata skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, li ma tkunx ġiet ikkalkulata kemm jista’ jkun fi qbil mar-rekwiżiti dettaljati stabbiliti mill-Istat Membru skond l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE, ma għandhomx jiddaħħlu fit-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati.” |
(23) |
Fl-Artikolu 58, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: “Fit-30 ta’ Ġunju 2006, 2007 u 2008 l-amministratur tar-reġistru għandu jikkanċella għadd ta’ kwoti, CERs, u kwoti għal force majeure miżmuma fil-kont ta’ depożitu ta’ Parti skond l-Artikoli 52, 53 u 54. L-għadd ta’ kwoti, CERs u kwoti għal force majeure li għandhom jiġu kkanċellati għandu jkun daqs l-għadd totali fil-waqt tal-kanċellazzjoni tal-kwoti ċeduti mdaħħal fit-tabella tal-kwoti ċeduti għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-waqt tal-kanċellazzjoni fl-2006, mill-waqt tal-kanċellazzjoni fl-2006 sal-waqt tal-kanċellazzjoni fl-2007 u mill-waqt tal-kanċellazzjoni fl-2007 sal-waqt tal-kanċellazzjoni fl-2008.” |
(24) |
L-Artikolu 59 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 59 Kanċellazzjoni u rtirar ta’ kwoti ċeduti għall-perjodu 2008-2012 u perjodi sussegwenti 1. Sat-30 ta’ Ġunju 2009 u t-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena minn dakinhar ’l hemm, l-amministratur tar-reġistru għandu jikkanċella l-kwoti ċeduti għall-perjodu 2008-2012 u kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin, billi:
2. Wara t-30 ta’ Ġunju 2013 u t-30 ta’ Ġunju tas-sena wara t-tmiem ta’ kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin, ir-reġistru ta’ l-amministratur jista’ jirtira kwalunkwe kwota li għadha mhix allokata lill-operaturi billi jikkonvertihom f’AAUs billi jneħħi l-element tal-kwota mill-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità ta’ kull AAU tali li jkun magħmul mill-elementi stipulati fl-Anness VI skond il-proċess ta’ ‘konverżjoni ta’ kwoti mhux allokati għall-irtirar (2008-2012 ’il quddiem)’ stipulat fl-Anness IX u jittrasferihom mill-kont ta’ depożitu tal-Parti lejn il-kont ta’ l-irtirar għall-perjodu rilevanti skond il-proċess ta’ ‘rtirar ta’ kwoti mhux allokati (2008-2012 ’il quddiem)’ stipulat fl-Anness IX.” |
(25) |
Fl-Artikolu 60, il-punt (a) huwa mibdul b’dan li ġej:
|
(26) |
Fl-Artikolu 61, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(27) |
L-Artikolu 63(1) huwa ssostitwit b’li ġej: “1. Jekk jiġi mitlub mill-korp rilevanti ta’ l-Istat Membru, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi kwalunkwe kwantità u tip ta’ unitajiet ta’ Kyoto speċifikati minn dan il-korp, li ma ġewx irtirati diġà skond l-Artikolu 59 mill-kont ta’ depożitu tal-Parti lill-kont xieraq ta’ rtirar fir-reġistru tiegħu skond il-proċess ta’ ‘l-irtirar ta’ l-unitajiet ta’ Kyoto (2008-2012 ’il quddiem)’ stipulat fl-Anness IX.” |
(28) |
Wara l-Artikolu 63, jiddaħħal il-Kapitolu Va li ġej: “KAPITOLU VA OPERAT TAR-REĠISTRI TA’ L-ISTATI MEMBRI LI MA GĦANDHOMX AAUs Artikolu 63a Operat tar-reġistri ta’ l-Istati Membri li ma għandhomx AAUs 1. L-Istati Membri li ma jistgħux joħorġu AAUs minħabba raġunijiet apparti li ġew determinati bħala ineliġibbli għat-trasferiment u l-akkwist ta’ ERUs u AAUs, u li ma jistgħux jużaw CERs skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 11/CMP.1 tal-Protokoll ta’ Kyoto tal-UNFCCC għandhom jistabbilixxu, joperaw u jżommu r-reġistri tagħhom f’mod konsolidat mar-reġistru Komunitarju. L-Artikoli 3(3), 4, 6(1), 11(1), (3) u (4), 30(1), 34, 35, 36, 44(3), 45, 49(1), 59, 60, 61, 65 ma għandhomx japplikaw għal dawn ir-reġistri. 