Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0905

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 905/2007 tas- 27 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ għall-butir għas-68 sejħa individwali għall-offerti li saret fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2771/1999

    ĠU L 196, 28.7.2007, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/905/oj

    28.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 196/39


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 905/2007

    tas-27 ta’ Lulju 2007

    li jistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ għall-butir għas-68 sejħa individwali għall-offerti li saret fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2771/1999

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10(c) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    F'konformità ma' l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta' Diċembru 1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (2), l-organizzazzjonijiet ta' intervent qiegħdu għall-bejgħ ċerti kwantitajiet li kellhom ta' butir b'sejħa permanenti għall-offerti.

    (2)

    Skond l-offerti li jidħlu b'risposta għal kull sejħa għall-offerti individwali, jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ jew inkella jiġi deċiż li ma tintlaqa' l-ebda waħda mill-offerti, skond l-Artikolu 24(a) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999.

    (3)

    Fid-dawl ta' l-offerti li saru, huwa f'loku li jiġi stabbilit prezz minimu tal-bejgħ.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-68 sejħa individwali għall-offerti li saret skond ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999, li għaliha ż-żmien għat-tressiq ta' offerti skada fl-24 ta’ Lulju 2007, għall-butir il-prezz minimu tal-bejgħ huwa stabbilit għal EUR 200,00/100 kg.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Lulju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 688/2007 (ĠU L 159, 20.6.2007, p. 36).


    Top