2. Mill-1 ta’ Jannar 2008, ir-reġistri operati skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu kapaċi jwettqu l-proċessi applikabbli għalihom fl-Annessi VIII, IX, X, XI u XIa. Artikolu 63b Rabta ta’ komunikazzjoni bejn reġistri operati skond l-Artikolu 63a u l-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet Reġistri operati skond l-Artikolu 63a għandhom jikkomunikaw mal-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet permezz ta’ rabta ta’ komunikazzjoni stabbilita mir-reġistru Komunitarju. L-Amministratur Ċentrali għandu jattiva r-rabta ta’ komunikazzjoni wara li l-proċeduri ta’ ttestjar stipulati fl-Anness XIII u l-proċeduri ta’ inizjalizzazzjoni stipulati fl-Anness XIV ikunu tlestew b’suċċess u għandu jinnotifika lill-amministratur tar-reġistru Komunitarju b’dan. Artikolu 63ċ Reġistri operati skond l-Artikolu 63a: individwazzjoni ta’ diskrepanzi u inkonsistenzi mil-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC Il-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC għandu jinforma reġistru operat skond l-Artikolu 63a bi kwalunkwe diskrepanza individwata fi proċess li dak ir-reġistru jkun beda permezz ta’ l-amministratur tar-reġistru Komunitarju. Ir-reġistru operat skond l-Artikolu 63a għandu jittermina l-proċess u l-amministratur tar-reġistru Komunitarju għandu jinforma lil-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC b’dan. L-amministratur tar-reġistru operat skond l-Artikolu 63a, u kwalunkwe amministratur ta’ reġistru ieħor ikkonċernat, għandu minnufih jinforma lid-detenturi tal-kont rilevanti li l-proċess ġie tterminat. Article 63d Reġistri operati skond l-Artikolu 63a: Finalizzazzjoni ta’ proċessi li jikkonċernaw il-kontijiet, l-emissjonijet ivverifikati u l-modifiki awtomatiċi fit-tabelli tal-pjanijiet nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet Fejn hemm rabta ta’ komunikazzjoni stabbilita bejn iż-żewġ loggs indipendenti tat-tranżazzjonijiet u jekk il-proċessi li jikkonċernaw il-kontijiet, l-emissjonijiet ivverifikati u l-modifiki awtomatiċi fit-tabella tal-pjanijiet nazzjonali jiġu diretti mil-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC, dawn il-proċessi għandhom ikunu finali meta ż-żewġ loggs indipendenti tat-tranżazzjonijiet ikunu infurmaw b’suċċess lir-reġistru Komunitarju li ma sabu ebda diskrepanza fil-proposta mibdija mir-reġistru operat skond l-Artikolu 63a. Fil-każijiet kollha differenti minn dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu, il-proċessi kollha msemmija fl-Annessi VIII u XIa għandhom ikunu finali meta l-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet ikun informa b’suċċess lir-reġistru Komunitarju li ma sab ebda diskrepanza fil-proposta mibdija mir-reġistru operat skond l-Artikolu 63a. Artikolu 63e Reġistri operati skond l-Artikolu 63a: finalizzazzjoni tal-proċessi li jikkonċernaw tranżazzjonijiet ġewwa r-reġistri Il-proċessi kollha msemmija fl-Anness IX, għajr il-proċess ta’ trasferiment estern, għandhom ikunu finali meta ż-żewġ loggs indipendenti tat-tranżazzjonijiet ikunu infurmaw lir-reġistru Komunitarju li ma sabu ebda diskrepanza fil-proposta mibdija mir-reġistru operat skond l-Artikolu 63a u li r-reġistru Komunitarju jkun bagħat b’suċċess konferma liż-żewġ loggs indipendenti tat-tranżazzjonijiet li r-reġistru operat skond l-Artikolu 63a aġġorna r-rekords tiegħu skond il-proposta. Madankollu, qabel ma tkun stabbilita mar-rabta ta’ komunikazzjoni bejn il-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u l-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC, il-proċessi kollha msemmija fl-Anness IX, għajr il-proċess ta’ trasferiment estern, għandhom ikunu finali meta ż-żewġ loggs indipendenti tat-tranżazzjonijiet ikunu infurmaw lir-reġistru Komunitarju li ma sabu ebda diskrepanza fil-proposta mibdija mir-reġistru operat skond l-Artikolu 63a u li r-reġistru Komunitarju jkun bagħat b’suċċess konferma lil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet li r-reġistru operat skond l-Artikolu 63a aġġorna r-rekords tiegħu skond il-proposta tiegħu stess. Artikolu 63f Reġistri operati skond l-Artikolu 63a: finalizzazzjoni tal-proċess ta’ trasferiment estern Il-proċess ta’ trasferiment estern li jinvolvi reġistru operat skond l-Artikolu 63a għandu jkun finali meta ż-żewġ loggs indipendenti tat-tranżazzjonijiet ikunu infurmaw lir-reġistru ta’ l-akkwist (jew lir-reġistru Komunitarju jekk ir-reġistru ta’ l-akkwist ikun reġistru li jopera skond l-Artikolu 63a) li ma sabu ebda diskrepanza fil-proposta mibgħuta mir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni (jew mir-reġistru Komunitarju jekk ir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni jkun reġistru li jopera skond l-Artikolu 63a) u li r-reġistru ta’ l-akkwist (jew ir-reġistru Komunitarju jekk ir-reġistru ta’ l-akkwist ikun reġistru li jopera skond l-Artikolu 63a) ikun bagħat b’suċċess konferma liż-żewġ loggs indipendenti tat-tranżazzjonijiet li r-reġistru ta’ l-akkwist aġġorna r-rekords tiegħu skond il-proposta tar-reġistru ta’ l-inizjazzjoni. Madankollu, qabel ma tkun stabbilita mar-rabta ta’ komunikazzjoni bejn il-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u l-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC, il-proċess ta’ trasferiment estern li jinvolvi reġistru operat skond l-Artikolu 63a għandu jkun finali meta l-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet ikun informa lir-reġistru ta’ l-akkwist (jew lir-reġistru Komunitarju jekk ir-reġistru ta’ l-akkwist ikun reġistru li jopera skond l-Artikolu 63a) li ma sab ebda diskrepanza fil-proposta mibgħuta mir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni (jew mir-reġistru Komunitarju jekk ir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni jkun reġistru li jopera skond l-Artikolu 63a) u li r-reġistru ta’ l-akkwist (jew ir-reġistru Komunitarju jekk ir-reġistru ta’ l-akkwist ikun reġistru li jopera skond l-Artikolu 63a) ikun bagħat b’suċċess konferma lil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet li aġġorna r-rekords tiegħu skond il-proposta tar-reġistru ta’ l-inizjazzjoni. Artikolu 63ġ Reġistri operati skond l-Artikolu 63a: Awtentikazzjoni Reġistri operati skond l-Artikolu 63a għandhom jiġu awtentikati lil-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC permezz tar-reġistru Komunitarju biċ-ċertifikati diġitali maħruġa mis-Segretarja tal-UNFCCC, jew entità oħra maħtura minnha. Madankollu, sakemm tiġi stabbilita r-rabta ta’ komunikazzjoni bejn il-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u l-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC, dawn għandhom jiġu awtentikati lil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet permezz tar-reġistru Komunitarju bl-użu ta’ ċertifikati diġitali u usernames u passwords kif speċifikat fl-Anness XV. Il-Kummissjoni, jew entità maħtura minnha, għandha taġixxi bħala l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni għaċ-ċertifikati diġitali kollha u għandha tqassam il-usernames u l-passwords. Artikolu 63g Dispożizzjonijiet speċjali dwar ċerti obbligi ta’ amministraturi tar-reġistru ta’ reġistri operati skond l-Artikolu 63a L-obbligi pprovduti fl-Artikolu 71 u l-Artikolu 72(2) u (3), fir-rigward ta’ l-amministraturi tar-reġistri ta’ reġistri operati skond l-Artikolu 63a, għandhom jitwettqu mill-amministratur tar-Reġistru Komunitarju. Article 63għ Reġistri operati skond l-Artikolu 63a: kontijiet 1. Ir-reġistri operati skond l-Artikolu 63a għandu jkun fihom għallinqas żewġ kontijiet ta’ depożitu tal-Partijiet maħluqa skond l-Artikolu 12. 2. Kwoti b’tip ta’ unità inizjali ta’ 1 għandhom jinżammu minn wieħed biss mill-kontijiet ta’ depożitu tal-Partijiet, u ebda kont ta’ depożitu tal-Partijiet barra dak li jżomm il-kwoti b’tip ta’ unità inizjali ta’ 1 ma għandu jkun permess jieħu sehem fi trasferimenti esterni bejn reġistri operati skond l-Artikolu 63a u reġistri barra dawk li jkunu operati b’dan il-mod. Il-kont ta’ depożitu tal-Partijiet li jżomm kwoti b’tip ta’ unità inizjali ta’ 1 ma għandux jintuża għal tranżazzjonijiet għajr trasferimenti bejn reġistri operati skond l-Artikolu 63a u reġistri għajr dawk operati b’dan il-mod u għandu jkollu biss unitajiet b’tip ta’ unità inizjali ta’ 1. 3. Il-kontijiet ta’ depożitu ta’ l-operaturi maħluqa skond l-Artikolu 11(2) ma għandhomx ikollhom kwoti b’tip ta’ unità inizjali ta’ 1 fi tmiem ta’ tranżazzjoni. Kontijiet ta’ depożitu ta’ persuni f’reġistri operati skond l-Artikolu 63a ma jistgħux jieħdu sehem fi trasferimenti esterni bejn reġistri operati skond l-Artikolu 63a u reġistri barra dawk operati b’dan il-mod. Artikolu 63ħ Reġistri operati skond l-Artikolu 63a: tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni għall-perjodu 2008-2012 u kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin Ir-reġistri operati skond l-Artikolu 63a għandhom, wara kull korrezzjoni lit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni magħmula skond l-Artikolu 44(2) li sseħħ wara li jinħarġu kwoti taħt l-Artikolu 45 u li tnaqqas il-kwantità totali ta’ kwoti maħruġa taħt l-Artikolu 45 għall-perjodu 2008-2012 jew perjodi sussegwenti ta’ ħames snin, jittrasferixxu l-għadd ta’ kwoti speċifikat mill-awtorità kompetenti mill-kontijiet ta’ depożitu msemmija fl-Artikoli 11(2) u 63għ u li fihom jinżammu l-kwoti, lill-kont tal-kanċellazzjoni tar-reġistru Komunitarju għall-perjodu rilevanti. Artikolu 63h Reġistri operati skond l-Artikolu 63a: ħruġ ta’ kwoti L-amministratur ta’ reġistru operat skond l-Artikolu 63a, wara li t-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tkun iddaħħlet fil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u, suġġett għall-Artikolu 44(2), sat-28 ta’ Frar ta’ l-ewwel sena tal-perjodu 2008-2012 u sat-28 ta’ Frar ta’ l-ewwel sena ta’ kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin, għandu joħroġ il-kwantità totali ta’ kwoti stipulata fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni fil-kont ta’ depożitu tal-Parti. Fil-ħruġ ta’ dawn il-kwoti, l-amministratur tar-reġistru għandu jassenja kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità lil kull kwota li jinkludi l-elementi stipulati fl-Anness VI, fejn it-tip ta’ unità inizjali għandu jkun 0 u t-tip ta’ unità supplimentari għandu jkun 4. Il-kwoti għandhom jinħarġu skond il-proċess tal-ħruġ tal-kwoti (reġistri msemmija fl-Artikolu 63a) stipulat fl-Anness IX. Artikolu 63i Reġistri operati skond l-Artikolu 63a: trasferiment ta’ kwoti bejn kontijiet ta’ depożitu ta’ operaturi fir-reġistri operati skond l-Artikolu 63a u reġistri oħra 1. Ir-reġistri operati skond l-Artikolu 63a għandhom iwettqu kwalunkwe trasferiment ta’ kwoti b’tip ta’ unità inizjali ta’ 0 u tip ta’ unità supplimentari ta’ 4 bejn il-kontijiet ta’ depożitu, kif mitlub minn detentur ta’ kont:
Artikolu 63j Reġistri operati skond l-Artikolu 63a: kanċellazzjoni skond l-Artikolu 58 jew l-Artikolu 62 Fit-twettiq ta’ kanċellazzjoni u rtirar skond l-Artikolu 58 jew kanċellazzjoni volontarja skond l-Artikolu 62, l-amministratur ta’ reġistru operat skond l-Artikolu 63a għandu jwettaq il-kanċellazzjoni billi jittrasferixxi kwoti kif rikjest skond l-Artikolu 58 jew 62 fil-kont ta’ kanċellazzjoni jew il-kont ta’ rtirar tar-reġistru Komunitarju. Artikolu 63k Reġistri operati skond l-Artikolu 63a: kanċellazzjoni u rtirar ta’ kwoti u CERs ċeduti għall-perjodu 2008-2012 u perjodi sussegwenti 1. Sat-30 ta’ Ġunju 2009 u fit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena minn dak inhar ’il quddiem, l-amministratur tar-reġistru ta’ reġistru operat skond l-Artikolu 63a għandu jikkanċella għadd ta’ kwoti u CERs miżmuma fil-kont ta’ depożitu tal-Parti skond l-Artikoli 52 u 53. L-għadd ta’ kwoti u CERs li għandhom jiġu kkanċellati għandu jkun daqs l-għadd totali ta’ kwoti ċeduti mdaħħla fit-tabella tal-kwoti ċeduti mill-1 ta’ Jannar ta’ l-ewwel sena tal-perjodu rilevanti sal-31 ta’ Mejju tas-sena sussegwenti u mill-1 ta’ Ġunju tas-sena preċedenti sal-31 ta’ Mejju ta’ kull waħda mis-snin sussegwenti. 2. Il-kanċellazzjoni għandha ssir billi jiġu ttrasferiti l-kwoti u s-CERs, ħlief CERs li jirriżultaw minn proġetti msemmija fl-Artikolu 11a(3) tad-Direttiva 2003/87/KKE, mill-kont ta’ depożitu ta’ Pari lejn il-kont ta’ rtirar tar-Reġistru Komunitarju għall-perjodu rilevanti skond il-proċess ta’ ‘rtirar (reġistri msemmija fl-Artikolu 63a)’ stipulat fl-Anness IX. Artikolu 63l Reġistri operati skond l-Artikolu 63a: kanċellazzjoni u sostituzzjoni ta’ kwoti maħruġa għall-perjodu 2006-2007 1. Fl-1 ta’ Mejju 2008, kull amministratur ta’ reġistru ta’ reġistru operat skond l-Artikolu 63a għandu jikkanċella u, jekk mitlub jagħmel hekk mill-awtorità kompetenti, jissostitwixxi l-kwoti miżmuma fir-reġistru tiegħu skond il-proċess ta’ kanċellazzjoni u sostituzzjoni tal-kwoti stipulat fl-Anness IX permezz ta’:
Artikolu 63m Reġistri operati skond l-Artikolu 63a: kanċellazzjoni u rtirar ta’ kwoti maħruġa għall-perjodu 2008-2012 u perjodi sussegwenti 1. Fl-1 ta’ Mejju 2013 u fl-1 ta’ Mejju ta’ l-ewwel sena ta’ kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin, kull amministratur ta’ reġistru ta’ reġistru operat skond l-Artikolu 63a għandu jikkanċella u jissostitwixxi l-kwoti miżmuma fir-reġistru tiegħu skond il-proċess ta’ kanċellazzjoni u sostituzzjoni tal-kwoti stipulat fl-Anness IX permezz ta’:
|
(29) |
L-Artikolu 72 huwa emendat kif ġej:
|
(30) |
L-Artikolu 73(1) huwa ssostitwit bli ġej: “1. L-Amministratur Ċentrali u kull amministratur ta’ reġistru għandu jaħżen rekords dwar il-proċessi u d-detenturi tal-kontijiet kollha stipulati fl-Annessi III, IV, VIII, IX, X, XI u XIa għal 15-il sena jew sakemm kwalunkwe kwistjoni ta’ implimentazzjoni marbuta magħhom tkun ġiet riżolta, liema minnhom ikun l-iktar tard.” |
(31) |
L-Annessi, II, III, VI sa XIII u XVI huma emendati kif stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament: |
(32) |
L-Anness XIa jiddaħħal kif spjegat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
2. Il-Punti (1) sa (4), (6) sa (12), (15), (16), (17), (20), (21), (27) sa (30) ta’ l-Artikolu 1 u l-Punti (2), (3), (4), (5)(ċ), (e), (f), (ġ), (għ), (6)(b), (10), (11), (13),(d)(għ),(f) u (ġ) ta’ l-Anness I u l-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2008.
3. Il-Punti (24) u (26) ta’ l-Artikolu 1 u l-punti (13)(a),(b),(ċ),(d)(ii),(iii) u (e) ta’ l-Anness I għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2009. Madankollu, il-Punti (13)(a),(b),(ċ),(d)(ii),(iii) u (e) ta’ l-Anness I jistgħu jiġu applikati mill-1 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p.32. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/101/KE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18).
(3) ĠU L 386, 29.12.2004, p. 1.
(4) ĠU L 316, 16.11.2006, p. 12.
ANNESS I
L-Annessi I, III, II u V tar-Regolament (KE) Nru 2216/2004 huma emendati kif ġejjin:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Anness III, tiżdied is-sentenza li ġejja mal-paragrafu 1: “L-isem ta’ l-operatur għandu jkun identiku għall-isem tal-persuna naturali jew ġuridika li hija d-detentur tal-permess rilevanti għall-gass b’effett ta’ serra. L-isem ta’ l-installazzjoni għandu jkun identiku għall-isem indikat fil-permess rilevanti għall-gass b’effett ta’ serra.”. |
(3) |
L-Anness VI jiġi emendat hekk:
|
(4) |
L-Anness VII jiġi emendat hekk:
|
(5) |
L-Anness VIII jiġi emendat hekk:
|
(6) |
L-Anness IX jiġi emendat kif ġej:
|
(7) |
L-Anness X huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
Fl-Anness XI, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
|
(9) |
L-Anness XII huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
L-Anness XIII jiġi emendat hekk:
|
(11) |
Fl-Anness XIV, il-paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej:
|
(12) |
L-Anness XV jiġi emendat hekk:
|
(13) |
L-Anness XVI jiġi emendat hekk:
|
ANNESS II
L-Anness XIa li ġej jiddaħħal fir-Regolament (KE) Nru 2216/2004:
“ANNESS XIa
Proċessi li jikkonċernaw modifiki awtomatiċi fit-tabelli tal-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni
1. |
Skond l-Artikoli 17(3) u 44(2), ir-reġistri jistgħu jipproponu lil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet biex jiċċekkja u jimplimenta modifika awtomatika lil pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni permezz ta’ proċess deskritt f’dan l-Anness. |
Rekwiżiti għal kull proċess
2. |
Għandha tapplika s-sekwenza tal-messaġġ li ġejja għal proċessi li jikkonċernaw modifiċi awtomatiċi fit-tabelli tal-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni
|
3. |
Sakemm il-proċessi tal-modifiki awtomatiċi fit-tabelli tal-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni jkunu diretti mil-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC, amministratur tar-reġistru li jibgħat rikjesta għandu jirċievi rċevuta mil-logg indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC fi żmien 60 sekonda u għandu jirċievi notifika ta’ validazzjoni mil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fi żmien 24 siegħa. Fil-każijiet l-oħra kollha, amministratur tar-reġistru li jibgħat rikjesta għandu jirċievi rċevuta mil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fi żmien 60 sekonda u għandu jirċievi notifika ta’ validazzjoni mil-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fi żmien 24 siegħa; |
4. |
Il-komponenti u l-funzjonijiet li huma utilizzati matul is-sekwenza tal-messaġġ jingħataw fit-tabelli XIa-1 sa XIa-6. L-inputs tal-funzjonijiet kollha ġew strutturati biex jaqblu mar-rekwiżiti internazzjonali dwar il-format u l-informazzjoni deskritti bl-użu tal-lingwa ta’ deskrizzjoni tas-servizzi webb, stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards fl-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistri skond il-Protokoll ta’ Kyoto, elaborat skond id-deċiżjoni 24/ĊP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC. Intużat asterisk ‘(*)’ sabiex turi l-fatt li element jista’ jidher iktar minn darba bħala input. Tabella XIA-1: Komponenti u Funzjonijiet għal Proċessi li jikkonċernaw modifiki awtomatiċi fit-tabelli tal-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni
Tabella XIa-2: Komponent NAPTableManagementWS
Tabella XIA-3: Funzjoni NAPTableManagementWS.AddNEInstallationtoNAP
Tabella XIA-4: Funzjoni NAPTableManagementWS.IncreaseallocationtoNEInstallationinNAPincreaseallocationtoNEInstallationinNAP()
Tabella XIA-5: Funzjoni NAPTableManagementWS RemoveNAPallocationofclosingInstallation()
Tabella XIa-6: Funzjoni NAPTableManagementWS receiveNapManagementOutcome ()
Tabella XIa-7: Proċessi li jikkonċernaw tibdiliet fit-Tabella NAP
|
5. |
Jekk il-kontrolli kollha jkunu għaddew b’suċċess, il-logg Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet awtomatikament jimplimenta l-modifika fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni fid-database tiegħu u jinforma lill-amministratur tar-reġistru u lill-Amministratur Ċentrali biha.” |